Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Tista' tgħid li jien trabbejt f 'familja li minn dejjem kienet fil-futbol. Fil-fatt ta' eta' żgħira minn dejjem kont inkun il-grawnd nara l-logħob fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Bdejt nilgħab il-futbol f 'eta' żgħira wkoll għax kelli erba' snin. Bdejt man-nursery ta' Birkirkara u minn hemm 'l hemm qatt ma ħarist lura. L-ewwel esperjenza tiegħek mal-kbar kien ma' Valletta FC. X'tiftakar? Niftakar li kienu l-ewwel xhur nilgħab ma' tim tal-kbar. Kienet esperjenza eċċezzjonali meta tibda l-avventura tiegħek ma' plejers kbar ta' 18-il sena aktar u aktar għax tkun irbaħt id-double bħalma għamilt jien. Dik is-sena konna rbaħna l-kampjonat u l-FA Trophy. Is-sodisfazzjon tiegħi kompla jikber meta rnexxieli nibda t-tieni rawnd bħala plejer regolari. Għalhekk niddeskrivi l-esperjenza ma' Valletta bħala waħda ferm pożittiva fil-bidu tal-karriera tiegħi. Imbagħad int kont għamilt sentejn l-Italja ma' Livorno. Kif tista' tiddeskriviha din l-esperjenza? Tgħallimt ħafna fiż-żmien meta kont l-Italja. Tista' tgħid li hemmhekk int trabbi karattru ta' veru u tidra ċerti affarijiet li qabel lanqas biss kont noħlomhom. Trid tidratfendi għal rasek u tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Meta tilgħab barra minn Malta m'għandekx il-ġenituri u trid tagħmel ċerti għażliet li minkejja kollox ikunu l-aħjar għall-karriera tal-futbol li tkun qed tagħmel. Kien għalhekk li ma' Livorno komplejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi. Int kont ukoll plejer regolari mat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Xi tgħidli fuq iż-żmien li kont tilbes il-flokk ta' pajjiżek? Kienet esperjenza ferm sabiħa meta rnexxielna niksbu 11-il punt fil- grupp tal-logħob ta' kwalifikazzjoni. Huwa rekord li jitkellem waħdu. Sfortunatament ma spiċċajtx fuq nota tajba mal-Under 21 fuq dak li ġara. Fil-fehma tiegħi madankollu kont kuntent bil-wirjiet li tajt b'dan il-flokk kemm-il darba lbistu. Kemm tgħallimt mingħand il-kowċ ta' taħt il-21 sena Silvio Vella? Huwa kowċ tajjeb u tattikament bravu u dejjem iġib riżultati tajbin. Miegħu tgħallimt ħafna għax barra li hu motivatur, kapaċi jgħidlek fejn għandek titjieb filwaqt li jagħti pariri mill-aqwa. Int flimkien ma' xi plejers oħra għaddejtu minn dak il-każ. Kemm kienet diffiċli tirrapporta speċjalment bil-biża' li ma tkunx protett? Fil-fehma tiegħi mhux faċli tirrapporta xi ħaġa bħal din. Ma nemminx li jkollna protezzjoni biżżejjed. Jien kont wieħed li ma rrappurtajtx u b'hekk weħilt din is- sospensjoni. M'hemmx dubju li kien żmien diffiċli għalik hux hekk? Kien żmien iebes ħafna għalija. Għamilt għaxar xhur nitrenja waħdi kif ukoll ma' SamirArab, Ryan Camenzuli u Llewelyn Cremona. Il-konsolazzjoni kienet li għallinqas ma kontx waħdi u f 'ħafna mumenti konna nagħtu kuraġġ lil xulxin. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi kif ukoll lit-tfajla li kienu dejjem warajja tul dan iż-żmien u sibthom bħala sostenn fil-mumenti diffiċli. Issa li dalwaqt ser terġa' tirritorna lest tagħmel dan bil-kbir? Iva lest nirritorna mill-aħjar li nista'. Jien qatt ma waqaft nitħarreġ, ma xtaqtx nieqaf għax ix-xewqa tiegħi hi li nerġa' niġi kif kont jew aħjar milli kont. Int kellek ukoll esperjenza ma' Tarxien Rainbows fejn skorjajt ħafna gowls importanti. Kienu mumenti importanti ħafna għalik. Iva kollu minnu dan. Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi s'issa fil-karriera tiegħi kemm ili nilgħab il-futbol. Bħala kowċ kellna lil Jacques Scerri u l-logħob li konna nuru kien verament tajjeb. Mhux ta' b'xejn li spiċċajna fil-ħames post tal-klassifika tal- kampjonat Premier. Konna tim żgħir u żagħżugħ fejn il-kowċ u l-plejers ħolqu ambjent sabiħ u familjari. Dawn kienu l-ingredjenti li wassluna biex niksbu dan is-suċċess. U qabel waqaft fl-aħħar esperjenza tiegħek ma' Birkirkara kont qed timpressjona ferm. Iva kien mument sabiħ għalija u sfortunatament waqaft fl-aħjar żmien tiegħi. Iżda m'hemmx x'tagħmel dan kollu huwa parti mill-futbol u issa sa fl-aħħar dalwaqt wasal il-mument li nirritorna. F'dan iż-żmien kellek iċ-ċans titkellem ma' Paul Zammit? Iva tista' tgħid li ilu sena sħiħa jibgħatli u jċempilli. Kellna ċ-ċans niltaqgħu u nitkellmu u dejjem sibtu ta' spalla fil-mumenti l-aktar diffiċli. Issa wasalna fl-aħħar ftit u ninsab lest biex nirritorna. Ta' spiss narak il-grawnd tissapportja lit-tim tiegħek. Xi tħoss il-fatt li ma tistax tkun magħhom? Inħossha ħafna meta tkun qed tara lit-tim tiegħek u int ma tistax tkun magħhom. L-iktar li ħassejtha kien meta fl-aħħar tal-istaġun li għadda Birkirkara lagħbu l-finali tal-FA Trophy kontra Valletta. Ħassejtha ferm 'Kien żmien iebes ħafna għalija iżda Cristian Antony Muscat Luke Montebello - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin u li -aħħar xhur kien nieqes mill-azzjoni minħabba li kien qed jiskonta sospensjoni. Madankollu, jistqarr li jinsab lest biex sa mil- lum stess l-konfront dirett kontra Balzan, jirritorna bil-kbir bil-okk ta' Birkirkara. "Jiġri x'jiġri dejjem għandek tibqa' b'saħħtek. B'xorti ħażina dejjem ser issib min inkissrek bil- kliem iebes tiegħu. Iżda trid tkun b'saħħtek għax jekk ma tkunx hekk faċli titkisser moralment. Jien dejjem ngħid li dejjem għandek tiġri wara l-ħolma tiegħek u tipprova tara kif ser tilħaq l-objettivi tiegħek. Meta tagħmel dan tkun ferm sodisfatt li minkejja xi kurrenti kontrik jirnexxielek tasal fejn trid." "Għamilt għaxar xhur nitrenja waħdi kif ukoll ma' SamirArab, Ryan Camenzuli u Llewelyn Cremona. Il-konsolazzjoni kienet li għallinqas ma kontx waħdi u f 'ħafna mumenti konna nagħtu kuraġġ lil xulxin. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi kif ukoll lit-tfajla li kienu dejjem warajja tul dan iż-żmien u sibthom bħala sostenn fil-mumenti diffiċli. Jien qatt ma waqaft nitħarreġ, ma xtaqtx nieqaf għax ix-xewqa tiegħi hi li nerġa' niġi kif kont jew aħjar milli kont."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19