Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 Ħarsa lejn uħud mill-intervisti Din il-ġimgħa qed nagħtu ħarsa lejn uħud mill-intervisti prinċipali li ppublikajna l-gazzetta ILLUM matul din is-sena li waslet biex tintemm u nerġgħu nikkwotaw xi domandi u r-risposti li kienu tawna dawk intervistati meta ltqajna magħhom. Irridu naċċettaw li naħdmu flimkien ma' xulxin Kulħadd għandu x'joffri madwar il-mejda Fil-ħsieb tiegħi jiena dejjem kont ġenwin Matul il-kampanja elettorali l-PL ħareġ bl- għajta tal-meritokrazija iżda llum nafu li mhux kulħadd ħa li ħaqqu . . . . Biex tissodisfa lill-kulħadd fl-ewwel sena hu ftit diffiċli imma bħala meritokrazija bdejna naħdmu u nsolvu inġustizzji però ma rridux ninsew l-għajta li tela' biha dan il-Gvern, jiġifieri li se jkollna stil ġdid ta' tmexxija. Nifhem li meta konna qed nużaw il-kelma moviment, ħloqna xi ħaġa ġdida u li forsi l-Laburisti tradizzjonali ma setgħux jifhmuha faċilment. Dik li tara nies li sa ftit qabel kienu mal-kamp oppost u li matul il-kampanja elettorali fehmu l-messaġġ tal-Partit Laburista, u ġew u ingħaqdu magħna. Forsi għall-bidu titqarras ftit speċjalment meta tara nies li fil-passat kienu għamlulna l-ħsara imma dan hu li stil ġdid ta' tmexxija u rridu naċċettaw li naħdmu flimkien ma' xulxin. Dan il-Gvern bidel il- Ministru tas-Saħħa. Iżda apparti l-bidla tal- Ministru, x'bidel iżjed mill- amministrazzjoni ta' qabel? Godfrey Farrugia ħallas il- prezz tal-wegħdiet li ma setax iżomm, bħal-listi ta' stennija u pilloli out of stock. Ħallas ta' road map li ma kienx hemm. Ħallas għal kollezzjoni ta' wegħdiet populisti. Godfrey kien ġenwin. Kien hemm problema ta' tmexxija. Il-wegħda tal-meritokrazija nbidlet li tpoġġew nies inkompetenti u mingħajr esperjenzi u din saret across the board fis-settur tas-saħħa. Iva, tpoġġew nies li kienu lesti jagħtu qalbhom iżda ma kinux kompetenti u fis-saħħa ma tistax tieħu dan ir-riskju. Staqsejtni x'inbidel u nwieġbek mingħajr tlaqliq. Inbidel il-mod kif jikkomunikaw mal-mezzi tax-xandir. Listi ta' stennija, ħin ta' stennija fl-emerġenza, pilloli out of stock u l-mod kif qed jitmexxa l-isptar Monte Carmeli għadhom ma nbidlux. Ma narax bidliet li ssarrfu f 'riżultati. X'tikkummenta fuq id- dominanza tal-Familji De Marco, Fenech Adami u Mifsud Bonnici fil-Partit u fuq Simon Busuttil? Naf li l-perċezzjoni hemm barra forsi hi li dawn il- kunjomijiet għandhom xi dominanza imma min bħali jaħdem mill-viċin ma' dawn l-individwi jara li kull persuna għandha l-kwalitajiet u l-ħiliet tiegħu jew tagħha irrispettivament mill-kunjom. L-importanti hu li nżewqu l-ħiliet kollha flimkien għax kulħadd għandu x'joffri madwar il-mejda. Fir-rigward ta' Simon Busuttil, naħseb li hemm dan karattru fil-politika Maltija li kellu positive image, speċjalment rigward il-ħiliet tiegħu fl-Ewropa u llum dan l-istess persuna qed juża din il-positive image gradwalment biex ibiddel dak li hemm bżonn fil-partit. Ħa nsemmi eżempju żgħir, dik li kienet magħrufa bħala l-prietka politika ta' kull nhar ta' Ħadd fil-każini. Simon ħa l-ewwel pass biex din tinbidel. Hemm ukoll l-aħbar ta' ftit jiem ilu dwar il-qbil mal-Gvern fuq iċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza. Dawn huma kollha passi pożittivi. Jista' jkun li ħafna mill-kritika li kont taqla' mill-midja kienet propju għall-mod, forsi xi ftit goff, ta' kif kont tesprimi ruħek jew il- mod kif ġieli poġġejt il-kliem? Iva, llum meta nħares lura, m'hemmx dubju li fil-politika trid tkun makkak u trid toqgħod ħafna attent minn dak li tgħid u kif tgħidu għaliex il-midja dejjem lesta biex tfittex dak il-punto e virgola biex timla u tikkritika jew anke tkissrek jekk ma taqbilx miegħek. Illum però, kieku hemm min verament irid jara jien x'kont nikteb u x'kont ngħid, jara li forsi anke jekk jien kont xi darba goff fil-mod kif tkellimt, wieħed isib li fil-ħsieb tiegħi jiena dejjem kont ġenwin. Silta mill-intervista li saret ma' Alex Saliba – President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li kienet ippubblikata f 'Lulju 2014 Silta mill-intervista mad- depuat nazzjonalista Claudio Grech li kienet ippubblikata f 'Settembru 2014 Silta mill-intervista li kienet saret ma' Matthew Agius – President tal- Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u li kienet ippubblikata f 'Ġunju 2014 Silta mill-intervista mat-Tabib Josie Muscat li kienet ippubblikata f 'Awwissu 2014 Godfrey Farrugia ħallas ta' Road Map li ma kienx hemm Alex Saliba Josie Muscat Claudio Grech Matthew Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014