Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat ANJELIKA Ruggier - fost l-aqwa triatleti li pproduċa t-triathlon f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Hija tatna d-dettalji kollha rigward il- karriera tagħha sa issa. "MINN dejjem kont sportiva, sa minn ta' età żgħira u ta' ħames snin bdejt nipprattika l-futbol. Ta' 12-il sena bdejt l-atletika u kont nagħmel id-distanzi tat-800m u l-1500m u tliet snin ilu ta' 17-il sena kelli x-xewqa li nipprova t-Triathlon u ningħaqad ma' Team Fabio, fejn il-kowċ Fabio Spiteri kien jimmotivani ħafna. Mill-ewwel ħassejt li dan kien l-isport għalija. Nammetti li meta bdejt ma kienx faċli għax trid tiffoka mhux fuq dixxiplina waħda imma fuq tliet dixxiplini differenti. L-ewwel triathlon li għamilt kienet il-Golden Bay Charity Sprint Triathlon fis-sena 2015 bid- distanza ta' 750m swim - 20km bike - 5km run. Kienet esperjenza totalment differenti milli kont imdorrija nagħmel, però ħassejtni kburija li rnexxieli nagħmilha. U minnhemm bdejt nikkompeti fit-triathlon u dejjem nipprova ntejjeb il-ħin tiegħi. Għamilt diversi kompetizzjonijiet, Sprint Triathlon distance, Olympic Triathlon distance, kif ukoll għamilt l-ewwel kompetizzjoni tiegħi tal-għawm (bejn 5-6 kilometri) Gozo-Malta fis-sena 2016 fejn ġejt fit- tielet post u fis-sena 2017. Biex tieħu sehem trid tikkompeti f 'diversi kompetizzjonijiet tal- Open Water ta' żewġ kilometri u waħda ta' erba' kilometri li jsiru minn Ġunju sa Awwissu. Matul is-sena li għaddiet, ippruvajt distanzi differenti bħall-Ocean Lava li ssir f 'Mejju b'distanza ta 1.9km swim - 90km bike - 21.1km run li spiċċajt bil-ħin ta' sitt sigħat u ħames minuti. Kienet l-ewwel esperjenza ta' dan it-tul u b'determinazzjoni kbira li nispiċċaha. Fis-sena li għaddiet ukoll, kelli l-opportunità li nirrapreżenta lil Malta fil- European Championships Olympic Distance (1.5km swim - 40km bike - 10km run) li saru f 'Tartu, fl- Estonja. Dan kollu grazzi għall-Malta Triathlon Federation. Din ghalija kienet esperjenza totalment ġdida għax kienet l-ewwel darba li pparteċipajt barra minn Malta. F'dak iż-żmien ukoll kont qed nittrenja biex għall-ewwel darba ngħum Malta- Gozo-Malta (bejn 11-12 kilometri) u fit-trejning tiegħi kont ngħum bejn 8-10 kilometri ġol- baħar biex inħejji ruħi għad- distanza. Din is-sena ddeċidejt li rrid nibda nipparteċipa fl-Ironman 70.3 (1.9km swim - 90km bike - 21.1km run). Għalhekk applikajt għall-Ironman 70.3 Bahrain li saret riċentament fit-8 ta' Diċembru, fejn għamilt ħin ta' ħames sigħat u 22 minuta. Din għalija kienet l-ewwel esperjenza fl- Ironman fejn mort tajjeb ħafna għax ġejt fit-tielet post fl-age category tiegħi u b'hekk ikkwalifikajt biex nieħu sehem fl- Ironman 70.3 World Championships li ser issir fis-7 ta' Settembru 2019 f 'Nice, fi Franza. Matul din is-sena, ser niffoka fuq it-trejning tiegħi ta' kuljum biex nipparteċipa f 'iktar kompetizzjonijiet tal-Ironman u kompetizzjonijiet oħrajn. Dan ma jkunx possibli mingħajr il-gwida tal- kowċis tiegħi Danica Bonello Spiteri għat- Triathlon u Isabelle Zarb għall-għawm." Mill-futbol u l-atletika għal suċċess t-Triathlon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19