Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 ILQTIL ta' Mohammed O. Habbib, raġel ta' nazzjonalità Libjana u li kellu madwar 59 sena, u li kien residenti l-Imsida, kien ħalla lill-investigaturi ma jafux minn fejn kienu se jibdew jinvestigaw. Kienu ċerti li l-qtil ma sarx fejn instab il-katavru imma f 'post ieħor, però l-problema kienet fejn inqatel. Jinstab katavru f 'għalqa Is-sejba tal-katavru ta' Mohammed O. Habbib f 'għalqa saret nhar is-Sibt, 19 ta' April 1975. Għall-ħabta tat-8.00 p.m., il-Pulizija kienu infurmati b'din is- sejba permezz ta' telefonata. Irriżulta li fil-fatt kien tfajjel ta' 14-il sena li nduna bil- katavru li mar jgħid lill- ġenituri tiegħu li min-naħa tagħhom informaw lill- Pulizija. Huwa mifhum li t-tfajjel li sab il-katavru x'aktarx li kien sejjer lura d-dar peress li l-għalqa kienet qrib tad-dar fejn kien joqgħod. Kif kien għaddej, innota li taħt ħajt tas-sejjieħ kien hemm xi ħadd mitluq, b'wiċċu fil- ħamrija. Dak iż-żmien, aktar minn 39 sena ilu, l-inħawi kienu ferm differenti minn kif inhuma llum. L-għalqa fejn instab il-katavru ta' Habbib kienet fi Triq it- Torri, f 'Birkirkara. Illum l-inħawi mtlew bil-bini u Triq it-Torri fil-fatt inqasmet fejn illum hemm il-bypass ta' Birkirkara. Minkejja li ppruvajt insib il-post eżatt fejn kienet din l-għalqa, ma rnexxilix. Marru l-Pulizija fuq il-post Meta waslu l-Pulizija fuq il-post kien diġà sar il-ħin u kien dalam. Minħabba li fl- inħawi ma kienx hemm dawl u dak iż-żmien il-Pulizija ma kellhomx l-apparat li għandhom illum biex idawlu l-post, ma setgħux jinvestigaw sew ix-xena. Għaldaqstant biex il-post ma jkomplix ikun ikkontaminat u jkomplu jintilfu aktar traċċi u evidenza, jekk kien hemm x'jiġi elevat, ittieħdet id-deċiżjoni li ż-żona tiġi ppreservata u ma jintmisx xejn, lanqas il-katavru. L-għada filgħodu reġgħu marru l-Pulizija kemm dawk tad-Distrett ta' Birkirkara kif ukoll mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Ix-xena ħawdet lill- investigaturi Il-katavru ta' Mohammed O. Habbib instab wiċċu fil-ħamrija u kien jindika li kien ilu mejjet bejn tlieta u erbat ijiem. Taħt ras il- katavru kien hemm ġlekk li kien imċappas bid-demm u taħt ir-ras kien hemm aktar dmija. Meta l-Pulizija dawru l-katavru biex jaraw jekk jistgħux jidentifikawh, sabu li wiċċu kien fi stat ta' dekompożizzjoni. Fuq il-katavru ma nstabu l-ebda dokumenti jew xi ħaġa li setgħet tidentika min huwa. Huwa kien liebes qalziet, qmis bajda u l-ħwejjeġ ta' taħt. Mohammed O. Habbib kien ta' statura normali, ismar u kien beda jitfartas. Li ma kellhom l-ebda dubju dwaru l-Pulizija kien, li dan kien każ ta' qtil u li minn dak li bdew isibu fl-għalqa fejn instab il-katavru, kellu l-indikazzjonijiet kollha ta' omiċidju mdawwar b'misteri. Filwaqt li żarbuna tal- vittma nstabet madwar żewġ piedi (inqas minn metru) 'l bogħod mill-katavru, il- Pulizija sabu t-tieni żarbuna f 'distanza mhux ħażin mill- katavru. Fil-fatt din instabet madwar 100 pied 'il bogħod, aktar minn 30 metru. Din iż-żarbuna nstabet taħt ħajt tas-sejjieħ għoli madwar 10 piedi, jew ftit aktar minn tliet metri. Mal-istess ħajt, l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat kienu sabu traċċi tad-demm. Irriżulta li ż-żewġ żraben