Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 Awwissu • Jaslu Malta numru ta' pazjenti Libjani biex jingħataw kura fl-isptar Mater Dei, liema pazjenti kienu feruti waqt il-ġlied. Jaslu wkoll numru ta' ħaddiema barranin li kienu qed ikunu evakwati lura lejn pajjiżhom minħabba l-instabbiltà politika fil-pajjiż. • Il-Pulizija tinvestiga mewġa ta' serq f'tas-Sliema fejn il-vittmi jindikaw li l-ħallelin kienu qed jidħlu fid-djar mingħajr l-ebda żgass u bl-uzu ta' ċwievet magħrufa bħala bump keys. • Anthony Callus, membru tas- soċjetà tal-MUSEUM, jispiċċa akkuzat li abbuża sesswalment minn tifel waqt ħarġa għat-tfal, il-baħar. Il-każ iqajjem diskussjoni fil-pajjiż wara li t-tifel ammetta li Callus kien biss laqat miegħu waqt li kien qed jipprova jtellgħu minn taħt l-ilma. • Fr Jesmond Gauci, qassis ta' 40 sena mix-Xagħra Għawdex jitressaq il- Qorti akkuzat b'abbużi sesswali fuq tfajliet minorenni. • Miljuni ta' nies minn mad-Dinja kollha, inkluż Malta jingħaqdu biex jagħmlu l-ALS Ice Bucket Challenge. Fost il-personalitajiet Maltin li laqgħu l-isfida kien hemm il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll l-Isqof Charles Scicluna. Ottubru • L-Arċisqof Pawl Cremona jirriżenja minn Kap tal-Knisja f'Malta u b'hekk jingħata bidu sabiex jinstab is-suċċessur tiegħu. Jgħid li kien ilu sentejn jikkontempla dwar ir-riżenja. Fl-istess ħin, l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna jinħatar bħala amministratur sakemm jitħabbar is-suċċessur ta' Cremona. • Tinxtered l-aħbar li Patri Charles Fenech, li kien direttur tal- Moviment Kerygma kif ukoll fundatur ta' Radju Marija, kien qed jaffaċċja allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali fuq numru ta' nisa inkluż mara li allegat li ġiet stuprata waqt li kienet qed tirċievi kura medika. Novembru • Jitħabbar il-Baġit tal-Gvern fejn fost numru ta' miżuri spikkaw il-miżuri kontra l-abbuż mis-servizzi soċjali, inkluż minn ommijiet li huma single mothers u li issa m'għeluq is-sena mit-twelid tat-tarbija, iridu jattendu numru ta' sigħat ta' taħriġ li għandu jwassalhom biex isibu mpjieg. • Isseħħ sparatura viċin il-mini ta' Santa Venera bejn ix-xufier tal- Ministru Manwel Mallia u Stephen Smith wara li Smith laqat il-karozza tal-Ministru meta kienet ipparkjata quddiem id-dar ta' omm Paul Sheehan. Il-Prim Ministru jappunta inkjesta minn tliet eks Imħallfin u jgħid li min jinstab ħati, irid iġorr ir-responsabbiltà politika ta' dak li seħħ. • Titħabbar il-mewt tal-eks Ministru Laburista u Opinjonista matul l-aħħar snin Lino Spiteri. • Isir f'pajjiżna il-Junior Eurovision Song Contest wara li Malta kienet rebħet l-edizzjoni li għaddiet permezz tal-kantata Gaia Cauchi. Il-festival jittella' f'dik li qabel kienet il-Malta Shipbuilding. • Il-Kantanta Amber tirbaħ il- Malta Song for Europe u b'hekk se tirrappreżenta lil Malta fil- Eurovision 2015 li se jsir fl-Awstrija. Diċembru • Tiġi konkluża l-inkjesta fil-każ tal-isparatura li fiha kien involut ix- xufier tal-Ministru Manwel Mallia. Il-Prim Ministru jitlob għar-riżenja ta' Mallia u jappunta lil Carmelo Abela bħala l-Ministru l-ġdid tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Fin-nuqqas tar-riżenja mill-Ministru Mallia, il-Prim Ministru spiċċa jiffirma l-ittra tat-tkeċċija tiegħu mill-Kabinett. Jitneħħa wkoll l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit u jilħaq minfloku Michael Cassar bħala Kummissarju. • Il-Ministru Owen Bonnici jingħata x-Xandir Pubbliku fil-portafoll tiegħu u jgħid li m'għandux problema jaħdem ma' Anton Attard u Lou Bondi. • Il-Gvern jippublika r-rapport tal-inkjesta fil-każ tal-mewt tal- immigrant Mamadou Kamara. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jgħid li l-PN kien diġà refa' r-responsabiltà politika billi l-elettorat tefgħu fl-oppożizzjoni. Settembru • Żvelat rekording tal-eks Sindku ta' Tas-Sliema Joanna Gonzi fejn fih tinstema' tgħid li riedet lill-Kunsilliera Martin Debono u Bobby Cali mejta. Jinstema' wkoll ikompli magħha l-Kunsillier u Viċi Sindku Cyrus Engerer. • Malta tiċċelebra l-50 sena mill- Indipendenza u għall-ewwel darba l-Prim Ministru Joseph Muscat jirnexxilu jressaq lil- Laburisti lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza liema festa kienet dejjem meqjusa bħala festa u ġrajja tan-Nazzjonalisti biss. Il-Prinċep William jattendi ċ-ċelebrazzjoni bħala r-rappreżentat tar-Reġina. Ritratti: Ray Attard u Chris Mangion Pazjenti Libjani mal-wasla f'Malta Il-Prinċep William jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza Il-Prinċep William jitkellem man-nies preżenti Pawl Cremona jirreżenja minn Arċisqof ta' Malta L-Isparatura bejn ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia u Stephen Smith Manwel Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014