Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 'Il-waterpolo huwa parti sostanzjali minn ħajti' - Darren Zammit minn Cristian Antony Muscat DARREN Zammit - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Huwa tana d-dettalji kollha rigward il-karriera tiegħu sa issa. "Ilni nilgħab waterpolo sa minn meta kelli disa' snin. Mort nipprova ma' ħabib tiegħi, l-isport għoġobni u bqajt nittrenjah. Dak iż-żmien kont bdejt ma' Marsaskala. Għamilt hemm tliet snin, imbaghad isseħibt ma' San Ġiljan. L-ewwel kampjonat li ħadt sehem fih ma' San Ġiljan kien il-Kampjonat tax-Xitwa tal-Under 15, u konna rbaħnieh. Kien l-ewwel unur li qatt irbaħt u niftakar kienet emozzjoni vera sabiħa. Minn dakinhar 'l hawn qatt ma ħarist lura. Flimkien ma' San Ġiljan irbaħt diversi summer leagues u winter leagues tal-Juniors ta' kull età. Mas-Senior team irbaħna żewġ summer leagues u tliet winter leagues, kif ukoll erba' Knockout cups. Il-kowċ preżenti Marko Orlovic għeni ħafna f 'dawn l-aħħar erba' snin. Bid- dedikazzjoni u d-dixxiplina tiegħu, inħoss li mmaturajt f 'dan l-isport u llum inħoss li l-waterpolo huwa parti sostanzjali minn ħajti. Orlovic għeni wkoll nagħraf li apparti l-irwol ta' centre, nista' nilgħab ukoll bħala last man. Mill-eta ta' 15-il sena, il-kowċ Karl Izzo beda jsejjaħli biex nilgħab mat- tim nazzjonali tal-Juniors. L-ewwel esperjenza barra minn Malta kienet dik tal- EU Eight Nations Cup 2014, ġewwa Brno. Lanqas konna nimmaġinaw li ħa ngħaddu għall-finali, aħseb u ara kemm ħa nirbħu t-tazza! Lgħabna l-finali kontra d-Danimarka u rbaħna 9-8. Il-ferh tagħna flimkien ma' tal-kontinġent Malti kollu kien wieħed indeskrivibbli. Meta tirbaħ għal pajjiżek tħossok onorot u aħna bħala Maltin, naqra ta' gżira bejn dawk il-pajjiżi kbar Ewropej iktar inħossuna kburin meta nirbħu xi tazza. Is-sena ta' wara ħadna sehem fl-istess kompetizzjoni li saret f 'Malta fejn ukoll irbaħnieha. L-aħħar darba li ħadt sehem f 'din il-kompetizzjoni kien ġewwa Vjenna. Kont il-captain tat- tim nazzjonali tal-under 17 fejn wara finali missielta mas- South Africa konna rbaħna t-tazza wkoll. Minn dakinhar mat-tim nazzjonali Juniors ikkwalifikajna għall-Baku European Games 2015 under 17 u għan-Netherlands European Games 2016 under 19. Mas-Senior team il-kowċ Karl Izzo tani l-opportunità biex inkun parti mit-tim f 'diversi kwalifikazzjonijiet taċ-Champions League fejn kien ta' esperjenza sabiħa meta tilgħab ma' timijiet ta' livell għoli bħal Jadran u Terrassa u Ortigia. Matul is-sena li għaddiet, kelli opportunità li nieħu sehem fil-LEN Euro Cup fejn lgħabna kontra s-Serbia, Kroazja, Greċja u Serbja ġewwa Split fil-Kroazja. Lgħabt ukoll fil-logħob ta' kwalifikazzjoni għall- European Championships kontra l-Belarus. Il-kowċ Karl Izzo flimkien mal- assitent kowċ Anthony Farrugia dejjem kienu ta' sostenn għalija u kontinwament jgħinuni biex inkabbar l-esperjenza tiegħi bħala plejer. Il-waterpolo huwa sport impenjattiv ħafna. Jirrikjedi trejning ta' kuljum u matul is-sena kollha. Mhux faċli tlaħħaq mal-istudju speċjalment fil-perjodu meta tkun qed tagħmel l-eżamijiet tal-Matrikola. Però, b'immaniġġjar tajjeb tal-ħin, bi pjan tajjeb ta' studju u bl-għajnuna tal- ġenituri, dejjem laħħaqt u mort tajjeb fl-eżamijiet tiegħi. Attendejt l-iskola sekondarja ta' San Alwiġi, fejn komplejt anke s-sixth form hemmhekk. Matul is-sena li għaddiet dħalt l-Università fejn bdejt il-kors ta' Physio Therapist. Is-sena l-oħra mort nagħmel esperjenza ta' trejning mal-klabb ta' Dunav ġewwa Novisad fis- Serbja. Kienet esperjenza li tgħinek tikber kemm bħala plejer kif ukoll personalment. Hemmhekk ikollok ħafna siegħat ta' trejning, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Għenitni inkabbar il-bażi tal-waterpolo kemm fl- għawm kif ukoll fit-teknika tas-saqajn u tal-ballun. Personalment tgħinek tikber għax tkun trid taħseb għal kollox int. Hemm ma ssibx lil ommok tlestilek l-ikel, taħsillek il-ħwejjeġ u tqajmek għat-trejning. Tidra tkun responsabli tiegħek innifsek u allura nħoss li l-esperjenza tas-Serbja għenitni nimmatura ħafna. Jien ninsab kuntent ħafna mat-tim ta' San Ġiljan u narani li fil-futur flimkien mat-tim inkomplu nissieltu biex inġibu iktar tazzi lejn il-klabb. Nixtieq ukoll nibqa' nagħti sehmi mat-tim nazzjonali f 'iktar kompetizzjonijiet internazzjonali għax nemmen li meta tilgħab ma' timijiet daqshekk kbar, żgur li tieħu l-frott minnu u timpruvja fil- prestazzjoni tiegħek. Jekk tiġini l-opportunità, wara li nlesti l-kors tal-Università, nikkonsidra wkoll li mmur nilgħab ma' xi tim barrani." minn ħajti' - Darren Zammit kompetizzjoni li għan-Netherlands European Games 2016 under 19. ta' sostenn għalija u kontinwament jgħinuni il-kors ta' Physio Therapist. tkun responsabli tiegħek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19