Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum Total ta' €4.2 miljun għas- sajjieda minn fondi tal-UE F'REAZZJONI għall- kummenti fuq Facebook minn esponenti Nazzjonalisti s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia sostna li l-fondi Ewropej għas-sajjieda qed jintuzaw fil-ħin u b'mod tajjeb ħafna. "Hemm diversi proġetti fis-seħħ direttament għall- benefiċċju tas-sajjieda b' valur totali ta' €4.2 miljun ta' fondi Ewropej," sostna Farrugia. Proġetti li ġew approvati jaqgħu taħt il-Programm 2014-2020 permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u Sajd (FEMS) jiffokaw fuq taħriġ b'numru ta' korsijiet ta' livell għoli għas-sajjieda reġistrati, studju xjentifiku biex titjieb is-selettivita' tat-tgħamir u tat- tkarkir, kif ukoll il-Programm Multiannwali għall-Ġbir tad-Data 2017-2019. Din l-operazzjoni tinkludi l-ġbir, l-użu u l-ġestjoni tad-data dwar is-sajd. Farrugia kompla jispjega kif flimkien mal-Ministeru kkonċernat ħriġna wkoll skemi ta' għajnuna għas- sajjieda, liema skemi huma kkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 b'valur totali ta' €1 miljun ewro. Taħt l-ewwel skema, sidien ta' bastimenti jistgħu jissottometu applikazzjonijiet għal investimenti li jikkontribwixxu għad- diversifikazzjoni tad-dħul tas- sajjieda permezz tal-iżvilupp ta' attivitajiet komplementari, inklużi investimenti abbord, turiżmu tas-sajd bil-qasba, restoranti, servizzi ambjentali marbuta mas-sajd u attivitajiet edukattivi dwar is-sajd. Taħt it-tieni miżura, sidien ta' bastimenti jistgħu jinvestu f 'tagħmir abbord bl-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal- bastimenti tas-sajd. Spejjeż eliġibbli jinkludu dawk relatati mal-idrodinamika tal-buq tal-bastiment, titjib tas-sistema ta' propulsjoni tal-bastiment, investiment fl-irkaptu u t-tagħmir tas- sajd, investimenti mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku, jew tal-enerġija terminali. "Fl-istess hin, qed ninvestu ħafna fil-port ta' Marsaxlokk b'investiment ta' iktar minn €5 miljun għal inftrastruttura tal-port, li wkoll jaffetwa lis- sajjieda b'mod dirett," fakkar Farrugia. Ifakkar li l-proġetti f 'dan il-qasam jinkludi titjib fl- islipways ta' Marsaxlokk, kostruzzjoni ta' breakwater fil-ponta tal-Qrejten, f 'Marsaxlokk u titjib fil- portijiet tas-sajd fl-Imġarr Għawdex u f 'Marsaxlokk. Sejħa għal Spazju ta' Uffiċċju (Rif. MJCL/MPU/2/2018/3 MJCL/MPU/2/2018/5) Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qed jilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għall-użu ta' uffiċċju, wieħed f'Lokalita Ċentrali u ieħor il-Kottonera. Informazzjoni addizjonali tista tinkiseb minn: https://justice.gov.mt/en/ministry/tenders Id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-offerti hi l-Ġimgħa 25 ta' Jannar 2019 sa nofsinhar. Splużjoni qawwija f 'Pariġi tħalli żewġ pumpiera mejta ILBIERAĦ filgħodu għall-ħabta tad-9am, fiċ- ċentru tal-belt ta' Pariġi, instemgħet splużjoni kbira. Din l-isplużjoni qawwija jidher li seħħet f 'boulangerie (forn tal- ħobż) fi triq de Trevise, ftit passi bogħod mit- teatru Bergere. Din l-isplużjoni wasslet għal nirien kbar fil-binja tant li ħalliet diversi nies midruba. Jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba gassijiet miftuħa. Żewġ pumpiera tat-tifi tan-nar tilfu ħajjithom f 'din it- traġedja. Il-pumpiera tat-tifi tan-nar ikkontrollaw in- nirien u l-pubbliku ntalab jevita din iż-żona.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19