Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

www.gourmettoday.recipes Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 9 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. KOORDINATUR GĦALLPROĠETT PERMESS TALETC: 206/2014 Koordinatur għall-Proġett huwa/hija meħtieġ/a għall-koordinazzjoni ta' Proġett ta' Fond Soċjali Ewropew 'Strengthening Competences to Service the Public Eciently Through eGovernment'. Dan il-proġett huwa mmirat lejn: il-promozzjoni ta' numru ta' servizzi onlajn permezz ta' kampanja pubbliċitarja; assistenza lil negozji u ċittadini -użu tas-servizzi tal-Gvern onlajn; taħriġ lill-uċjali tal- Gvern li jaqdu lin-nies sabiex jassistu aħjar lill-pubbliku; u nalment, riċerka sabiex ikunu ddentikati d-dikultajiet prinċipali li jinuwenzaw l-użu mill-pubbliku tas-servizzi tal-Gvern onlajn. Ir-rwol tal-Koordinatur għall-Proġett huwa li jsegwi, u jipparteċipa b'mod attiv l-koordinazzjoni ta' dan il-proġett. Il-persuna magħżula jrid ikollha livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għall-MQF 6 f 'suġġetti relatati mal- ICT, l-edukazzjoni, komunikazzjoni, management, jew studji Ewropej, imkien ma' sena esperjenza t-tmexxija ta' proġetti. Il-kuntratt tal-impjieg huwa fuq bażi denit u jiskadi l-31 ta' Diċembru 2015. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 5 ta' Jannar 2015 indirizzati lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd 3URJUDPP2SHUDWWLY,,3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWD¶WD¶ƪDMMD$ƫMDU 5HNODPSDU]MDOPHQWNR¿QDQ]MDWPLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶NR¿QDQ]MDQHQW)RQGLPLOO8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN Ċelebrazzjoni b'responsabbiltà IĊĊENTRU LEAP tal- Qawra wassal l-awguri tiegħu għal żmien il-festi tal-Milied permezz ta' inizjattiva pożittiva li saret fi ħdan iċ- ċentru. Matul din l-attività, diversi persuni li jiffrekwentaw is-servizzi offruti fl-istess ċentru kellhom iċ-ċans li jipparteċipaw f 'attività soċjali li kellha l-iskop li twassal messaġġ dwar ir-responsabbiltà ta' kull persuna matul iċ- ċelebrazzjonijiet li qed isiru matul dawn iż-żminijiet. Il-messaġġ ewlieni kien biex is-sewwieqa ma jikkunsmawx alkoħol biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju b'rabta ma' inċidenti li jistgħu jħassru dawn l-istess ċelebrazzjonijiet. Dan jista' jkollu konsegwenzi diretti fuq diversi persuni. Matul din l-attività, iċ- Ċentru LEAP tal-Qawra ħaseb biex joffri alternattiva konkreta fejn permezz tal- ħaddiema u l-voluntiera li jaħdmu f 'dan iċ-ċentru qassmu cocktails mingħajr alkoħol lil min kien preżenti. Dawn l-istess cocktails kienu qed ikunu promossi bħala xarbiet alternattivi għal waqt iċ- ċelebrazzjonijiet. Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia saħaq li l-eżempju konkret li qed iwassal iċ- Ċentru LEAP tal-Qawra huwa importanti u li wieħed jista' jaddottah fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' dawn il-festi. Il- Ministru Farrugia saħaq li ċ-ċelebrazzjonijiet għandhom ikunu mezz kif persuni viċin ta' xulxin iqattgħu żmien sabiħ flimkien li jħalli memorja pożittiva. "Għaldaqstant", saħaq il-Ministru Farrugia, "huwa importanti li meta nkunu qed niċċelebraw ma nkunux aħna li nisfurzaw persuni oħra biex jikkunsmaw jew jabbużaw mill-alkoħol. Jekk persuna tgħid li mhix se tixrob, għandna nirrispettaw l-għażla tagħha." Il-Ministru Farrugia saħaq li filwaqt li s-soċjalizzazzjoni hija aspett importanti fil-ħajja tagħna hemm bżonn li kollox jinżamm taħt kontroll biex b'hekk ikun hemm aktar opportunitajiet fil- futur ta' aktar ċelebrazzjonijiet pożittivi. Matul din l-inizjattiva soċjali, l-Aġent tar-Reġjun tat- Tramuntana Martin Chetcuti saħaq fuq l-importanza li kull persuna għandha tiftakar li ma' kull azzjoni li tagħmel hemm dejjem issegwi konsegwenza pożittiva jew negattiva. Chetcuti saħaq li għaldaqstant huwa importanti li anke meta nkunu qed niċċelebraw nagħrfu l-bżonn biex kulħadd jerfa' r-responsabbiltà biex ma jsirx abbuż tal-alkoħol u biex min ikun ser isuq ma jixrobx. Diversi rappreżentanti ta' entitajiet varji kienu preżenti għal din l-attività soċjali taċ-Ċentru LEAP tal-Qawra fosthom rappreżentanti tal- Kunsilli Lokali tat-Tramuntana, Pulizija, FSWS fost l-oħrajn. Rigali lir-residenti fid-djar tal-anzjani ISSEGRETARJAT Parlamentari għad-Drttijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva qassam diversi rigali lill-anzjani residenti fid-djar tal-anzjani kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaret fost l-oħrajn ir-Residenza Sant' Anna, il-Male Geriatrics Ward u il-Long Stay f 'Għawdex fejn qassmet rigali tal-Milied lill-anzjani residenti f 'dawn is- swali u awguratilhom il-Milied u l-festi t-tajba. L-Onorevoli Caruana kienet akkumpanjata mill- Fondazzjoni Nanniet Malta li kkonkludew l-attività tal- bieraħ b'daqq, kant u żfin. Ċelebrazzjoni b'xarbiet alternattivi Justyne Caruana żżur l-anzjani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014