Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Busuttil għamel biss allegazzjonijiet persuni mingħajr ma indika Din il-ġimgħa ħareġ digriet mill-Qorti li qajjem diskussjoni mill-ġdid dwar il- Panama. X'qal eżatt l-Imħallef? U għalfejn ma jħossx li għandha tkun investigata l-kwistjoni tal-Panama? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn 27 paġna ta' digriet... DIN il-ġimgħa kien ippubblikat id-digriet finali tal-Imħallef Giovanni Grixti, digriet illi fil- qosor iddeċieda li ma kienx hemm biżżejjed raġunijiet u bażi legali biex tibda investigazzjoni fuq il-kwistjoni tal-Panama Papers u allura żewġ kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Lanqas kienu laħqu ħarġu l-ewwel dettalji tad-digriet li ma bdewx ir-reazzjonijiet. L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li fetaħ ir-rikors kontra numru ta' nies inkluż il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din id-deċiżjoni ma tistax titwemmen u staqsa fejn ser issir ġustizzja, jekk mhux f 'pajjiżna. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qal illi d-deċiżjoni tal- Qorti kkonfermat l-istejjer dwar il-Panama bħala 'spekulazzjoni'. Imma x'jgħid eżatt id- digiret? Veru li l-Ministru Mizzi huwa skolpit minn kull akkuża li seta' kien hemm fil-konfront tiegħu? U kif kienet skjaċċanti d-deċiżjoni fil-konfront ta' Simon Busuttil? Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn id-deċiżjoni tal- Imħallef Grixti u permezz ta' 'Mistoqsija u Tweġiba' qed twassal il-fatti miktubin iswed fuq l-abjad lill- qarrejja tagħha. X'inhu l-għan tad-digriet? Id-digriet ta ħarsa lejn "lista żgħira minn ammont kbir ħafna ta' emails ippubblikati mill- International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ). Dawn mhumiex qed ikunu investigati f 'Inkjesta Maġisterjali oħra. Għalfejn Busuttil ried ir-rekuża tal-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi? Forsi tiftakru l-kwistjoni kollha li tirrelata lil dan l-Imħallef. L-eks Kap tal-PN kien talab għar- rekuża tiegħu, jiġifieri li dan ma jkunx l-Imħallef li jisma' dan il-każ partikolari. Busuttil sostna illi hemm kunflitt ta' interess fil-fatt illi Antonio Mizzi huwa r-raġel tal- MEP Laburista Marlene Mizzi. Fid-29 ta' Ottubru iżda l-Qorti Kostituzzjonali kienet ħassret id-deċiżjoni tal- Prim'Awla u allura dik li kienet laqgħet tlieta mis-sitt talbiet ta' Busuttil. Dawn huma; li l-preżenza ta' Mizzi bħala mħallef f 'dan il-każ kien qed jimpedixxi fuq id-dritt tiegħu ta' smigħ xieraq, li titħassar kull sentenza ta' Mizzi f 'dan ir- rigward u li finalment dan il-każ jinstema' quddiem ġudikant ieħor. X'ġara bejn is-26 u s-27 ta' Lulju 2017? Nhar is-26 ta' Lulju 2017 il-Maġistrat inkwirenti kkonkluda li l-prerekwiżiti kollha biex issir investigazzjoni fil-każ tal-Panama kienu qegħdin hemm. Kellu għalhekk jintagħżel maġistrat bil-polza biex ikun hu li jinvestiga l-akkużi u l-implikazzjonijiet f 'dan il- każ (ara kaxxa). L-għada iżda, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman fetħu rikors quddiem il- Qorti sabiex tkun miċħuda t-talba ta' Busuttil għal inkjesta maġisterjali. Dan ir-rikors kien milqugħ din il-ġimgħa. U l-Avukat Ġenerali x'għandu x'jaqsam? Fi ftit kliem id-digriet sostna illi l-Avukat Ġenerali m'għandu x'jaqsam assolutament xejn. Artikli fil-Kodiċi Kriminali jgħidu illi meta jsir rapport jew kwerela minn xi ħadd, minn xi persuna mhux l-Avukat Ġenerali/uffiċjal tal-pulizija, għadhom ikunu notifikati s-suspettati. L-Avukat Ġenerali ma jissemmix bħala persuna li għandha tkun notifikata u l-Imħallef Grixti jgħid illi dan kien korrett meta ma esprimiex l-opinjoni tiegħu, sabiex b'hekk jippreserva u ma jippreġudikax id-doveri tiegħu f 'każ li jkun mitlub jagħżel jekk għandhomx jibdew proċeduri kriminali jew le kontra waħda mill- persuni msemmijin fil-każ. Raġuni 1 – Muscat et al mhux notifikati Issa ejja nibdew inħarsu lejn ir-raġunijiet għalfejn l-Imħallef iddeċieda kontra investigazzjoni fuq il-każ. L-ewwel nett Busuttil talab, permezz ta' rikors ieħor, li jirrispondi għal dak li qalu Muscat et al fil-Qorti. Il-Qorti fil-fatt tat lil Busuttil dan id-dritt li annetta xi dokumenti wkoll mar-risposta tiegħu. Muscat, Mizzi, Schembri u l-oħrajn ilmentaw illi huma ma kinux infurmati dwar ir-risposta ta' Busuttil u lanqas id-dokumenti li hu ppreżenta u allura li ma ngħatawx iċ-ċans li jirrispondu għalihom. Id-deċiżjoni tal-Qorti ta' din il-ġimgħa qalet li Muscat et al "ma ngħatawx l-opportunità li jkunu mgħarrfa u mogħtija d-dritt li jagħmlu osservazzjonijiet dwar dak mhux biss osservat minn Busuttil iżda wkoll dwar id-dokumenti minnu esbiti." Iċ-Chief of Staff f 'Kastilja ġab eżempju. Osserva li l-Kap tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew Werner Langen kien ikkwotat jgħid li dak tal-Panama kien "a textbook case of moneylaundering" jiġifieri każ tipiku ta' ħasil ta' flus. Schembri jgħid iżda li Langen fil-fatt qal li "mhux ċar fil-mument, imma jidher qisu każ ta' ħasil ta' flus... irridu noqogħdu attenti qabel naslu għall- konklużjonijiet dwar dak li verament tfisser." Raġuni 2 – Busuttil ressaq rikors 'ma kienx validu' It-tieni raġuni għalfejn ir-rikors ta' Busuttil ma kienx aċċettat huwa għaliex, fi kliem sempliċi, 'ma kienx validu'. Is-sentenza tal-Qorti tfakkar illi rapport, denunzja jew kwerela jridu jkunu dwar reat 1) li għalih tista' tingħata piena ta' priġunerija għal iżjed minn tliet snin, 2) li s-suġġett materjali tar-reat ikun Konrad Mizzi Keith Schembri Joseph Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19