Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 27 SPORTSillum Aloysians Zmerc u Luxol isofru l-ewwel telfa ALOYSIANS Zmerc u Luxol sofrew l-ewwel telfa fil-kampjonat tal-handball wara li tilfu kontra ċ-champions La Salle Tivareno u Kavallieri RS2 rispettivament. F'logħba li kienet ferm simili għal dik li ntlagħbet f 'nofs Novembru, rajna logħba ferm kumbattuta bejn ir-rivali kbar Aloysians Żmerc u Luxol. Fil-logħba ta' Novembru, kienu Aloysians li ħarġu rebbieħa biex taw l-ewwel telfa lil La Salle wara diversi xhur. Iżda din id- darba La Salle wettqu tpattija sportiva u kienu huma li ħarġu fuq in-naħa rebbieħa. Wara l-ewwel taqsima li offriet spettaklu lil dawk preżenti, b'La Salle igawdu vantaġġ ta' sitt gowls, f 'nofs it-tieni taqsima Aloysians wettqu rimonta tajba u naqqsu l-marġni tal-iskor għal erba' gowls. Madankollu, La Salle irnexxielhom jikkontrollaw tajjeb lill-avversarji tagħhom fil-kumplament tal-logħba u kabbru l-vantaġġ tagħhom bi tmien gowls, biex l-iskor finali f 'din il-logħba kien dak ta' 31-23 favur La Salle. Intant fis-sorpriża assoluta tal-ġurnata, Kavallieri RS2 irnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luxol li kienu għadhom mingħajr telfa sa din il-logħba. Kavallieri kellhom logħba ferm tajba u għalkemm Luxol ippruvaw jagħmlu minn kollox biex jaqilbu l-iskor favurihom, Kavallieri żammew is- supremazija tagħhom tul il- logħba kollha biex ħarġu fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor finali ta' 35-30. Meta għad fadal sitt logħbiet għat-tmiem tal-istaġun, La Salle, Aloysians u Luxol huma tlieta mill-favoriti biex jirbħu l-kampjonat, liema kampjonat qed jirriżulta bħala wieħed ferm kumbattut u fejn bħalma rajna kull tim jista' tabilħaqq jagħti logħba denja lil kull tim ieħor involut fl-istess kampjonat. Ritratt - Patrizia Val Madiona Il-plejer ta' La Salle, Alan Portelli, fl-azzjoni kontra r-rivali Aloysians KLASSIFIKA L PTI GD La Salle Rivareno 4 9 32 Luxol 4 9 24 Aloysians Von Taine 4 9 19 Swieqi Phoenix Menrad 4 6 -4 Kavallieri RS2 4 3 -21 Sayitmalta HMS 4 0 -34 Kieran Mifsud jispikka fi s-serata tal-unuri tal-MWA NHAR is-Sibt 20 ta' Diċembru, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat l-avveniment annwali tagħha 'MWA Awards 2014'. Dan kien jum mill-isbaħ għall-atleti u l-kowċis tagħhom biex jaraw sena ta' taħriġ u sagrifiċċju, ippremjata f 'dan il-jum speċjali. L-ewwel preżentazzjonijiet għal din l-okkażjoni kienu għall-atleti li pparteċipaw fl- aħħar Kampjonati Nazzjonali. Ħafna min dawn l-atleti rċevew trofej għar-riżultati għoljin tagħhom. It-tieni parti tal- preżentazzjonijiet kienet iddedikata għall-premjijiet speċjali annwali, fejn dawn ġew ippreżentati mid-direttur tal-KOM is-Sur Mario Micallef. Il-'Most Improvement New Comer Award' kien mirbuħ minn Sarah Grixti, b'65 punt segwita minn Hayley Mizzi b'44 punt u Calvin Dean Caruana b'29 punt. Il-'Most Improvement Award' intrebaħ minn Kieran Mifsud b'54 punti segwiti minn Kyle Micallef u Ryan Agius it-tnejn b'47 punti. Segwiti wkoll minn Owen Bugeja u Andy Grech 44 punt kull wieħed. Ryan Agius kien onorat bl-għoti tal-atleta aktar promettenti. L-'Achievement Award' kien mogħti għall-aktar atleta li jkun kiser rekords nazzjonali f 'sena. Total ta' 121 rekords nazzjonali kienu miksura tul din is-sena minn 11-il atleta. Dan juri kisba kbira għall-assoċjazzjoni. Ir-rebbieħ f 'din il-kategorija kien Kieran Mifsud ta' 15-il sena li kiser 36 rekord kemm fil-kategoriji taż-żgħażagħ 'U-17' kif ukoll fil-kategoriji Junior 'U-20'. L-aqwa seba' atleti li jinsabu fl-ewwel postijiet tal-klassifika kienu wkoll onorati bl-għotjiet individwali. Rodmar Pulis, Kyle Micallef u Malcolm Camilleri kienu ppreżentati bl-għoti tal-Bronze Award għal-livell nazzjonali. Nicole Gatt, Jessica Edge u Owen Bugeja laħqu il-Master Silver award. Filwaqt Kieran Mifsud kien onorat bil-għoti ta award tad-deheb ghal- livell internazzjonali, li huwa l-ogħla premju li l-atleti lokali jistgħu jiksbu. Din kienet sena ta' suċċess kbir għall-atleti iżda fuq kollox għal Kieran Mifsud li kien rebbieħ fi tliet kategoriji differenti. F'din l-istess okkażjoni, il-President tal-Assoċjazzjoni Jesmond Caruana ħabbar li l-assoċjazzjoni rċeviet il-konferma li Malta se torganizza l-kompetizzjoni għall-pajjizi tal-Mediterran f 'Marzu li ġej. Dan huwa avveniment kbir ħafna li lkoll flimkien nistgħu nagħmluh suċċess reali. Kieran Mifsud jirċievi l-International Level Gold Award 2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014