Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 7 isibu xi ħjiel, żgħir kemm kien żgħir, li b'xi mod seta' jitfa' xaqq ta' dawl fuq dan il-każ. Sfortunatament, il- Pulizija ma kienu sabu xejn partikolari jew suspettuż li b'xi mod seta' jgħin biex jinstab il-qattiel jew il- mottiv wara l-qtil tal-Libjan. Il-vittma kien ilu jgħix Malta għal diversi snin u għaldaqstant kien sar jaf ħafna nies, imma la qatt xi ħadd għamel xi rapport fuqu u lanqas hu qatt kellem lill- Pulizija dwar persuni oħrajn li b'xi mod kellu xi jgħid magħhom. B'hekk, l-investigaturi sabu ħajt quddiemhom u dan l-omiċidju kompla jikkomplika ruħu. Il-Pulizija la kellhom xi ħadd suspettat u wisq anqas raġuni jew mottiv għaliex kien hemm min ried joqtlu. Għalkemm ma stajtx nikkonferma informazzjoni li waslitli mingħand persuna li tkun qrib sew il-Libjani, din qaltli li fis-snin sebgħin kien ikun hawn aktar Libjani, fosthom negozjanti. Għalkemm is-sors ma jafx min kien Mohammed O. Habbib, ma jeskludix li seta' kellu xi tip ta' negozju fil-Libja jew f 'xi pajjiż ieħor Għarbi, liema negozju mar ħażin u kien għal din ir- raġuni li kien eliminat. Jissejħu l-Ford Transits kollha Il-Pulizija kienet waslitilha informazzjoni li xi jumejn jew tlett ijiem qabel ma nstab il-katavru ta' Mohammed O. Habbib, fl-inħawi kien deher vann, x'aktarx Ford Transit. Imma min informa lill-Pulizija ma kienx b'ċertezza l-kulur tal-vann u lanqas in-numru tar-reġistrazzjoni. Min informa lill-Pulizija allega li l-katavru tal-Libjan ittieħed hemmhekk b'vann tat-tip Ford Transit. Għaldaqstant il-Pulizija kienu ħarġu avviż nazzjonali biex is-sidien kollha li għandhom vettura Ford Transit kellhom jieħdu l-vettura fix-Xagħra tal- Furjana l-Ħamis, 24 ta' April 1975 bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar u bejn it-3.00 p.m. u s-6.00 p.m. Hawnhekk il-Pulizija mmexxijin mill-Ispetturi George Grech u John Rizzo, fost oħrajn, ħadu d-dettalji kemm ta' kull vann kif ukoll ta' sid il-vann jew is- sewwieq li mar bih. Dawn il-vannijiet kienu popolari ħafna mal-bejjiegħa tal-ħobż li kienu jduru fit-toroq. Oħrajn kienu wkoll jintużaw għall-ġarr ta' studenti. Waqt din l-ispezzjoni l-Pulizija dehru jagħtu enfasi fuq in-naħa tax-xellug tal-vannijiet probabbli biex jaraw jekk isibux xi traċċi ta' demm. Is-sewwieqa kienu wkoll mistoqsija dwar jekk il-vann li marru bih kienx ġie sprejjat fil-jiem ta' qabel. Dakinhar il-Pulizija ma kienu taw l-ebda informazzjoni lill-midja dwar din l-ispezzjoni jew x'kien irriżulta minnha. Imma jidher li minn din l-operazzjoni, l-investigaturi ma kien irriżultalhom xejn. B'hekk kważi 40 sena wara l-qtil ta' Mohammed O. Habbib dan l-omiċidju għadu mhux solvut. Sidien tal-vannijiet kienu mitlubin jieħdu l-vannijiet Ford Transit fix-Xagħra tal-Furjana Il-kadavru ta' Mohammed O. Habbib taħt il-ħajt tas-sejjiegħ mgħotti b'kutra !!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!! ! !!!!!!!!!!!! ! ! ! Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project Part-financed by the European Social Fund (ESF) Co-financing Rate: 85% EU funds; 15% Beneficiary Investing in your future ! ! ! !!!!!!!! ! ! ! ! !"#$%&'($)*#"'+#&,+&#"-(.%#/'("+( /&)'$--(0"-+$(12"--3$'4%#+(25"6(%**$,5( Ref: KMS/TEN/024/2014! ! "#$!%&'!(#)*+,)-!*-.*/$0!1+201$3/*.$!4*55$+0!/2!1)+/*3*1)/$!*-!/#$!)42.$!,$-/*2-$5!/$-5$+6!! ! "#*0!/$-5$+!*0!4$*-7!*008$5!*-!+$9)/*2-!/2!/#$!*,19$,$-/)/*2-!2:!1+2;$3/!<'=!>6?@A! ! "#*0!1+2;$3/!*0!1)+/B:*-)-3$5!4C!/#$!<8+21$)-!D-*2-!8-5$+!/#$!5789:;<=('9>?<@(*7=A(E!F1$+)/*2-)9! G+27+),,$!HH!I Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life" ! ! =8+/#$+! *-:2+,)/*2-! +$7)+5*-7! /#*0! /$-5$+! :+2,! %8-0*99! &)9/*! 7#)99B*'12+/! J$40*/$! www.sportmalta.org.mt! ! "#$!5$)59*-$!:2+!084,*00*2-!2:!/#*0!/$-5$+!*0!-2/!9)/$+!/#)-!K22-!L&)9/)!"*,$M!2:!/#$!N # !O)-8)+C!?P@Q6! ! ! 'għalqa f 'Birkirkara Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill- Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: ARKIVJI NAZZJONALI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014