Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 13 mill-intervisti ta' din is-sena Lil Gonzi għidtlu li ma kellix f 'moħħi li nwaqqgħu mill-Gvern Għadna lura u fadal ħafna xogħol xi jsir Konna fil-qiegħ u nħossu li bdejna telgħin Nikkritika biex il-Gvern jissaħħaħ X'ġara meta rriżenjajt mill- Partit? Meta rriżenjajt mill-Partit u ddeċidejt li nkun membru Parlamentari indipendenti fil- Parlament, lil Gonzi għidtlu li ma kellix f 'moħħi li nwaqqgħu mill-Gvern, basta Daphne ma tattakkalix lil min inħobb għax li tattakka lili ma niddejjaqx. Komplejt ngħidlu li anke jekk ma naqbel xejn mal-amministrazzjoni tiegħu u d-deċiżjonijiet tiegħu, ma kontx se nwaqqgħu mill-gvern għax ma ħassejtnix komdu li nitradixxi lil dawk il-5,000 votant li vvutawli biex inżomm il-Partit tagħhom fil-Gvern u mhux biex inwaqqgħu. Iżda heddidtu li jekk Daphne tattakkali lin-nies li nħobb inwaqqgħu. Dik il-ġurnata stess fl-20 ta' Lulju 2012, Daphne fil-paġna tagħha ddikjarat li l-paġni tagħha huma 'Jeffrey Free Zone'. Dan ifisser li kellu kuntatt magħha wara l-laqgħa tagħna. X'qed isir bi tħejjija biex il-Belt Valletta tkun il-belt kapitali Ewropea fl-2018? Kuntent bil- preparazzjonijiet? Qed isir ħafna xogħol sabiex il-Belt Kapitali tal-Kultura 2018 tkun suċċess speċjalment fil- kamp kulturali. Fil-fatt, faċli tinnota li għal dawn l-aħħar snin, l-attivitajiet b'timbru tal-V18 qed jiżdiedu. Però għadni m'iniex kuntent bil-preparazzjonijiet. Għalkemm qed isiru sforzi sabiex il-komunità Beltija tinvolvi ruħha u tagħmel l-2018 il-festa tagħha, nemmen li għadna lura u fadal ħafna xogħol xi jsir. Però naf li hemm bosta inizjattivi għaddejjin u nemmen li għadna fil-ħin sabiex ninvolvu lir- residenti Beltin fis-snin li ġejjin. Però jkolli nistqarr li hemm fattur li qiegħed jinkwetani ħafna. F'din l-aħħar sena, ix-xogħlijiet ta' pavimentar u arranġamenti tal-Belt jidher li naqsu r-ritmu u saħansitra waqfu f 'ċertu bnadi. Għalkemm ilna niġu mwegħdin mill-Gvern ċentrali li l-bankini, speċjalment fiż-żoni residenzjali, se jitranġaw, s'issa għadu ma sar xejn. Hemm fatturi oħra bħad-dawl tal-Belt li hemm bżonn li jinbidel kollu, u ħafna affarijiet oħra. Il-biża' tiegħi hija li ninsabu tard wisq u anke jekk jibdew dawn il-proġetti, se jkun diffiċli li jitlestew fil-ħin. Sfortunatament, jidher ċar li l-bżonnijiet tal-Belt qegħdin jaqgħu fuq widnejn torox. Telfa ta' elezzjoni ġenerali, telfa fl-elezzjonijiet Ewropej, x'qed jistenna mill-PN fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali? Il-Kunsilli Lokali huma differenti mill-elezzjonijiet l-oħra. Hemm persentaġġ ta' nies li jivvutaw skont il-bżonn tal-lokalità milli bħala partit. Għalhekk aħna xogħolna hu li nippreżentaw l-aħjar ideat u l-aħjar kandidati. Hemm nies li diġà bdew joqomsu għax dan il-Gvern ma żammx mal-wegħdiet kollha li għamel. Fadallu tliet snin u nofs biex iwettaq dak li wiegħed u mbagħad irid jagħti rendikont. Ma nistax nipprevedi x'se jiġri fl-elezzjoni li jmiss. Aħna mhux se noqogħdu nistennew lill-Gvern ifalli iżda rridu nibnu programm u inizjattivi ġodda biex immorru quddiem l-elettorat. Irridu programm mibni min-nies u mill-fora li qed noħolqu u mhux programm tal-Kap. Nara differenza kbira bejn illum u sena u nofs ilu. Dakinhar konna fil-qiegħ u nħossu li bdejna telgħin. Issa rridu nżommu dan il-momentum biex naqbżu lill-Partit Laburista. Silta mill-intervista mal-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando li kienet ippubblikata f 'Novembru 2014 Silta mill-intervista mas-Sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli li kienet ippubblikata f 'Ottubru 2014 Silta mill-intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said li kienet ippubblikata f 'Novembru 2014 Silta mill-intervista mad-deputat Laburista Marlene Farrugia li kienet ippubblikata f 'Ottubru 2014 Jeffrey Pullicino Orlando Marlene Farrugia Chris Said Alexei Dingli Int deputat li titkellem bla kantunieri . . . Meta jkollok gvern li jkollok fiduċja fih, ikollok tama li jsarraf dak li jkun wiegħed. Anke jekk gvern ikun għamel ħafna tajjeb ma jfissirx li ma jkunx hemm lok li tagħraf fejn ikun qed jiżviluppa nuqqasijiet. It-tajjeb ma jiġġustifikax il-ħażin li nistgħu ngħixu mingħajru. Għalhekk ikun min ikun fil-Gvern mhux se nagħti appoġġ tiegħi lil min ikun qed jitbiegħed mill-wegħda. Min ma jkunx qed jattwa dak li wiegħed, hu dover tiegħi li nsemma' leħni u nesiġi li jispjega għaliex. Wieħed irid jifhem li jien mhux kontra l-Gvern iżda nikkritika biex il-Gvern jissaħħaħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014