Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 21 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Meta twelidt u x'tiftakar minn tfulitek? Twelidt fil-5 ta' Settembru 1996. Meta kont ghadni vera zghira, fil-playpan, kont inkanta u naqbeż mas-song 'Barbie Girl' u darba bqajt nieżla b'kollox! Il-kulur favorit tiegħek? Bħalissa mint imma minn dejjem ir-roża. Int għadek studenta u qed tistudja il-business. Għaliex business? Bħalissa qed nistudja n-Negozju u wasalt fit-tielet sena u b'hekk qed nistudja għall-Higher National Diploma. Negozju għax nixtieq inkun nista' niftaħ fuq xiex irrid, f 'xi ħaġa li dejjem xtaqt u tkun kisba kif ukoll sodisfazzjon tiegħi personali. X'tgħidilna fuq il-kanzunetta Mhux Pupa Biss? 'Mhux Pupa Biss' hija miktubha minn Dominic Cini u Rita Pace. Din hija l-istess kanzunetta li ħadt sehem biha fl-ewwel festival lokali fuq skala kbira - Indifest. Il-kanzunetta titkellem dwar tfajla u xi ħsibijiet ikunu qed jgħaddu minn moħħha u kif tkun qed tħossha waqt li s-socjetà tara u tikkunsidra biss dak li jidher. Liema hi dik id-diska cover version li tħobb tkanta l-aktar? Sweet Child O'Mine. Għar- raguni li hi stil totalment differenti minn dak li hu tiegħi u nħobb nesperimenta ħafna. Maltasong for Europe u Stop Haunting Me ... Ikkompejt bi Stop Haunting Me fit-tieni darba li ħadt sehem fil-Malta Eurovision Song Contest. L-ewwel darba li kien fi Frar tal-istess sena, ikkompetejt bid-diska Invisible. Stop Haunting Me li nkitbet minn Elton Zarb u Matt Muxu, titkellem fuq persuna li weġġagħtni fil-passat u baqgħet tagħmel kuntatt miegħi. Nerġgħu narawk tikkompeti sena oħra? M'għandi xejn ippjanat għalissa, imma ma neskludix il-fatt li nerġa' nikkompeti! Qed taħdem fuq xi ħaġa partikolari bħalissa? F'Settembru li għadda, tlajt Londra fejn għamilt audition ma' record label flimkien ma' 400 oħra. Ġew aċċetati 5 biss u jien kont waħda minnhom . Bażikament bħalissa qegħdin naħdmu fuq l-album li ha jiġi mniedi matul is-sena d-dieħla. Kellimna fuq l-esperjenza tiegħek f 'X Factor . . . F'Diċembru tas-sena 2013, applikajt biex nieħu sehem f ' X Factor u tlajt nikkompeti f 'April. Fortunatament wasalt sat- tielet fażi, li għall-ewwel darba nahseb li tajjeb u personalment ħriġt sodisfatta. Ovvjament, m'iniex se naqta' qalbi u għad nerġa' nipprova! Tippreferi s-sajf jew xitwa u għaliex? Ma tagħmillix differenza. Personalment fl-aħħar tas-sajf, inkun qed nistenna x-xitwa u viċi versa. Raquel l-aktar komda b'jeans u t-shirt jew libsa tal-evening? Naħseb li għandi stil partikolari. Ma nħobbx nilbes pulit ħafna, imma lanqas b'jeans u t-shirt. Infatti, rari ħafna nilbes jeans u t-shirt. Inħobb nilbes ħafna dbielet u lbiesi. Qatt tikkunsidra li tmur tgħix barra minn Malta? F'Settembru li għadda kont se mmur ngħix Londra għal sena, fejn kont se nkun qed nistudja għal Diploma in Vocals. Però iddeċidejt li nfittex xi opportunità li bħalissa naħseb li kienet l-aħjar soluzzjoni u b'hekk fittixt Record Label. Però, beħsiebni nagħmilha 'l quddiem. X'inhu dak li jagħmlek kuntenta fil-ħajja? L-għaqda bejn il-familja u l-ħbieb u l-kant. Il-ħolma li għad triq twettaq? Ikolli album tiegħi, li nirnexxi f 'Londra (eż. f 'X-Factor), niggradwa fin-Negozju u niftaħ in-negozju tiegħi. Raquel Galdes hi kantanta u studenta tan-Negozju. Għalkemm għad għandha biss tmintax-il sena, hi determinata li 'l quddiem ikollha n-negozju tagħha u qed tistudja biex tilħaq dan l-għan. F'Settembru li għadda kont Ħames Minuti F'Settembru li għadda kont se mmur ngħix Londra għal sena, fejn kont se nkun qed b'hekk fittixt Record Label. Però, beħsiebni nagħmilha 'l quddiem. l-ħbieb u l-kant. Il-ħolma li għad triq twettaq? F'Settembru li għadda kont b'hekk fittixt Record Label. l-ħbieb u l-kant. Ħames Minuti ma' Raquel Galdes Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Raquel Galdes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014