Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 23 ILBANK of Valletta ppreżenta s-somma ta' €135,000 matul il-programm televiżiv ta' L-Istrina. Din is- somma tirrapreżenta fondi miġbura matul il-kampanja 'L-Istrina BOV Piggy Bank' li kienu rdoppjati mill-Bank. Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Charles Borg, akkumpanjat min-numru ta' tfal bil-karus f 'idejhom li jikkaraterizza din il-kampanja, ippreżenta d-donazzjoni lill-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca u lis-Sur Edgar Preca matul il- programm. Matul il-kampanja, il-piggy bank sab ruħu f 'kull klassi ta' kull skola Primarja u Sekondarja madwar Malta u Għawdex, kif ukoll f 'numru ta' ħwienet. Numru ta' piggy banks kbar, li saru sinonimi mal-kampanja 'L-Istrina BOV Piggy Bank', tpoġġew f 'ċentri ewlenin biex ikomplu jinġabru l-fondi b'risq din il-kawża. Din kienet il-ħdax-il sena konsekuttiva li ttellgħet din il-kampanja. Il-fondi miġbura permezz tal- kampanja 'L-Istrina BOV Piggy Bank' issa qabżu l-1 miljun ewro. Il-kampanja serviet ukoll biex jikber l-għarfien dwar il-Malta Community Chest Fund. Il-Bank of Valletta huwa kontributur ewlieni tal- Malta Community Chest Fund, u ta s-sehem tiegħu biex jittellgħu numru ta' avvenimenti fosthom ir- Rockestra, Paqpaqli għall- Istrina, il-Ballu t'Awwissu u l-ktieb tar-riċetti Tisjir mill-Qalb. Kummercjali MSC Cruises ħabbret li s-sena d-dieħla se tibgħat Malta il-cruise liner lussuż MSC Fantasia li se jidħol Malta għal 32 ġimgħa konsekuttiva bejn it-22 t'April u l-4 ta' Novembru 2015 għal cruises mal-Punent tal-Mediterran. Dan ifisser li s-sena d-dieħla, MSC Cruises se tibda topera b'żewg cruise liners minn Malta wara li kienet diġà ddeċidiet li fl-2015 tibgħat Malta il-cruise liner MSC Armonia. Bejniethom MSC Armonia u MSC Fantasia fl-2015 se jġibu lejn Malta 170,000 passiġġier u se jibdew iżejnu l-Port il-Kbir tagħna kull nhar ta' Erbgħa. MSC Cruises kellha diskussjonijiet estensivi ma' Hamilton Travel, l-aġenti esklussivi ta' MSC Cruises f 'Malta biex mhux biss jibagħtu Malta MSC Armonia, imma biex is- sena d-dieħla jibagħtu MSC Fantasia li jgħabbi 4,200 passiġġier għal 32 ġimgħa konsekuttiva. MSC Fantasia jitlaq minn Malta u se jibda jżur il-portijiet ta' Messina, Napli, Ġenoa, Marsilja, Barċellona u Tunis. Donazzjoni ta' €135,000 b'risq L-Istrina mill-BOV MSC FANTASIA se jibda jidħol Malta Il-President tirċievi d-donazzjoni tal-BOV Il-Vapur MSC Fantasia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014