Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum EMMA u Noah l-aktar żewġ ismijiet popolari Skont il-lista kompluta li ġiet provduta lill-gazzetta minn Identity Malta, tul is-sena li għaddiet l-aktar isem popolari għall-bniet kien Emma. B'hekk għat-tieni sena konsekuttiva dan l-isem baqa' l-aktar wieħed popolari fost l-ġenituri ġodda Maltin. Min-naħa l-oħra, l-aktar isem popolari għas- subien f 'din is-sena kien dak ta' Noah. Dan l-isem seraq post Luca hekk kif dan tal-aħħar kien l-aktar wieħed popolari tul is-sena 2017. Ta' min jinnota wkoll ismijiet oħra popolari mal-Maltin fosthom, Luca, Liam u Matteo fejn jidħlu s-subien u Mia, Valentina u Ella għall-bniet. L-ismijiet partikolari li ġew irreġistrati Fl-istess lista jispikkaw diversi ismijiet mhux tas-soltu fost l-oħrajn insibu, 'Ace', 'Bentley', 'Zeppi', 'Platon' u b'mod partikolari 'Maximus,' l-isem tal-gladjatur mill-film brillanti ta' Ridley Scott. L-ismijiet ispirati mill-futbol Il-futbol huwa parti importanti fil-ħajja ta' bosta u dan jidher biċ-ċar fil-lista ta' ismijiet hekk kif fost l-oħrajn insibu diversi ismijiet li jidhru li ġew ispirati mid-dinja tal-futbol. Fost l-oħrajn insibu diversi tfal li ssemmew għall- plejer internazzjonali Brażiljan u ta' Paris St Germain Neymar kif ukoll għall-istilla ta' Juventus u l-Portugall Cristiano Ronaldo. Apparti minn hekk, tul din is-sena ġie rreġistrat ukoll l-isem 'Milan', tim popolarissimu Taljan. Is-serje televiżivi jħallu effett fuq l-ismijiet Maltin F'din il-lista spikkaw ukoll diversi ismijiet li jidhru li ġew influwenzati minn diversi serje televiżivi popolari ferm dan iż-żmien. Fost l-oħrajn ġie rreġistrat l-isem 'Ragnar' karattru fis- serja televiżiva popolari ferm Vikings kif ukoll diversi ismijiet mis-serje televiżiva Game of Thrones b'ismijiet bħal Aria, Theon u Brianne. 42 sena wara mewtu Elvis jibqa' ħaj f 'Malta Għamilna referenza għal ismijiet li setgħu ntgħażlu minħabba l-influwenza ta' xi tim sportiv jew xi serje televiżiva, għalhekk żgur mhux forsi li kellna nsemmu l-ismijiet li jidhru li ġew influwenzati mix-xena mużikali. Fosthom insibu 'Drake' wara r-rapper popolari, Ariana għall-kantanta u attriċi Amerikani kif ukoll Elvis għall-King tar-Rock and Roll. Jagħżluhulek qabel titwieled u tibqa' tużah ħajtek kollha, ta' wħud huwa l-istess u ta' oħrajn partikolari. Din il-ġimgħa l-ILLUM tat ħarsa lejn l-lista kompluta tal-ismijiet kollha li ġew irreġistrati f 'Malta tul is-sena li għaddiet fejn b'kollox twieldu 'l fuq minn 2150 tifel u tifl a. Maximus, Ragnar u Bentley fost l-ismijiet li kienu rreġistrati f 'pajjiżna tul l-2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter l-aktar isem popolari għall-bniet kien Emma u l-aktar isem popolari għas-subien f 'din is-sena kien dak ta' Noah.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19