Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 illum@mediatoday.com.mt John Busuttil 9,000 żaru d-Dinja tat-Tfal 47,000 żaru Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li għadda Minn Cologne għal Għajnsielem - Provision of a Secure Mail Solution – T059/14 Data ta' ħruġ: 19 ta' Diċembru 2014 / Data ta' għeluq: 2 ta' Frar 2015 - Supply of Energy Ecient Desktop Computers, Laptop Computers and Ultra Portable Laptops – T075/14 Data ta' ħruġ: 19 ta' Diċembru 2014 / Data ta' għeluq: 11 ta' Frar 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: MATUL tmiem il-ġimgħa li għadda, fi tliet ijiem żaru d-dinja tat-tfal fil-Gozo Sports Complex 9,000 persuna. Fejn fost l-eluf ta' tfal li marru hemm, setgħu jiddevertu, jilagħbu u fl- istess ħin imħajra jagħtu dak il-ftit fil-karus tal- Istrina. Kien avveniment organizzat minn 'Milied f 'Għawdex' għall-ewwel darba u ntlaqa' ferm tajjeb, sew mill-ġenituri u tfal Għawdxin u anke dawk Maltin. Kultant ħin, it-tfal bdew jingħataw bambini, kotba, mouse pads u diversi affarijiet oħra. Barra minn hekk, setgħu wkoll jieħdu ritratt ma' Santa Klaws, u diversi karattri ta' Disney bil-fototgrafu Joseph Sultana jistampalhom ir- ritratt bla ebda ħlas. 'Milied f 'Għawdex' jidher li rnexxa fejn wara li l-ewwel ġimgħa kienet tajba iżda mhux qawwija, fit-tieni tmiem il-ġimgħa, il-Gozo Channel bejn il- Ġimgħa u l-Ħadd ġarret 47,052 persuna u għamlet 162 vjaġġ. Kwazi 11,000 passiġġier għażlu li jżuru lil Għawdex bil-vettura tagħhom. Uħud mir-ristoranti għażlu li jibqgħu miftuħa l-ġurnata kollha minħabba l-ammont kbir ta' persuni li fittxew is-servizz tagħhom. Numru kbir ta' Maltin minn irħula varji organizzaw trasport u żaru attrazzjonijiet varji. Matul din il-ġimgħa, dawk li se jżuru Għawdex jistgħu jżuru tliet presepji ħajjin f 'Għajnsielem, Nadur u x-Xagħra barra wirjiet varji u presepji madwar Għawdex kollu. DIN is-sena, it-tliet slaten Maġi se jitilqu minn Cologne fil- Ġermanja, jew aħjar minn raħal viċin Cologne, Adenau, li hu raħal ġemellat mal- Kunsill Lokali tal- Mellieħa. Is-sena li għaddiet is-slaten Maġi telqu minn Tolfa l-Italja u kienu anke għaddew fil-pjazza tal-Vatikan. Din is-sena, Franco Ciangura l-manager ta' Bethlehem f 'Għajnsielem ħolom li s-slaten Maġi jitilqu minn Cologne, fejn wara ħafna xogħol u kuntatti rnexxielu jsib koperazzjoni sew mal-kumitat ta' 'Milied f 'Għawdex' immexxi minn Joe Mifsud kif ukoll mas-sindku tal-Mellieħa li għamluha possibbli biex it-tliet slaten Għajnselmiżi jitilqu mill- Ġermanja. Hemmhekk fil-fatt se jkunu milqugħa mill-Kardinal ta' Cologne u mill-kor sabiħ tal- Kattidral maestuż ta' din il-belt Ġermaniża. Huma jaslu f 'Bethlehem f 'Għajnsielem il-Ħadd 4 ta' Jannar. Il-kontinġent se jkun akkumpanjat f 'Cologne mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u miċ-ċermen tal-Milied f 'Għawdex, Joe Mifsud. għadda Avveniment li ntlaqa' tajjeb mill-ġenituri u tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014