Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

ILKAP tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, it-Taljana Federica Mogherini eskludiet lil Giovanni Kessler milli jmexxi inkjesta fuq il- EULEX, li hi l-aktar missjoni internazzjonali importanti Ewropea dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni kontra imħallfin u prosekuturi mibgħuta minn Brussell biex jistabbilixxu r-rule of law fil-Kosovo. L-esklużjoni ta' Kessler minn din l-inkjesta qed titqies bħala daqqa ta' ħarta għalih hekk kif minfloku, Mogherini ħatret lill-Franċiż Jean-Paul Jacque, eks direttur tas-servizz legali tal-Kunsill Ewropew, biex imexxi l-investigazzjoni meħtieġa. Din it-tip ta' investigazzjoni normalment taqa' taħt ir- responsabbiltà tal-OLAF li jmexxi Giovanni Kessler u għalhekk il-ħatra tal-Franċiż Jacque qed tiġi interpretata bħala daqqa ta' ħarta oħra għalih meta hu diġà jinsab taħt pressjoni kbira mill-Parlament Ewropew, l-aktar mid-deputati tal- Partit Popolari Ewropew u l-Partit tal-Ħodor, għall- metodi meqjusa illegali fl-investigazzjoni li l-OLAF kienet għamlet fl-2012 liema investigazzjoni kienet wasslet għat-tmiem ta' John Dalli bħala Kummissarju tal-UE. Dalli għadu jsostni li t-tneħħija tiegħu kienet riżultat ta' ftehim bejn politikanti fi Brussell li huma ħbieb tal-industrja tat-tabakk u elementi avversarji tiegħu f 'Malta, fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, l-istess partit li hu kien jifforma parti minnu. Preżentament, Dalli għandu kawżi għaddejjin fil-Qorti ta' Strasburgu kontra l-Kummissjoni Ewropea għal tneħħija inġusta mill- kariga li kien jokkupa bħala Kummissarju Ewropew. Intant jidher li Giovanni Kessler issa wkoll qed jgħaddi minn sitwazzjoni fejn elementi fi ħdan l-istess partit tiegħu daru kontrih. Fil-fatt ilu żmien twil magħruf għan- nuqqas ta' lealtà tiegħu lejn il- partit eks Komunista Partito Democratico li tiegħu hu kien deputat qabel ingħata l-kariga fl-OLAF. Il-PD ma kienx reġa' aċċettah bħala kandidat wara li bħala membru tal-ġunta li tawtorizza interċettazzjonijiet telefoniċi, Kessler kien ivvota favur li dan isir kontra sieħbu fil-PD Vincenzo De Luca. De Luca kien għamel żmien jokkupa l-kariga ta' sottosegretarju fil-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Enrico Letta. Giovanni Kessler kisirha wkoll mal-kap preżenti tal-Partito Democratico u Prim Ministru Matteo Renzi meta dan l-aħħar beda jappoġġa bil-miftuħ lil Rosy Bindi, li qed tmexxi oppożizzjoni għall-politika tiegħu. L-appoġġ tiegħu lejn Bindi hu meqjus bħala raġuni oħra għala Mogherini, li hi ħabiba kbira ta' Renzi, għażlet lill-Franċiż Jacque minflok lil Kessler. illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 Republic Street, Valletta next to the Courts L-UE ilha b'ekonomija staġnata – Alfred Sant "HUWA fl-interess ta' Malta li l-Unjoni Ewropea tirbaħ l-isfida tagħha li toħloq impjiegi u investiment ġdid. L-iżvilupp ekonomiku ta' Malta jiddependi ħafna fuq l-andament tal-ekonomiji tal-pajjiżi tal-UE, minkejja li l-iżvilupp ekonomiku ta' Malta huwa bil-wisq akbar minn pajjiżi oħra tal-UE." Dan qalu l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant meta kien qed jindirizza Konferenza tas-Soċjal Demokratiċi fil-Parlament Ewropew bit-tema 'Malta fl-Ewropa – Fejn qegħdin – fejn sejrin?' Qal ukoll li fl-2015, l-akbar sfida tal-Unjoni Ewropea se tkun li toħloq impjieġi u investiment. Sant kompla jgħid li l-UE ilha b'ekonomija staġnata sa minn qabel ir-riċessjoni globali tal-2008, minkejja li qabel kienet magna ta' żvilupp ekonomiku. "Fiż- żona euro, b'mod speċjali, il-gvernijiet qed jaqtgħu l-ispejjeż biex jaqtgħu d-defiċit. Din il-politika ta' awsterità aktar xekklet il- proċessi ta' żvilupp. Minflok żdied l-investiment, ġara bil-maqlub". Il-kelliem irrefera wkoll għal dawk li bħall- Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel jemmnu li l-kontroll tad-defiċit huwa ċ-ċavetta għall-prosperità tal-futur, xorta qed jinsistu li jrid jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ fil-baġits tal-gvern. "Dawk li jemmnu li l-gvernijiet għandhom jinvestu, qabel jistennew lis- settur privat jinvesti aktar, jgħidu li hija prijorità tal- gvernijiet li jinvestu aktar. Jekk ma tinstabx soluzzjoni għal dan, l-Ewropa se tkun affetwata b'mod negattiv għal ħafna snin oħra". Kelliema oħra fil- Konferenza kienu Aleks Farrugia li tkellem dwar 'L-isfidi tal-Unjoni Ewropea' u Robert Micallef li tkellem dwar 'Il-kontribut ta' Malta fl-UE u viċi versa'. Mogherini teskludih milli jmexxi inkjesta fuq l-EULEX. . . Kessler ikompli jiddgħajjef Giovanni Kessler Il-kelliema waqt il-laqgħa 'Malta fl-Ewropa'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014