Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum Larkin Butler jirbaħ l-ASMK Demolition b'risq l-Istrina NHAR il-Ħadd li għadda l-21 ta' Dicembru l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' organizzat il-21 edizzjoni 'ASMK għall-Istrina'. Saru diversi tiġrijiet mis-Sezzjoni Autocross u Motocross li ddominaw in- nofs ta' nhar ta' filgħodu. Dawn kienu segwiti bl- 'Autocross Rides' wara l-Finali A u B iżda qabel bdiet id-Demolition Derby. Għall-ħabta tal-11:30am żaru din l-attività s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onorevoli Chris Agius u l-kelliem għall-Isport min-naħa tal-Oppożizzjoni l-Onorevoli Robert Cutajar. Waqt din iż-żjara li ssir kull sena hija tradizzjoni li jgħaddu l-awguri tagħhom tal-Milied lill-Membri u l-pubbliku preżenti. Fl-aħħar il-President u s-Segretarju tal- Assoċjazzjoni ppreżentaw tifkira tal-okkażjoni liż-żewġ Parlamentari. Fl-edizzjoni tad- Demolition Derby 2014 ħadu sehem sitt karozzi misjuqa minn Jason Magro fuq Marina Box-Van, Leo Butler fuq Marina Ital, Clive Sammut fuq Lada Estate, Larkin Butler, Clint Farrugia u Clayton Muscat kollha fuq Volvo 740. Għall-ħabta tal-4:15pm ingħata bidu għal din l-edizzjoni. Malli niżlet il-bandiera bdiet it- taqtigħa ta' min kellu jkun li jirnexxielu jirbaħ billi jibqa' jimxi wara li jkun waqaf kulħadd. F'din l-edizzjoni rajna żewġ karozzi li ġibdu l-attenzjoni tal-pubbliku fejn il-Lada Estate misjuqa minn Sammut u Marina Van misjuq minn Magro taw spettaklu mill-isbaħ għall-mod li rnexxielhom iġibu l-karozza rispettiva tagħhom. Din kienet ġlieda sportiva sal-aħħar bejn Larkin Butler u Jason Magro fejn damu ftit inqas min 15-il minuta jikkumbattu sakemm Magro ċeda u spiċċa t-tieni post, b'Larkin Butler jirbaħ din il-21 edizzjoni. L-Assoċjazzjoni waqt din l-edizzjoni rnexxielha tiġbor €1,575 li kollha marru għall-fond tal-Malta Community Chest Fund – l-Istrina. Intant, nagħtu ħarsa lejn it-tiġrijiet li saru matul il- ġurnata fejn 51 kompetitur ħadu sehem waqt l-attività bl-Autocross u l-Motocross. Fl-Autocross kien hemm 29 karozza maqsumin fi tliet klassijiet, dik Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Gozo. Għall-finali tal-ġurnata Autocross Modified Klassi A kkwalifikaw Vince Farrugia u Jason Martin it-tnejn fuq Volkswagen Polo, Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Philip Joe Vella fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Godwin Martin fuq Opel Corsa. Mat-tluq rajna lil Godwin Martin jieħu t-tmun tat- tiġrija segwit minn Galea u Farrugia. Matul din il-finali l-attenzjoni kienet fuq Galea fejn mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Godwin Martin sakemm wara t-tielet dawra, Galea ssupera lil Godwin b'dan tal-aħħar jinżel pożizzjoni. Il-finali spiċċat b'Galea jirbaħ l-ewwel tiġrija f 'dan l-istaġun segwit minn Godwin u Farrugia. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Jason Martin u Pisani, b'Vella jispiċċa jikkuntenta bl-aħħar post. Fil-Finali ta' Klassi B fuq l-istarting line rajna lil Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Godfrey Gauci u Christian Apap it-tnejn fuq Ford Fiesta, Noel Vella fuq Ford Escort, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa u Pedro Attard fuq Fiat X19. Mat-tluq tal-finali rajna ħruġ tajjeb minn Camilleri segwit min Apap u Borg. Matul din it-tiġrija ma rajna l-ebda tibdil tant li kif bdiet spiċċat. Wara seba' dawriet Camilleri ssiġġila l-ewwel rebħa tiegħu f 'din il-klassi. Dan kien segwit minn Apap u Borg. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Gauci u Vella waqt li Attard kellu jieħu l-aħħar post wara li rtira mit-tiġrija. Fl-Autocross Standard Class kompla l-kampjonat ukoll b'Joseph Martin fuq Peugeot 206 jirbaħ l-ewwel tiġrija f 'din il-klassi segwit minn Deane Farrugia fuq Citroen AX . Fit-tielet post daħal Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Fil-Gozo Autocross rajna lil Domnic Zammit fuq Alfa Sud jiddomina l-heats kollha tal-ġurnata inkluż il-finali. Zammit kien segwit viċin minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta li għalaq il-ġurnata fit- tieni post. Fit-tielet u r-raba' post spiċċaw Chris Sultana fuq Honda u Joseph Luke Gauci fuq Alfa Sud. Fil-Motocross rajna 22 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet. Fi klassi A rajna lil Paul Muscat u Clayton Camilleri t-tnejn fuq KTM jiddominaw il-ġurnata u joffru spettaklu bejniethom. Dawn iż-żewġ kompetituri spiċċaw il-ġurnata bl-istess punteġġ ta' 52 punt kull wieħed iżda Muscat ġie ddikjarat rebbieħ tal-ġurnata quddiem Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq Kawasaki fejn għalaq il-ġurnata bi 43 punt. Fi Klassi B rajna kompetizzjoni qawwija fejn għat-tieni darba Ludvic Muscat fuq KTM iddomina l-klassi u spiċċa l-ġurnata fl- ewwel post b'55 punt segwit min Robert Spiteri fuq Yamaha li għalaq il-ġurnata b'47 punt. Fit-tielet post spiċċa Adam Sultana fuq Kawasaki b'45 punt filwaqt li fir-raba' post daħal Elvin Debono fuq Kawasaki li wkoll għalaq il-ġurnata bi 43 punt. Fil-Klassi Open rajna lil Clayton Camilleri fuq KTM jirbaħ din it-tiġrija segwit mill-aħwa Paul u Trevor Muscat, it-tnejn fuq KTM. Fir-raba' post spiċċa Stefan Dimech fuq Honda. Intant l-Assoċjazzjoni, inklużi l-Kumitat u membri tal-ASMK, awguraw il- Milied it-tajjeb u Sena Ġdida mimlija risq lil kulħadd. L-attivitajiet tal- Assoċjazzjoni se jkomplu nhar il-Ħadd 4 ta' Jannar bit-tieni attività Enduro li se ssir fil-Kumpless Sportiv tal- ASMK f 'Ta' Qali bl-attività tibda fid-9am. Il-Kampjonat Autocross ikompli nhar il- Ħadd 11 ta' Jannar. Xena mid-Demolition Derby 2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014