Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum SPORTSillum 2014 - Is-sena ta' Carlo Ancelotti JEKK kien hemm kowċ li kiseb suċċess enormi matul din is-sena, dan bla dubju ta' xejn kien il-kowċ Taljan ta' Real Madrid Carlo Ancelotti. Dan hekk kif rebaħ erba' trofej prinċipali f 'sena, li huwa rekord. Dawn huma l-Copa del Rey, il-UEFA Champions League, il-UEFA Super Cup u ftit tal-jiem ilu, It-Tazza tad- Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA. Din tal-aħħar kienet it-tieni darba li Ancelotti rebaħ din it-Tazza ferm prestiġjuża fil-karriera mill-aqwa tiegħu ta' kowċ wara li kien rebaħ din it-tazza ma' AC Milan lura fl-2007. Dan hekk kif huwa mexxa lil Real Madrid fir-rebħa ta' 2-0 kontRa ċ-champions tal-Amerika ta' Isfel, San Lorenzo ġewwa l-Marrakesh Stadium fil- Marokk. Permezz ta' dan, Real Madrid laħqu r-rekord ta' AC Milan ta' erba' Tazzi Interkontinentali. Ir-rebħ ta' dawn l-erba' trofej f 'sena waħda kien l-ewwel wieħed għal Real Madrid, li rnexxielhom jagħmlu dan fl-istorja illustri tagħhom li tgħodd il-112-il sena. Rekord ieħor li kisru Real Madrd kien dak li komplew ikabbru s-serje ta' rebħiet tagħhom f 'dawn il-kompetizzjonijiet għal 22 logħba. Real Madrid xejn ma kellhom bidu pożittiv matul dan l-istaġun hekk kif sofrew żewġ telfiet konsekuttivi kontra Real Sociedad u Atletico Madrid. Madankollu, wara dawn it-telfiet huma mal- ewwel irkupraw u jinsabu favoriti li jirbħu kull kompetizzjoni li jinsabu involuti fiha bħalissa. Wara dan kollu, bosta segwaċi tal-futbol mondjali qed isostnu li Ancelotti diġà kiseb riżultati saħansitra aħjar minn kowċis Taljani li rebħu diversi unuri importanti fosthom Arrigo Sacchi, Fabio Capello u Marcello Lippi. Ancelotti jifraħ wara r-rebħ tal-UEFA Champions League Ancelotti jippoża bil-UEFA Super Cup fuq l-ajruplan Ancelotti jippoża bit-Tazza Interkontinentali Ancelotti mgħolli fl-arja mill-plejers tieghu wara r-rebħ tal-Copa del Rey

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014