Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat ZACH Mizzi - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Huwa tana d-dettalji kollha rigward il-karriera tiegħu sa issa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Kont diġà bdejt ngħum mal-klabb tan-Neptunes sa minn meta kont iżgħar. Ħija kien ħajjarni biex ninżel nipprova meta kelli 14-il sena u minħabba li kelli bażi ta' għawm kont mort tajjeb mal-ewwel. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta? Jien naħseb li kulħadd jaqbel li hemm bżonn ta' pixxina oħra f 'Malta biex hekk ikun hemm aktar spazju mhux biss għal timijiet tal-waterpolo imma għal atleti oħrajn. Bħala riżorsi naħseb li fl- aħħar waslu lasti ġodda li timijiet jistgħu jużaw waqt it-trejning u jien naħseb li huwa kruċjali li tim ikollu żewġ lasti biex jittrenja sew. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Biex timxi 'l quddiem fil- ħajja f 'kull ħaġa li tagħmel trid tagħmel sagrifiċċji u l-isport speċjalment il-waterpolo mhux differenti. Il- kampjonat l-aktar segwit huwa dak tas sajf u allura ġranet li ma tistax toħroġ fix-xemx, jew barra mal-ħbieb għax għandek logħba l-għada huma ħafna. Però għas sagrifiċċju li ser tagħmel ser tiġi ppremjat b'saħħa aħjar u b'gost sportiv. Żgur li meta jkollok nies madwarek li jagħtu s-sapport tagħhom tgħin ħafna. Eżempju, it-tfajla tiegħi Amy Micallef li dejjem tatni sapport meta kelli bżonn. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mal- waterpolo? Mhux dejjem faċli wara ġurnata xogħol tmur għat-trejning speċjalment meta tkun is-sħana. Dan għaliex jien għalliem tal-P.E. u meta tagħmel siegħat twal fix-xemx mhux dejjem ikollok enerġija tmur sagħtejn trejning filgħaxija. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Sliema kemm għalik personali u anki bħala tim? Bħala tim żgur li konna tim ħafna aktar magħqud. L-atmosfera fl-iskwadra kienet waħda ta' familja u solidarjetà li jien naħseb li ssarfet f 'wirjiet ħafna aħjar mis-sena ta' qabel. Ma nistax ma nsemmix il- barrani tagħna Christian Prescutti li huwa plejer eżemplari u li titgħallem ħafna minnu. Personali naħseb li dejjem nista' nkompli nitgħallem u nimpruvja biex insir plejer aħjar. Kemm jgħinek u x'ifisser għalik il-kowċ Sergio Afric? Sergio huwa kowċ li emmen fija sa mill-bidu tal-istaġun.Huwa kowċ li tħoss il-preżenza tiegħu fil-klabb u aktar minn dan fit-trejning. Mill-ewwel ġurnata tat-trejning kien dejjem hemm magħna fil-gym li għalina l-plejers tagħmel id-differenza. Qbilt mas-sistema tal- play-offs? Jien personali le ma qbiltx mas-sistema tal- play-offs, għar-raġuni li m'hemmx biżżejjed timijiet għal din is- sistema. Tispiċċa tilgħab mal-listess tliet timijiet xi sitt darbiet f 'sena, li naħseb jien għall-plejers u għas-sapporters tiġi xi ħaġa monotona. M'hemmx dubju li int qed tħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali tal-waterpolo mmexxi mid-duo Karl Izzo u Anthony 'Panelli' Farrugia. Kemm tixtieq li tissejjaħ mat-tim nazzjonali? Jien naħseb għal kull plejer f 'kull sport għandu jkun unur li tintgħażel biex tilgħab man- nazzjonal. Jien dejjem nagħti l- 100% tiegħi mal-klabb tiegħi mbagħad f 'idejn il-kowċis tan- nazzjonal biex jiddeċiedu min ikun fl-aħjar forma f 'dak il-ħin tal- kompetizzjoni. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-waterpolo ma' Sliema? Fl-opinjoni tiegħi għandna team li qed jimpruvja kull sena u nispera li bħala team nistgħu nikkompetu għall- kampjonat għax fl-aħħar mill-aħħar dejjem huwa sabiħ li tirbaħ. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jien naħseb li m'hemmx sport isbaħ u aktar sodisfaċenti mill-water polo. Żgur li huwa sport li trid tittrenja ħafna għalih u trid tkun dedikat. Jiena nemmen li dan bħal kull sport ħa jgħinek fil-ħajja personali tiegħek bħal skola u saħħa. illum Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 'Naħseb li m'hemmx sport isbaħ u aktar sodisfaċenti mill-water polo' - Zach Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19