Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 Kif għażilt l-irrefjar u propju l-irrefjar fil-futbol? Kont nattendi l-iskola San Alwiġi u kienu ġew jagħmlu kors għal referis ġodda tal-futbol. Applikajt u sal- ġurnata tal-lum għadni referi. Ftit tal-jiem ilu int ingħatajt l-aħbar ferm sabiha li ġejt uffiċjalment promoss mit-tieni kategorija ta' referis tal-UEFA għall-ewwel kategorija. X'emozzjoni ħassejt meta ngħatjat din l-aħbar? Biex inkun onest bqajt bla kliem, imbagħad fraħt ħafna! Għalkemm kelli prestazzjonijiet tajbin, mhux faċli sabiex referi Malti jasal f 'din il-kategorija. Għalkemm jiena wasalt hawn bil-prestazzjonijiet tiegħi fil-logħob tal-UEFA, ma nistax ma nirringrazzjax lill-mara tiegħi Marylise, lit-tifel Ben u lill-familjari tagħna tal-paċenzja u s-sagrifiċċji li jagħmlu miegħi. Grazzi wkoll tmur għall-Kap tal-iskola tiegħi, kollegi tax-xogħol, sħabi r-referis u fl-aħħar u mhux l-inqas lid-Dipartiment tar- referis tas-sapport kontinwu. Aħna l-ġurnalisti li nsegwu mill-viċin il-logħob tal-Premier, ninnutaw li r-rispett lejn ir-referis naqas ferm. Tikkonferma dan? Jiena nemmen li dawk in-nies li verament iħobbu l-logħba tal-futbol jirrispettaw lilna r-referis għax jafu illi li tkun referi mhix xi ħaġa faċli. Mill-kummenti li tisma' mill-istands tħoss li l-pubbliku sportiv Malti li jsegwi l-logħbiet tal-Premier fadallu x'jimmatura? Il-pubbliku sportiv Malti dejjem ikollu għal qalbu t-tim tiegħu. Allura ħafna drabi meta t-tim tagħhom jiġi affetwat minn xi deċiżjoni li aħna nieħdu jirreaġixxu b'passjoni. Jiena nħeġġeġ lill-pubbliku sportiv biex iżomm ruħu aġġornat mat-tiġdid tar- regoli permezz ta' siti elettroniċi tal- FIFA u tal-UEFA. Hekk japprezzaw aktar il-logħba tal-futbol. Minn fejn jiġu l-ikbar insulti? Mill- partitarji fl-istands jew mill-plejers fil-grawnd? Il-plejers li huma taħt il-kontroll tagħna ma tantx jirrikorru għall- insulti, għaliex jafu li se jiġu murija l-karta l-ħamra jekk jagħmlu dan! Ħafna drabi, l-plejers jirreaġixxu minħabba frustrazzjoni u mhux biex jinsultaw. Onestament insulti li jiġu min-naħa ta' partitarji, illum il-ġurnata ma nagħtix kashom għax jiena rrid inkun konċentrat fil- logħba. Xi tħoss meta xi kultant jinstemgħu titli oxxeni indirizzati lejk? Itellfuk waqt il-kontroll tal-logħba jew drajthom u ma tagħtix kas? Jiena m'iniex perfett u bħal kull uman jiena suġġett għall-iżbalji. Ovvjament ma tieħux gost meta xi ħadd joffendik iżda ma ngħidx li drajthom, ma nagħtix kashom. Kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel il-logħba? Jiena nittrenja fiżikament kuljum, għax referi irid iżomm mal-pass tal-logħba u jkun viċin l- azzjoni. Il-UEFA tibgħatilna programm ta' taħriġ ġurnata b'ġurnata u nimxu miegħu. Ma' dan għandna jumejn fil- ġimgħa taħriġ ġewwa Ta' Qali mal- kowċ tal-MFA. Mil-lat psikoloġiku, nkun dejjem ippreparat, iffukat u kkonċentrat għal kull azzjoni li tista' tiġri fil- logħba. Naf li psikoloġikament trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex ma tiġix influwenzata mill-kummenti tan- nies mhux biss qabel il-logħba iżda anki wara l-logħba. Kif tagħmel dan? Ir-referi jrid ikun b'saħħtu psikoloġikament kemm qabel, kif ukoll waqt u wara l-logħba. Il-midja soċjali, għalkemm għandha ħafna pożittiv, spiss tispiċċa wżata minn ftit individwi b' mod ħażin. Huwa għalhekk li ddeċidejt li ma jkollix kont fuq Facebook. Jiena f 'ħajti, l-affarijiet li mhumiex fil-kontroll tiegħi ma nagħtix kashom u dejjem niffoka fuq l-affarjiet li huma taħt il-kontroll tiegħi. Kif tħares lejn il-livell tal-futbol Malti? Tħoss li dan naqas jew żdied minn kemm ilek tirrefja? Jiena nħoss li l-livell tal-futbol Malti żdied kemm minħabba l-investiment li għamlu l-klabbs biex jingaġġaw nies professjonali biex iħarrġu l-plejers tagħhom kif ukoll minħabba