Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

MALTI ta' 23 sena u qiegħed jagħmel isem għal pajjiżna fl-isports tal-MMA, hekk kif wara tliet rebħiet fl- Ottagonu jinsab b'ċans tajjeb li jirrappreżenta lil Malta fl-ogħla livell tal-isport possibbilment fi ġlied ta' UFC (Ultimate Fighting Championship) u Bellator. Attendejna l-istess skola, fil-Liċeo Ġużeppi Despott ta' Verdala. Niftakru tifel kwiet li sikwit kien jiġi bbuljat minħabba l-karattru kwiet u mistħi tiegħu. Diversi snin wara, issa t-tnejn f 'pożizzjonijiet differenti, Camilleri jispjega ma' din il-gazzetta kif juża din l-esperjenza xejn feliċi biex jegħleb kull sfida li jaffaċja quddiemu. Matthew Camilleri tela' diversi drabi jitħarreġ fl-Istati Uniti f 'AKA Gym, gym popolari li fih jittrenjaw fost l-aqwa atleti fid-dinja tal-MMA bħal, Connor McGregor, Khabib Nurmagomedov, Cain Velasquez, Daniel Cormier u ħafna oħrajn. Iż-żagħżugħ li jinsab propju pass 'il bogħod milli jirrappreżenta lil Malta anke fl-ogħla livelli tal-MMA, fosthom fi promozzjonijiet ta' UFC u Bellator, tkellem mal-ILLUM fuq l-istorja wara s-suċċess tiegħu. 'L-esperjenza tal-bullying inżommha f 'moħħi dejjem' Mal-ILLUM hu jispjega kif din l-esperjenza xejn feliċi tas-sekondarja juża bħala r-riħ tal-poppa tiegħu. "M'għandekx idea kemm għenitni u kemm għadha tgħinni. Kull meta nkun iffaċċjat bi sfida f 'kull sfera tal-ħajja, nieqaf u nirrifletti kif jien kont kapaċi negħleb l-esperjenza tal-bullying u minflok niffoka fuq l-arti marzjali li llum wasslitni fl- ogħla livelli," saħaq Camilleri. Staqsejt lill Camilleri x'parir jagħti lil tfal li għaddejjin mill- istess intoppi. Hu kien pront biex jisħaq, "stand up for yourself ', nixtieq li għamiltha aktar, mhux qiegħed ngħid li tieħu l-liġi b'idejk dak qatt mhu sew però tibqax iddawwar wiċċek. Prattika l-arti marzjali, din tibni fik kunfidenza," sostna Camilleri. Diversi drabi fis-sena jżur l-Istati Uniti Ftit tal-ġranet oħra Camilleri se jerġa' jaqbad triqtu lejn San Josè, California fl-Istati Uniti sabiex jqatta żmien twil jittrejnja f 'AKA Gym. Però din mhux se tkun l-ewwel darba tiegħu hekk kif hu ilu tiela' u nieżel l-Istati Uniti sabiex jitħarreġ f 'dan il-gym għal dawn l-aħħar sentejn. Mal-ILLUM hu jispjega l-esperjenza tiegħu mili 'l bogħod minn daru. "Sentejn ilu mort għall- ewwel darba, kont domt tliet ġimgħat, imbagħad kont erġajt mort għal ġimagħtejn u wara kont tlajt għal tliet xhur sħaħ," spjega Camilleri. Hu kompla jitkellem fid- dettall dwar din l-esperjenza, "niftakar l-ewwel tlitt ijiem ma kont għidt xejn. Imbagħad għamilt 'sparring' ma' atleta professjonali ieħor u ħadtu, kien irnexxieli nagħmillu 'submission'. Minn hemm bdiet l-esperjenza sabiħa ferm fejn, iffurmajt diversi ħbiberiji ma' atleti prominenti b'mod speċjali mal-atleta Shaun Bunch," spjega Camilleri. Ovvjament, esperjenza bħal din tirrikjedi impenn personali u dak finanzjarju, kif qiegħed ikampa Camilleri ma' dawn il-piżijiet? "Naħdem bħala skrivan, meta nkun sejjer għat-taħriġ jifhmuni u noħroġ bil-frank, jekk ovvjament naqbeż il- ġranet li jkolli stipulati nibda ma nitħallasx tagħhom," spjega Camilleri. Minkejja dan hu żied jgħid li, "fl-aħħar sentejn irbaħt borża ta' studju mill-Gvern li għenitni ħafna f 'din il- mixja sportiva," temm jgħid Camilleri. L-isport tal-MMA anke f 'pajjiżna jkompli jikber L-isport tal-Mixed Martial Arts mhuwiex xi invenzjoni ta' dan is-seklu però fis-snin li għaddew dan kompla jżid fil-popolarità, primarjament minħabba promozzjonijiet li saru jiġu organizzati u mxandra kummerċjalment bħal UFC u Bellator. L-akbar avvenimenti ta' dan l-isport jittellgħu taħt il-kappa ta' UFC, li bħala promozzjoni tgħaqqad flimkien uħud mill-aqwa atleti tal-MMA, li jiġġieldu kontra xulxin skont il-piż tagħhom u bejn wieħed u ieħor ikun hemm kważi 40 avveniment fis-sena. F'Ottubru li għadda, id- dinja kollha, inkluż il-Maltin, kienet imwaħħla mas-sett tat- televiżjoni hekk kif Khabib Nurmagomedov għeleb lil Conor McGregor fil-ġlieda li tant kienet mistennija. Ġlieda li ħafna sejħu bħala l-akbar ġlieda fl-istorja tal-UFC. illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 Aħbarijiet 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Iż-żagħżugħ Malti li kien ibbuljat l-iskola, illum pass 'il bogħod mill-UFC Matthew Camilleri se jerġa' jmur jitħarreġ f 'AKA gym fl -Istati Uniti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19