kienu jagħmlu par, kemm għax waħda kienet tas-sieq ix-xellugija u l-oħra tas-sieq il-leminija, kif ukoll għax kienu tal-istess marka. Wara aktar investigazzjonijiet irriżulta wkoll li ż-żarbun kien ta' Mohammed O. Habbib. Peress li fuq il-ħamrija ma kienx hemm sinjali li l-katavru kien imkaxkar, l-investigaturi kellhom suspett serju li dan inġarr minn żewġ persuni jew aktar. B'hekk il-Pulizija kienu waslu għall-konklużjoni li Habbib kien inqatel f 'post ieħor, ittieħed b'xi vettura, inġarr qrib l-għalqa f 'post diżabitat u ntrema hemmhekk. Jidher li waqt li kien qed jinġarr, l-ewwel ħarġet żarbuna minn sieq u meta garawh għal fuq il- ħamrija, seta' kien dan il-ħin li ħarġet it-tieni żarbuna u spiċċat qrib il-katavru. Biex wieħed jasal fl-għalqa fejn instab il-katavru ried jgħaddi minn għorfa li kien hemm fil-qrib. Għaldaqstant il-Pulizija għalqu kull aċċess u ma tħalla ħadd jersaq viċin. Nifhmu li kien hemm xi persuni li riedu jmorru jaraw jekk il-mejjet kienx xi ħadd li jafuh, iżda fuq ordni stretta, x'aktarx mill- Maġistrat Inkwerenti, ħadd ma tħalla javviċina l-post. Aċċess mill-Maġistrat L-għada li nstab il-katavru, il-Ħadd 20 ta' April, fid- 9.30 a.m. mar fuq il-post il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ronald Conti li mexxa l-aċċess fuq il-post. Preżenti kien hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fosthom is- Supretendent Pawlu Grech u l-Ispetturi George Grech u Ernest Spiteri. L-espert tal-Qorti, Dr Louis Grech, kien ukoll mar fl-għalqa minn fejn eleva kampjuni tad-demm li nstab iċarċar mal-ħajt tas- sejjiegħ li taħtu kien hemm il-katavru tal-Libjan. Peress li d-demm li kien mal-ħajt kien daqsxejn fl-għoli, issejħu l-pumpieri li dak iż-żmien kienu għadhom jagħmlu parti mill-Korp tal- Pulizija. Permezz ta' sellum, Dr Louis Grech seta' jeleva l-kampjuni tad-demm minn mal-ġebel. Wara li ntemm l-aċċess, il-katavru ta' Mohammed O. Habbib ittieħed lejn il- kamra mortwarja tal-Isptar fejn dakinhar stess fl-4.30 p.m. saret l-awtopsja. Mill- awtopsja rriżulta li Habbib kien sofra diversi daqqiet vjolenti kemm fuq rasu u partijiet oħrajn ta' ġismu. Identifikat il-katavru Wara li ħarġet l-aħbar li kien instab raġel li x'aktarx kien ta' nazzjonalità Għarbija, il-Pulizija waslitilhom informazzjoni li l-vittma, Mohammed O. Habbib, kien ilu ma jidher għal xi jiem. B'din l-informazzjoni, il-Pulizija ħadu ftit tan-nifs. Kien l-ewwel pass pożittiv dwar dan l-omiċidju. Minn aktar stħarriġ, il- Pulizija rriżultalhom min kien il-vittma u fejn kien joqgħod. Għaldaqstant l-investigaturi kienu marru l-Imsida fl-inħawi magħrufin bħala 'Msida Circus'. Hawnhekk il-Pulizija għamlu ħin twil ikellmu xi ġirien u nies li kienu jafu sew lil Mohammed O. Habbib. L-investigaturi kienu kellmu wkoll numru ta' persuni Libjani, Għarab oħrajn kif ukoll Maltin li Habbib kien ikun fil-kumpanija tagħhom. Hekk kif saru jafu anke fejn kien joqgħod, il-Pulizija marru fl-appartament tal- vittma fejn saret tfittxija intensiva f 'tentattiv biex John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Libjan jinstab maqtul 39 sena ilu Investigaturi jispezzjonaw vannijiet fix-Xagħra tal-Furjana Jinqatel u jintrema f

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014