Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Riżultati Kampjonat Barclays Premier Il-Hadd 28 ta' Dicembru 13.00 Tottenham H. v Man Utd 15.00 Southampton v Chelsea 16.00 Aston Villa v Sunderland 16.00 Hull v Leicester 16.00 Man City v Burnley 16.00 QPR v C. Palace 16.00 Stoke v West Brom 16.00 West Ham v Arsenal 17.15 Newcastle v Everton It-Tnejn 29 ta' Dicembru 21.00 Liverpool v Swansea Fixtures KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 18 45 Man City 18 42 Man Utd 18 35 Southampton 18 32 West Ham 18 31 Arsenal 18 30 Tottenham 18 30 Swansea 18 28 Liverpool 18 25 Newcastle 18 23 Stoke City 18 22 Everton 18 21 Aston Villa 18 20 Sunderland 18 19 West Brom 18 17 QPR 18 17 Hull City 18 16 C. Palace 18 15 Burnley 18 15 Leicester 18 10 Luxol mill-ġdid l-quċċata tal-Premier F'DAWN l-aħħar jiem irritorna l-Kampjonat Premier tal-futsal, fejn il- logħba tant mistennija kienet dik bejn Balzan u Luxol. Ir-rebbieħ minn dan il-konfront kellu jsib postu fl- ewwel post tal-klassifika. Balzan kienu bla telfa minn ħames logħbiet, filwaqt li Luxol kellhom ħames rebħiet u draw. Fl-ewwel taqsima, Balzan kienu qed igawdu vantaġġ ta' 4-3, fejn għal Balzan skurjaw Glenn Bonello, Marco Conti u darbtejn Frane Despotovic. Għal Luxol skorja darbtejn Florin Anton u William Barbosa. Iżda t-tieni taqsima kienet determinanti biex Luxol ħarġu rebbieħa minn dan il- konfront. Wara li fl-14-il minuta tal-ewwel taqsima, Frane Despotovic kien irċieva karta safra għal simulazzjoni, erba' minuti mill-bidu tat-tieni taqsima rċieva t-tieni karta safra wara li mess il-ballun b'idu. B'hekk ġiet fi tmiemha l-partita għal Despotovic. Luxol ħadu vantaġġ minn din it-tkeċċija u skurjaw permezz ta' żewġ gowls oħra għal Florin Anton (li b'kollox skurja erba' gowls), doppjetti għal Celino Alves u Peter Pullicino, gowl ta' Karl Saliba u awtogowl ta' Giancarlo Sammut. Balzan naqsu d-distakk għal darb'oħra permezz ta' Glenn Bonello. Matul il-ġimgħa kellna wkoll ir-rebħa ta' Ħamrun Spartans fuq Swieqi United bl-iskor ta' 7-3, Qormi għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 7-5 u Valletta għelbu lil Żebbuġ Rangers bl- iskor ta' 11-3 B'hekk issa fil-kampjonat Premier, Luxol reġgħu telgħu fil-quċċata b'19-il punt segwiti minn Ħamrun bi 18, Balzan 15, Swieqi 12, Valletta 9, Qormi 7, Mosta u Gzira bi 3 punti waqt li Żebbuġ jibqgħu bla punti. Mill-ewwel diviżjoni, Lija kienu impenjati darbtejn, fejn għelbu lil Mdina 6-1 u lil Naxxar bl-iskor ta' 5-1. Attard ukoll kellhom żewġ logħbiet fejn ġew megħluba minn Mellieħa bl-iskor ta' 5-1 u rebħu lil Luqa St. Andrew's bl-iskor ta' 5-2. Intant Msida St. Joseph għelbu lil Mqabba bl-iskor ta' 3-2. B'hekk Mellieħa u Lija jibqgħu għaddejin bil-ġirja tagħhom fil-quċċata tal- klassifika bi 30 punt. Intant, jiem qabel dawn il-logħbiet intlagħbet il- kompetizzjoni tan-Knockout b'eliminazzjoni diretta fil- Padiljun Sportiv ta' Kordin. Fil-partitissima, id- derby bejn il-ġirien li ġeografikament imissu ma' xulxin, Balzan għelbu lil Lija bl-iskor ta' 5-1. Din kienet logħba li rat lil Balzan jibnu vantaġġ ta' żewġ gowls, b'Lija jirreaġixxu iżda sabu lill- goalkeeper tal-holders ta' din il-kompetizzjoni, Nicholas Farrugia attent filwaqt li wettaq saves brillanti. Kien Frane Despotovic li fetaħ l-iskor b'xutt għar-rokna tax- xibka waqt li Nicola del Re rdoppja l-iskor għal Balzanin. L-eks tal-partita, Zeljko Anicic naqqas il-marġni tal-iskor għal Lija bis-sostitut Eslam Khalifa jiskorja t-tielet gowl, tmien sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, Glenn Bonello kabbar il-vantaġġ għal Balzan bl-istess Eslam Khalifa jissiġġilla r-rebħa tat-tim tiegħu u jgħaqqad doppjetta personali għal skor finali ta' Balzan 5 Lija 1. Qormi għelbu lil Mdina Knights bl-iskor kbir ta' 9-1, b'4 gowls ta' Endrit Kaca, tripletta ta' Blendi Gockay, Alan Galea u awto-gowl ta' Roberto Sarcia, bi Mdina jirrispondu permezz ta' John Micallef. F'aktar logħbiet Gżira United għelbu lil Naxxar Lions bl- iskor ta' 7-4, Valletta għelbu lil Attard bl-iskor ta' 5-1 u Luxol komplew javvanzaw għal stadju ieħor meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 8-1. Florin Anton jifraħ wara wieħed mill-gowls tiegħu kontra l-eks tim tiegħu, Balzan Ritratt: Joe Borg L-Għaqda Ġurnalisti Sports f 'laqgħa mal-MFPA LEŻEKUTTIV tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqa' b'mod uffiċjali mal-uffiċjali tal-MFPA - Malta Football Players Association fejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet idduskutew diversi temi ta' interess għaż-żewġ naħat. Fil-laqgħa li tmexxiet miż- żewġ Presidenti taż-żewġ assoċjazzjonijiet, jiġifieri Charles Camenzuli f 'isem l-GħĠS u Dr Anthony Galea f 'isem il-MFPA ġie miftiehem li ż-żewġ naħat se jkunu qed iżommu kuntatt iktar regolari u kontinwu ma' xulxin u dan fl-isfond tar-riforma dwar l-istatus tal-plejers li qed tipproponi l-MFA. Filfatt dan kien wieħed mis-suġġetti li kien hemm fuq l-aġenda ta' din il- laqgħa. Iż-żewġ naħat qablu li se jkun qed jiġi organizzat workshop għall-ġurnalisti li jsegwu l-futbol lokali u kummentaturi li fih il-Malta Football Players Association se tkun qed tispjega lill-membri tal-GħĠS il-funzjoni tagħha u possibilment ukoll tagħti l-pożizzjoni tagħha dwar ir- riforma proposta mill-MFA jekk din tkun finalizzata fil- ġimgħat li ġejjin. L-Eżekuttiv tal-GĦĠS flimkien ma' dak tal-MFPA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014