Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum allegazzjonijiet u semma indika l-fatti bid-dettall' għadu jeżisti, 3) li dwaru jkun hemm id-dettalji kollha wieħed, wieħed, 4) jissemma l-instrument (f 'dan il-każ il-kumpaniji fil-Panama) u l-mod li dan seta' jġib l-effett (f 'dan il-każ il-ħasil ta' flus) u 5) tissemma b'mod ċar il- persuna li għamlet reat. Id-deċiżjoni tal-Qorti dwar dan il-punt huwa ċar; "Simon Busuttil għamel biss allegazzjonijiet u semma persuni mingħajr ma indika bid-dettall il-fatti," sostna l-Imħallef li kompla jgħid ukoll illi Busuttil lanqas identifika r-rabta mal-persuni msemmija minnu. Aktar minn hekk iżda d-digriet jgħid ukoll hekk; "huwa immedjatament evidenti illi fl-ebda ħin Simon Busuttil ma allega b'mod ċar illi l-fatti rakkontati minnu jammontaw għal ħasil ta' flus." Ikompli jgħid ukoll li "fil-kuntest partikolari ta' dan il- każ (Simon Busuttil) irid jgħid min mill-persuni kollha li semma huwa involut u kif. Ir-rikorrent (Simon Busuttil) donnu ma jridx jassumi din ir- responsabilità..." 'Mhux ġust...' F'parti tad- deċiżjoni tal- Qorti, li hija pjuttost skjaċċanti fil-konfront ta' Busuttil, l-Imħallef jinsisti li mhuwiex ġust li Busuttil għamel lista ta' avvenimenti jew okkażjonijiet li minn għajnejh jiffurmaw nisġa ta' reat jew attentat ta' reat biex imbagħad jiddeċiedi l-Maġistrat jekk kienx hemm att jew attentat ta' reat. Il-Maġistrat qabad uħud mill-affarijiet li ntqalu fir-rikors u staqsa kif dawn qed juru jew jindikaw li sar l-att tal-ħasil tal-flus. Grixti rrimarka kif Busuttil semma ż-żjara tal-PM fl-Ażerbajġan mingħajr midja u r-riżenji tal-eks Kumissarju Michael Cassar kif ukoll tal-eks Kap tal- FIAU Manfred Galdes u staqsa kif dawn juru li twettaq ir-reat ta' ħasil ta' flus. U għaliex mhix valida l-prova mill-Mossack Fonseca? Interessanti kif id- dokumenti li kienu 'leaked' minn Mossack Fonseca u li juru illi Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom kumpanija fil-Panama ma jistgħux ikunu miżmuma, meqjusin u preżervati bħala xhieda. Dan minħabba li l-'leak' tal- informazzjoni minn Mossack Fonseca (il- kumpanija li fetħet għexieren ta' kumpaniji fil-Panama) hija minnha nnifisha illegali. Imma Hearnville u Tillgate kienu miftuħin għall-iskop ta' ħasil ta' f lus jew le? Din l-allegazzjoni li saret bosta drabi speċjalment fid-dawl ta' informazzjoni dwar il- kumpanija 17 Black, ma kinitx sostanzjata fil-Qorti. Fi kliem ieħor anke jekk kien hemm flus deħlin f 'Hearnville (ta' Konrad Mizzi) u Tillgate (ta' Keith Schembri) minn 17 Black, mhuwiex pruvat li dawn il-kumpaniji se jintużaw biex jaħslu tali flus. Il-Qorti qalet illi, "jekk imbagħad dawn it-trusts intużawx mill-benefiċċjarji tagħhom biex jaħslu l-flus jew isir attentat ta' ħasil ta' flus mhux indikata minn Busuttil." Il- Qorti sostniet illi Busuttil kellu jgħid "ċar u tond" jekk hux qed jagħmel l-akkuża li t-trusts saru biex jinħaslu l-flus. "Bżonn l-elementi kollha biex jiskatta l-mekkaniżmu ġudizzjarju" Intant l-Imħallef temm bi stqarrija pjuttost interessanti. Huwa qal hekk; "li persuna jkollha suspett li seħħ xi reat huwa dritt fundamentali ta' kulħadd, iżda sabiex b'dak is-suspett jiskatta mekkaniżmu ġudizzjarju jeħtieġ li jkunu preżenti mhux biss l-elementi kollha kif tesiġi l-liġi u kif eżaminati fil-kunsiderazzjonijiet magħmula fid-digriet (ara iktar 'il fuq) iżda wkoll li l-eventwali tista' ssir..." U Simon x'qal eżatt fl-akkużi? • Ifakkar illi Karl Cini (ta' Nexia BT) bagħat lil Mossack Fonseca biex jgħid li d-dettalji dwar il-kumpanija Egrant se jingħataw fuq Skype. Ifakkar kif Cini ried li l-ismijiet ta' Schembri, Mizzi u Adrian Hillman jinħbew taħt l-ismijiet ta' 'nominee shareholders'. Ifakkar ukoll kif fl-istess ġimgħa Nexia BT irreġistrat ukoll il-kumpanija Torbridge fil-British Virgin Islands. • Busuttil fakkar illi fl-applikazzjoni ta' dawn il-kumpaniji kienu mmarkati l-kaxxi 'no audit' u 'total secrecy and confidentiality'. • Fi Frar 2014 Torbridge tgħaddi għand Cheng Chen, uffiċjal fix-Shangai Electric Power li qed tmexxi l-Enemalta. • Busuttil fakkar lill-Qorti li l-PM mar l-Ażerbajġan darbtejn u fid-darbtejn li huma ma kienx akkumpanjat mill-midja jew minn uffiċjali taċ-ċivil. • Busuttil jallega illi Konrad Mizzi ffirma stqarrija illi tgħid li Hearnville se tibda tieħu flus minn senseriji u konsulenzi. • Email ta' Karl Cini lil Mossack Fonseca tispjega li Hearnville u Tillgate se jirċievu flus minn riċiklaġġ u 'remote-gaming'. • Isemmi ritratti li juru numru kbir ta' karti ħerġin mill-uffiċini tal-kumpanija ta' Schembri. Busuttil isemmi r-riżenja tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar u ta' Manfred Galdes, l-eks Kap tal-FIAU u li Mizzi ma żvelax il- kumpanija li kellu fil-Panama mill-ewwel f 'intervista li kien ta lill-mezzi tax- xandir qabel ma kienet żvelata minn Daphne Caruana Galizia. Brian Tonna Adrian Hillman Karl Cini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19