l-investiment tal-MFA fl- infrastruttura li ta spinta kbira. Int ikollok numru ta' appointments internazzjonali ta' ċertu kalibru, iżda liema hija dik il-logħba li l-iktar tibqa' tiftakar? Waħda mil-logħbiet riċenti li kelli, kienet il-logħba mill-UEFA Europa League Third Qualifying Round bejn Young Boys tal-Iżvizzera u Ermis ġewwa Stade de Suisse f 'Berna, l-Iżvizzera, fejn Young Boys rebħu bl-iskor ta' 1-0. Int żort diversi stadia barra minn Malta. Kif tqis ir-riżorsi li għandna f 'Malta fejn wieħed jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu meta kkumparati ma' dawk li wieħed isib barra minn Malta? Irridu nikkunsidraw li l-biċċa l-kbira minn dawn it-timijiet ta' barra minn Malta huma professjonali u għandhom faċilitajiet tal-ogħla livell minħabba sponsorships kbar li jkollhom. Meta tikkumpara ċ-ċokon tagħna ma' pajjiżi kbar nemmen li aħna għamilna passi kbar bl-għajnuna wkoll ta' ħafna nies li jiddedikaw lilhom infushom għall- futbol. Jekk tħares waħda madwarek, tara ħafna grawnds bit-turf ta' kwalità u faċilitiajiet ta' livell għoli li bla dubju jiffaċilita t-taħriġ tal-plejers. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- Kap tad-Dipartiment tar-Referees Adrian Casha? Ir-relazzjoni tiegħi mas-Sur Adrian Casha hija tajba ħafna. Jiena bniedem li dejjem nirrispetta l-awtorità u lil min imexxi. Is Sur Casha kien dejjem ta' sapport għalija u għall- kollegi tiegħi. Id-dipartiment tar- referis immexxi minnu nieda diversi inizjattivi ġodda fosthom seminars barra minn Malta u skambji kontinwi ma' pajjiżi oħra, fejn kull referi ingħata l-opportunità. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA immexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Kemm is-Sur Norman Darmanin Demajo kif ukoll is-Sur Bjorn Vassallo għandhom għal qalbhom is-settur tar-refeering. Diversi drabi huma sabu l-ħin biex ikunu preżenti waqt laqgħat tagħna u dejjem kienu ta' sapport kontinwu għal dan is-settur. Sar ħafna investiment li kompla jgħolli l-livell tagħna r-referis fosthom dipartiment ġdid għalina r-referis fejn għandna l-faċilitajiet kollha biex nitħarrġu. Taħseb li għad jasal żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu biss mir-refeering? Jiena nemmen li 'l quddiem, ir-referis f 'pajjiżna għad ikunu professjonali. Iżda fil-futur qarib ħaġa li tista' ssir hija li referis li jirrappreżentaw lil Malta internazzjonalment u jaħdmu maċ- Ċivil jistgħu jkunu eliġibbli sabiex japplikaw għall-iskema 20/20 offruta mill-Kunsill Malti għall-Isport, fejn referi waqt ix-xogħol professjonali tiegħu jingħata ħin fejn ikun jista' jittrenja. Tittrenjaw flimkien bħala referis li tirrefjaw f 'Malta? Tagħmel ukoll xi taħriġ personali fosthom ġiri? Aħna nittrenjaw darbtejn fil-ġimgħa mal-kowċ tagħna ġewwa l-faċilitajiet tal-MFA. Barra dan jiena bħal referis oħra nagħmlu taħriġ personali fosthom ġiri, għawm u gym. Għandek xi ħolma partikolari fil- karriera ta' referi? Jiena ma tantx nemmen fil-ħolm. Jiena għandi nibqa' umli u dejjem ippreparat għal kull logħba li tista' tiġi mogħtija lili kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Għandek xi idolu partikolari kemm fil-ħajja in ġenerali kif ukoll fil- kamp sportiv forsi xi referi? M'għandi l-ebda idolu. Iżda dejjem SPORTSillum Clayton Pisani - bla dubju wieħed mill-aqwa referis li qatt ipproduca l-futbol Malti f'kull żmien u li -aħħar jiem ingħata l-aħbar sabiħa kemm għalih personali kif ukoll għall-futbol Malti in ġenerali li ġie promoss għall- ewwel kategorija tal-UEFA f'dak li għandu x'jaqsam ma' irrear. "Għalkemm kelli prestazzjonijiet tajbin, mhux faċli sabiex referi Malti jasal f 'din il- kategorija." "Min verament iħobb il-futbol, jirrispetta lilna r-referis" Ir-referi Malti fl-ewwel CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014