Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 2014 Min tela', min niżel FREDERICK AT TARD fattard@mediatoday.com.mt 1. Manuel Mallia Tilef postu fil-Kabinett wara li tkeċċa mill-Prim Ministru Joseph Muscat fin-nuqqas ta' riżenja min-naħa tiegħu wara l-każ tal-isparatura mix-xufier tiegħu. 2. Silvio Scerri Tkaxkar mal-Ministru Mallia u għalkemm ma kienx imsemmi fir-rapport tal-inkjesta bħala direttament involut fil-każ tal-isparatura, tilef postu bħala Chief of Staff fis- segretarjat tal-Ministeru tal- Intern u Sigurtà Nazzjonali. 3. Ray Zammit Ingħata l-inkarigu ta' Aġent Kummissarju tal-Pulizija wara Pietru Pawl Zammit. Dam biss għal ftit xhur u tilef postu wara li r-rapport tal-inkjesta fil-każ tal- isparatura mix-xufier tal-Ministru Mallia żvela li kien hemm nuqqasijiet serji min-naħa tiegħu. 4. Pawl Cremona Irreżenja wara li kien ilu sentejn jikkontempla jekk iċedix postu bħala kap tal-Knisja Maltija. Kien assenti fid-diskussjoni dwar id-dħul tal-Unjoni Ċivili f 'pajjiżna u kien ikkritikat matul is-sena dwar il- kwalitajiet ta' tmexxija tiegħu. 5. Marlene Farugia Żammet il- kritika tagħha kostanti lejn il-Partit Laburista filwaqt li baqgħet tinsisti li l-Partit Laburista jrid iżomm kelmtu fuq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni. 6. Godfrey Farugia Jirreżenja minn Ministru tas-Saħħa wara biss sena fil-kariga. Farrugia jisħaq li ħadem ħafna biex joħloq sisien sodi għall-isptar Mater Dei liema xogħol ma kienx apprezzat min- nies u lanqas mill-Prim Ministru u għalhekk ħass li kellu jwarrab. 12 Cyrus Engerer Kien meqjus bħala star candidate tal-Partit Laburista għall-elezjonijiet tal-Parlament Ewropew sakemm ftit jiem qabel l-elezzjoni l-Qorti tal- Appell sabitu ħati ta' tixrid ta' materjal pornografiku u kellu jirtira l-kandidatura tiegħu. 16. Michael Cassar Jitla' 'l fuq u jingħata l-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija wara li l-Prim Ministru neħħa lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit b'riżultat mal-każ tal- isparatura mix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia. 20 Wenzu Mintoff Jitla' 'l fuq meta ngħata l-inkarigu ta' Mħallef mill- Partit Laburista fil-Gvern. 21. Simon Busuttil Il-Kap tal- Oppożizzjoni għadu ma' jistax jirranka 'l fuq fl-opinjoni pubblika. Tilef l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew b'aktar minn 33,600 vot u għadu qed isibha diffiċli biex jikkonvinċi lin-nies, inkluż l-istess partitarji Nazzjonalisti, li hu l-persuna kapaċi biex jerġa' jwassal lill-Partit Nazzjonalista lura fil-Gvern. 24. Alfred Sant L-eks Prim Ministru Laburista jikkontesta l-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew u jkun l-ewwel kandidat li jikseb il-kwota meħtieġa u b'hekk ukoll l-ewwel kandidat elett minn sitta li jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-Ewropa. 25. Karmenu Vella Iċedi postu fil-Parlament Malti u minn Ministru tat- Turiżmu wara li ġie maħtur bħala Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ambjent, is- sajd u l-affarijiet marittimi. 28. Joseph Muscat Il-Prim Ministru għadu jgawdi l-ogħla fiduċja tal- poplu skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika mill-MaltaToday. Muscat irnexxielu jżomm distakk tajjeb fuq il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. L-għarfien u l-esperjenza tiegħu fil-midja, tgħinu sabiex iwassal u jikkomunika dak li jrid jgħid b'mod ċar u li jinftiehem. 30. Marie Louise Coleiro Preca Telgħet 'il fuq hekk kif ħadet l-ogħla kariga tal-pajjiż, dik ta' President tar-Repubblika ta' Malta. Coleiro Preca qed taħdem u tistinka sabiex tressaq il-Presidenza aktar viċin in-nies. 6 7 18 19 30 31 42 5 8 17 20 29 32 41 4 9 16 21 28 33 40 3 10 15 22 27 34 39 2 11 14 23 26 35 38 1 12 13 24 25 36 37 illum.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014