Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum Ir-rebbieħa l-BOV Bowling Platinum Cup MARK Spiteri rebaħ il-BOV Bowling Platinum Cup tal- irġiel fejn rebaħ lil Mauro Anastasi 237-183 fir-rawnd finali wara li kien rebaħ 229- 173 fil-logħba ta' bejniethom ta' qabel. Sue Abela żammet it-titlu tan-nisa li kienet rebħet is-sena l-oħra fejn rebħet lil Joanna Attard 214-205 f 'finali kombattuta ħafna. Il-BOV Platinum Cup rat 27 raġel u 13-il mara jikkompetu għal dan l-aħħar unur prestiġġjuż tas-sena, bl-aqwa sitta minn kull kategorija jipparteċipaw, u jkunu kisbu din il-pożizzjoni wara tnax- il rawnd ta' kwalifikazzjoni jidħlu f ''round robin' bejniethom. Fis-sezzjoni tal-irġiel, Mark Spiteri ġie fit-tielet post fir- 'round robin' waqt li Justin Caruana Scicluna kiseb it-tieni post. Spiteri kiseb rebħa diffiċli ta' 257-236 fuq Caruana Scicluna biex b'hekk sab quddiemu l-isfida li jrid jikseb żewġ rebħiet kontra Anastasi biex jirbaħ it-titlu. L-ewwel logħba rebaħha 229-173, biex b'hekk il-kompetizzjoni marret għall-aħħar rawnd fejn għal darb'oħra Spiteri għeleb lil Anastasi għat-titlu. Joanna Attard u Melissa Swift ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament fir-'round robin' tan-nisa u Attard għaddiet għall-finali bi zbrixx bl-iskor ta 181-178 fejn imbagħad kellha tiltaqa' mat-top seed Sue Abela. F'round interessantissimu, fejn iż-żewġ kompetituri kienu fuq quddiem diversi drabi, il-pluri champion nazzjoniali Sue Abela żammet sod biex rebħet 214- 205 u żammet it-titlu li kienet diġà rebħet fl-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni. John Paul Abela, Manager, Media and Community Relations fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej lir-rebbieħa fil-preżenza ta' Paul Baldacchino, President tal-Malta Tenpin Bowling Association. Sue Abela tirċievi t-Tazza BOV Bowling Platinum mingħand John Paul Abela, Man- ager Media and Community Relations tal-BOV Mark Spiteri jirċievi t-Tazza BOV Bowling Platinum mingħand John Paul Abela, Manager Media and Community Relations tal-BOV Il-Klassika nali kienet hekk: Pożizzjoni Irġiel Nisa 1 Mark Spiteri Sue Abela 2 Mauro Anastasi Joanna Attard 3 Justin CaruanaScicluna Melissa Swift 4 Neil Sullivan Sara Xuereb 5 Philip Gruppetta Liliana Spiteri 6 Clayton Zammit RaisaBria Emma Xuereb il-BOV Plejer tax-Xahar ta' Novembru EMMA Xuereb ta' Raiders (Luxol) hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Novembru 2014. Il-Captain ta' dan it-tim ġdid kellha xahar memorabbli, kemm ġewwa u barra l-grawnd fejn iggradwat bħala fiżjo-terapista kif ukoll kienet l-iktar plejer konsistenti. Il-winger Għawdxija, magħrufa għall-veloċità tagħha u l-kapaċità li tgħaddi mid-difiża avversarja, hija pedina ewlenija fl-attakk ta' Raiders u skurjat 4 gowls fit-tliet rebħiet ta' Raiders tul ix-xahar ta' Novembru, biex b'hekk żammew it-tielet post fil-klassifika tal-kampjonat BOV tan- nisa. Emma, li tivvjaġġa bejn Malta u Għawdex erba' darbiet fil-ġimgħa minħabba l-impenji mat-tim, hija l-personifikazzjoni ta' dedikazzjoni u ta' eżempju għal sħabha li b'time management effettiv jista jkollok suċċess kemm fl-istudji kif ukoll fl-isports. Priscilla Attard, Maniġer tal-fergħa tal-Bank of Valletta ta' l-Ibraġ ipprezentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan- nisa għal Novembru 2014 lil Emma Xuereb. Priscilla Attard, tipprezenta t-trofew lil Emma Xuereb Taljan ta' 12-il sena rebbieħ tal-Kampjonat Euromed ITTALJAN ta' 12-il sena Michael Amadori (ITA 8235) minn Circolo Velico Ravennate, l-Italja, rebaħ il-15 il-edizzjoni tal- Optimists Class EUROMED Malta Championship li saru matul l-aħħar erbat ijiem fil-bajja tal-Mellieħa. Arnau Gelpi (ESP 2442) ta' Spanja u Sophie Holloway (GBR 6151) tar- Renju Unit kisbu it-tieni u t-tielet postijiet globali rispettivament. L-ewwel Maltija kklassifikata ġenerali fil-klassi Open Optimist u Cadet kienet il-kompetitriċi femminili tal-MYSC Victoria Schultheis (MLT 201) li rebħet ir-raba' post. Din ir-rebħa tagħti lill- Italja t-tieni titlu Euromed tagħha fi ħmistax il- edizzjoni. Ir-rebbieħ Taljan l-ieħor kien Valentino Valacchi ta' erbatax-il sena fl-2003. Il-klassi Optimist Novice intrebħet minn Guido Gresta (ITA 8131) tal-Italja b'sieħbu t-Taljan l-ieħor Mattia Arcovito (ITA 7598) jiġi t-tieni u Ryan Mercieca (MLT 7575) tal-BSC jikseb it-tielet post. Jack Hanslope (GBP11) tar-Renju Unit rebaħ il- klassi Laser Radial segwit fit-tieni u t-tielet postijiet minn kompetituri Maltin Karl Miggiani (MLT174530) tal-MYSC u Roberto Briffa (MLT200472) tal-BSC. Fil-klassi Laser 4.7, l-ewwel tliet postijiet ġew mirbuħa minn kompetituri Maltin - Edward Fleri Soler (MLT176545) fl- ewwel post, b'Thomas Bonello Ghio (MLT177828) u Zachary Zammit (MLT179125) fit-tieni u tielet post rispettivament. It-tliet baħħara huma kollha membri tal-MYSC. Il-Kampjonat Optimists Class EUROMED Malta huwa organizzat mill-Malta Young Sailors Club bil- kooperazzjoni tal-Kunsill Malti għall-iSport u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u miżmum taħt il-patroċinju tal-Federazzjoni tal- Ibburdjar ta' Malta. Xena mill-Kampjonat Euromed 2014 tal-Ibburdjar li sar f'pajjiżna ftit tal-jiem ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014