Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 11 Għall-festi orrajt Ħadt gost nara ż-żewġ mexxejja jitbissmu flimkien mal-Pressie. Kemm huma gustużi hux jagħmlu ġimagħtejn ikunu nies u imbagħad jerġgħu jduru għal xulxin. Jien iddeċidejt li nara liema kliem għażlu li ma jużawx fil-konfront ta' xulxin f 'dawn il-ġimagħtejn u fil-pubbliku. Ejja nibdew: "Mhux demokratiku, giddieb, pulċinell, mhux serju, negattiv, dittatur, attur, ipokrita, kummidjant, ma jafx, baħnan, injorant, pastaż, kattiv, malafamanti, farsesk, buffu, annimal, klown, ħabib tal-kuntrattuti, apoloġista." U wara l-kwinti fejn ma jismagħni ħadd, il-kliem użat kontra xulxin huwa iktar kiefer, u jekk l-editur baħnan li għandi jħallini nikteb kif nixtieq ha nirrepetihom hawn. "Bestja, anali, p**ta, skeletru, toppoġiġġo, ħela ta' spazju, opportunista, moralment korrott, mixtri, bla ruħ, materjalista, midneb, maħmuġ, ħmieġ, ħ***, koko." Ajma jaħasra! Miskin Silviuccu Kif qed naħseb fuq x'se nikteb, irid niftakar fil-ħabib tiegħi Silvio Scerri. Jaħasra dan spiċċa mingħajr xogħol, għax miskin wara li spiċċa Manwel, spiċċa bla impjieg. Irrid noqgħod attent xi ngħid għax Silvio Scerri huwa touchy ħafna u bħali, xi kultant jigdem. Insomma kif tiftakru, is-Sur Silvio żgur spiċċa b'xejn għax bħalma kien qal, kien spiċċa minn man-Nexos Lighting. Eħħ miskin qed imut bil-ġuħ. Insomma, jibqa' l-fatt li f 'dawn iż-żminijiet importanti il-ħbieb, u meta staqsejt min jistgħu jkunu l-ħbieb qaluli, eħħ, hemm Martin Bugelli dak li jdawwar ilsienu biex mingħalih jurina kemm jifhem f 'Shakespeare u ovvjament l-Għawdxi ħabib tagħna Chris Said, OLE! L-Isqof u t-tweet Mela jekk hemm żatat fid-dinja, ikolli ngħid li huwa l-Isqof Scicluna. Jiena għandi problema tafux bih, meta nħares lejh u nisimgħu jitkellem jaqbadni bard kbir. Le, le mhux għax Nazzjonalist, le kullħadd għandu dritt ikun Nazzjonalist. Anki jekk ma nafx xi tfisser li tkun Nazzjonalist. Li naf hu li meta kien hemm id-diskors ċelebri tal- President Marie Louise, ħareġ tweet l-Isqof Scicluna li qal 'a bemusing speech.' Fi ftit kliem, ried jgħid, 'diskors imħawwad.' Wara ftit it-tweet sparrixxiet. Deleted kif jgħidu dawk il-geeks. X'ġara? Min jaf? Istrina x' boloh Żgur rajtuh iż-Zammit Lewis, il-Ministru tat- Turiżmu u l-films iżegleg il-patata u mingħalih jagħmilha ta' Freddie Mercury. Ara jrid ikollok guts tafux. Imma insomma prosit, għax minkejja dik iż-żaqq, għamel xow sabiħ. Sbieħ kien ukoll is-sehem ta' Pullicino u David Agius u l-aħħar feles tal-kabinett ta' Muscat. Insomma l-iktar ħaġa sabiħa hi li s-somma ta' Ġorġ Abela ġiet issuperata. Kemm ħadt pjaċir, u tafux hux mingħajr dawk il-ħafna wċuħ ta' nies jibku u xeni ta' dnewwa. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … tat-Tfal f 'Għawdex 2014: Sena tajba għall-Għawdxin U s-sena d-dieħla? • In-numru ta' turisti qed jiżdiedu minn sena għall-oħra • Il-Gozo Channel għall-ewwel darba għamlet il-qligħ • Inizjattivi matul is-sena li qed iħallu frott kbir fl-ekonomija Għawdxija • Il-ftuħ tad-Dipartiment tal-Kimoterapija fl-isptar t' Għawdex • It-twaqqif tal-Gozo Sports Board, il-Kunsill reġjonali taż-żgħażagħ u l-Uffiċċju tal-NSO • Żagħżugħ Għawdxi falla siġġu fl-Ewropa għal ftit voti • Pixxina li bdiet tiġi diskussa • Fast ferry service li donnha ntesiet għal kollox • SME Park li għalih instab il-post iżda għad jonqos ħafna burokrazija sa ma naraw l-ewwel binja • Mitjar li għadna nistudjaw il-pjanti tiegħu • Skola Medika li ilha ġejja u s'issa ma waslitx • Qorti li għaliha sibna l-post fejn se jkun, però wieħed għad irid jara meta se titpoġġa l-ewwel ġebla • Microfibre optic cable li għadna nistudjaw dak li ħaddieħor m'għamilx • Id-dar tal-anzjani state of the art, s'issa għadha tpinġija ANKE jekk forsi mhux wieħed mill- aktar Ministri popolari fost il-Maltin, l-avukat Anton Refalo jidher li qabad it-triq it-tajba għal Għawdex. Kollox qed jindika li matul is-sena li għaddiet