Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 D in kienet sena mgħammda mill- intolleranza. Sal-aħħar bqajna nassistu għal atti ta' intolleranza. It-tnejn kellhom x'jaqsmu ma' żewġ films. Wieħed dwar il-mexxej tal-Korea ta' Fuq u l-ieħor dwar Mosè. Daqstant tvarja l-intolleranza li ma tagħmilx differenza bejn dittaturi u profeti tat- Testment l-Antik. Il-Mexxej tal-Korea ta' Fuq, li kellu ċ-ċans li jinfatam mit-tmexxija ta' dawk ta' qablu għamel preċiżament bil- kontra. Ried li jitwaqqaf film komiku dwaru barra minn pajjiżu. Saħħa li ma jipprattikax it-tolleranza f 'pajjiżu, iżda li tipprova timponiha fuq oħrajn barra minn pajjiżek hija qabża fil-kwalità fl-eżerċizzju tal-intolleranza. Fost uħud li jipprattikaw l-Islam, ħadu bi kbira li Ridley Scott għamel film dwar Mosè. Dan minħabba l-fatt li skont 'it-tagħlim' tal-Islam, ħadd ma jista' jistħajjel kif kienu l-qaddsin. Aktar minn hekk, Ridley Scott fil- film jinsisti li meta Mosè fired il-Baħar l-Aħmar, dan ma kienx miraklu iżda fenomenu naturali. Bħal ma ġralu Galileo, meta qal li d-dinja ma kinitx iċ-ċentru tal-Univers u mhux ix-xemx iddur mad-dinja iżda bil-kuntrarju, dan il-produttur tal-films sab l-għadab tal-kleriċi għaliex skont huma, il- Bibbja u l-Koran huma l-verità assoluta. Forsi llum nitkażaw meta nisimgħu b'dawn l-istejjer u naħsbu li għaliex aħna ngħixu fil-Punent, ninsabu fuq xi pjattaforma ogħla minn dik ta' oħrajn. Iżda qatt qabel ma rajna l-intolleranza tgħolli rasha daqs din is-sena li għaddiet fil-Punent demokratiku. Nisimgħu b'moskei u sa riċenti sinagogi jkunu attakati u maħruqa fil- qalba tal-Punent ċivilizzat. Nisimgħu bi stejjer ta' swat, insulti u tgħajjir ta' dawk li m'għandhomx l-istess valuri tagħna. L-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-merkurju elettorali tal-intolleranza jidher li hu tiela ġmielu. Dawk li jipprietkaw l-intolleranza razzjali l-aktar li marru tajjeb. Partit tal-Lemin li jinsabu fuq ix-xifer tal-Faxxiżmu l-aktar li marru tajjeb. Mexxejja bħal Marine Le Pen u Nigel Farage li kontinwament jappella għas-sentiment razzjali l-aktar li marru tajjeb. Fl-istess waqt, il-partiti tradizzjonali, jibqgħu ma jirrispondux għall-biżgħat tan-nies. B'hekk, il-vojt li qed iħallu, qiegħed jimtela minn dawk li jħaddnu ideoloġija u twemmin omofobiku u razzjali. Minflok jintervjenu biex jibnu politika ta' integrazzjoni b'mod li ħadd ma jħossu mhedded li se jitlef xogħlu jew il-valuri li dejjem kien jaf, qegħdin jirreaġixxu b'mod populista u jżidu mad-doża ta' intolleranza. Qisu ma tgħallimna xejn mill-aħħar żewġ Gwerer Dinjija. Għalhekk il- Gvernijiet, biex mingħalihom jirbħu l-voti u jbiegħdu lill-elettorat minn Marine Le Pen u Nigel Farage, qegħdin jagħmlu liġijiet li jiddiskriminaw razzjalment. Mingħajr ma jafu flok qegħdin isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi, qegħdin idgħajfuhom. Mingħajr ma jafu, qegħdin jagħtu raġun lill-mexxejja tal-lemin. L-intolleranza tidħol fostna mingħajr ma nintebħu u bħalma l-marda tad- dijabete hija magħrufa bħal 'the silent killer' għall-ġisem hekk ukoll hija l-intolleranza. Aħna li ma nemmnux fiha, għaliex nibżgħu insiru wkoll intolleranti. Dan qiegħed jiġri wkoll f 'pajjiżna, b'dimostrazzjonijiet razzisti u ġieli dikjarazzjonijiet ta' politiċi li jistgħu jinftiehmu ħażin iżda li jkomplu jkebbsu r-razzismu. Kienet sena li wasslet lil Papa Franġisku diversi drabi jiddikjara l- preokkupazzjoni tiegħu dwar l-intolleranza madwar id-dinja; dwar dak li qiegħed jiġri kull fejn qiegħed jifred l-Istat Iżlamiku, bi knejjes jinħarqu u denominazzjonijiet Kristjani jkunu persegwitati, kif min-naħa l-oħra l-Punent mhuwa jagħmel xejn sabiex ixejjen mill-ħafna mibgħeda razzjali li qiegħda tinbet. Iżda l-aktar intolleranza evidenti, kienet bejn l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant, bejn il-Punent u r-Russja. Qatt ma konna nobsru li se terġa' tgħolli rasha l-Gwerra Bierda. Konna ħsibna li din kienet spiċċat mal-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin. Sfortunatament għal kulħadd, ma ġarax hekk. Erġajna dawwarna l-arloġġ b'25 sena. Nittama li s-sena d-dieħla jekk ma nnaqqsux l-intolleranza, ma nżiduhiex. Dan jiddependi kif il-klassi politika se tirrispondi għall-biżgħat tan-nies. Uħud minn dawn il-biżgħat huma reali, iżda oħrajn immaġinarji. Il-Partiti tal-Lemin qed jirnexxilhom jirkbu fuq it-tnejn, anke jekk m'għandhomx soluzzjonijiet għalihom. Għalhekk nawgura lil kulħadd sena tajba...mimlija risq u aktar tolleranza. TONI ABELA Sena tolleranti "Qatt qabel ma rajna l-intolleranza tgħolli rasha daqs din is-sena li għaddiet" Id-Direttur tal-films Ridley Scott jidderiġi l-atturi fil-film 'Exodus' Għada t-Tnejn, REPORTER se jagħti ħarsa lejn il- ħidma ta' numru ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu b'risq is-soċjetà kemm dik Maltija kif ukoll barra minn Malta. L-għaqdiet mistiedna huma d-Dar tal-Providenza, ir-Richmond Foundation, il-Mission Fund, Hospice Malta, Wishing Others Well u l-Fondazzjoni Arka Għawdex. REPORTER jixxandar għada fl-21.55PM BI preżentazzjoni ta' Saviour Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014