Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 31 tolqotni persuna li tkun onesta, kuraġġuża u li taf tirrispetta lil ħaddieħor. Naf li wara l-logħbiet taraw xi vidjows tal-logħob fejn hemmhekk tiddiskutu xi azzjonijiet kontroversjali li fihom tkunu involuti intom ir- referis. Kemm jgħinu dawn il- laqgħat? Dawn il-laqgħat huma ta' benefiċċju kbir. Dan għaliex aħna r-referis nitgħallmu minn xulxin u b' hekk tinħoloq ċertu konsistenza fid- deċiżjonijiet. Ikollkom laqgħat ta' informazzjoni u ta' żviluppi fir-regoli bħala referis li tikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'pajjiżna? Jekk iva, dawn isiru b'mod regolari? Dawn il-laqgħat isiru regolarment u ningħataw l-aħħar istruzzjonijiet sabiex aħna nkunu konformi mal- UEFA. Ħaġa pożittiva hija wkoll li assistant referis ikollhom ukoll laqgħat speċjalizzati għalihom. Kif qed tħares 'il quddiem lejn il- karriera tiegħek ta' referi speċjalment issa li ngħatajt kariga ferm importanti saħansitra anki mill- UEFA? Inħares 'il quddiem b'ċertu ottimiżmu u impenn. Jiena dejjem nibqa' dik il-persuna li nżomm saqajja mal-art u dejjem nibqa' lest sabiex nitgħallem. Għaddi messaġġ lil żgħażagħ li jixtiequ jieħdu bis-serjetà l-futbol u min jaf forsi bħalek jagħmlu karriera bħala referi. Jiena nixtieq ngħid lil dawn iż- żgħażagħ sabiex jinvolvu ruħhom fl-attività sportiva għax b' hekk, apparti li jitgħallmu jkunu dixxiplinati, iqassmu l-ħin tajjeb u jibnu karriera, dan ikun ta' benefiċċju għal saħħithom. SPORTSillum Twieled l-31 ta' Lulju 1978 f'Ħ'Attard Huwa wieħed mill-aqwa referis li qatt ipproduċa l-futbol Malti f'kull żmien Fl-aħħar jiem ingħata l-aħbar sabiħa kemm għalih personali kif ukol għall- futbol Malti in ġenerali li ġie promoss għall-ewwel kategorija tal-UEFA f'dak li għandu x'jaqsam ma' irrear Jibqa' jiftakar b'mod partikolari l-logħba mill-UEFA Europa League Third Qualifying Round bejn Young Boys tal- Iżvizzera u Ermis ġewwa Stade de Suisse f'Berna, l-Iżvizzera, fejn Young Boys rebħu bl-iskor ta' 1-0. Clayton Pisani fl-ewwel kategorija tal-UEFA Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014