l-ekonomija f 'Għawdex reġgħet marret tajjeb. L-inizjattivi ta' 'Għawdex għal qalbek', għal żmien San Valentinu, 'Fidi u Tradizzjoni' għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u 'Milied f 'Għawdex' għal żmien il-Milied, kollha taw il-frott mixtieq speċjalment dik tal-Milied li issa saret kważi parti mill-kalendarju tal-Maltin li jmorru bi ħġarhom lejn Għawdex. Iżda Għawdex ma jeżistix biss bit-turisti u bil-Maltin, anke l-Għawdxin iridu jgħixu ħajja iżjed komda u għal Għawdex ġie maħsub li l-kimoterapija għal dawk morda bil-kanċer, issa tingħata fl-Isptar ta' Għawdex u dan ukoll kien pass ferm 'il quddiem għall-Għawdxin. It-turiżmu fis-Sajf ukoll baqa' jiżdied kif juru l-istatistiċi maħruġa mill-NSO fejn żdied sew bħala sodod u anke ġranet, sew fil-lukandi kif ukoll fl-appartamenti u farmhouses. Il-karnival Għawdxi baqa l-uniku attività f 'Għawdex li tilqa' l-akbar numru ta' żgħażagħ Maltin fejn illum il-Karnival tan-Nadur qed jiżboq lil kull attività Karnivaleska f 'Malta. L-Iskema 'Greener & Cleaner' tat il-frott tagħha fejn Għawdex ħa tindifa ġenerali permezz ta' dawn in-nies li kienu qed jirreġistraw u ngħataw xi ħaġa żgħira għal ħames xhur biex inaddfu Għawdex. Ħasra biss li wara ħames xhur din l-iskema twaqqfet għax m'hemmx flus ivvutati għaliha. Nisperaw li l-Ministeru għal Għawdex iġib flus biex jerġa' jqajjem skema oħra bħalha jew tixbaħha għas- sena l-ġdida. Il-ftuħ tal-uffiċċju tal-NSO għen mhux ftit biex issa Għawdex għandu statistika għalih fejn jaf fejn mar ħażin u fejn jista' jmur aħjar. Il-fatt li ġew maħtura bordijiet tal-Isport u anke taż-żgħażagħ huma passi ta' ġgant 'il quddiem ħalli b'hekk iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom lejn fejn jixtiequ li Għawdex għandu jmur. Issa l-Għawdxin għandhom bord li jmexxi kull dixxiplina sportiva li teżisti li s'issa ma kinetx organizzata u miġbura taħt kappa waħda. Il-ftuħ taż-Żewwieqa miftuħa minn Anton Refalo kienet mertu tal- amministrazzjoni ta' qabel li kienet kważi lestietha, biex tilqa' lil kull min jasal Għawdex, inkella jkun irid iduq xi ikla ħut minn ristoranti tipiċi mal-port b'passiġġata mill-isbaħ minn fejn wieħed jista' jara lil Kemmuna u Malta min-naħa l-oħra tal-fliegu. Il-fatt li żagħżugħ Għawdxi, Clint Camilleri falla li jirbaħ siġġu bħala MEP għal ftit voti, juri wkoll li l-Għawdxin saru jiġu apprezzati sew mill-Għawdxin stess u anke mill-Maltin. Anke l-fatt li l-Partit Nazzjonalista mal-ewwel grupp ta' kandidati ġodda ħaseb f 'żagħżugħ ieħor Għawdxi, Ryan Mercieca, ikompli juri kemm il-Partiti għandhom fiduċja fiż-żgħażagħ Għawdxin. TAJJEB li tħalli sena tajba warajk. Għax ifisser li l-mixja tiegħek hi waħda pożittiva. Iżda meta jkollok is-suċċessi, t-triq tkun aktar diffiċli għax filwaqt li trid iżżomm il-pass mal-mixja li tkun imxejt, trid ukoll ittejjeb fuq dak li għamilt. Wieħed irid iqis li s-sena d-dieħla dak li dis-sena wegħedt jew dak li qed tgħid li qed tistudja, irid jiġi quddiem l-eżamintauri. Id-dinja ma saritx f 'daqqa u żgur li ma jistax ikun dak imwiegħed jitlesta kollu f 'sena, iżda biex titwemmen u bniedem jasal biex jifhem li xi darba se jara l-proġett jitwettaq, irid jara x-xogħol jinbeda. Irid jara li dak li ġegħiltu joħlom bih qed jibda jitwettaq b'mod jew ieħor. Għax l-Għawdxi għandu bżonn pixxina, in- negozjant Għawdxi għandu bżonn mitjar żgħir, iż-żagħżugħ Għawdxi għandu bżonn futur li tista' tagħtih skola medika f 'Għawdex. L-investitur li jitħajjar jinvesti f 'Għawdex, irid ikollu moħħu mistrieħ bl- Internet. L-anzjan Għawdxi jrid iserraħ moħħu li meta jixjieħ sew jibqa' jgħix f 'Għawdex u komdu. Filwaqt li l-istudent Għawdxi għandu bżonn dik l-imbierka 'fast ferry' li jidher li dan il-ministeru ma tantx tinteressah. Kienet sena tajba u ta' dan, min ħaqqu għandu jieħu l-mertu, iżda tista' tkun aħjar, u l-Għawdxi, dak li qed jistenna għas-sena li ġejja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014