Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 3 lejn is-sena 2014 April • Marie Louise Coleiro Preca tinħatar bħala d-disa' President ta' Malta. • Il-Parlament japprova l-liġi tal- Unjoni Ċivili b'37 vot favur u 30 vot kontra. B'hekk Malta saret wieħed mill-ftit pajjiżi fid-dinja li jirrikonoxxi żwieġ bejn persuni tal-istess sess inkluż id-dritt għall- addozzjoni. • L-AirMalta tiċċelebra l-erbgħin sena mit-twaqqif tagħha u tiżbogħ ajruplan bil-kuluri oriġinali ta' meta twaqqfet il-kumpanija. • It-tfajla Lisa Marie Zahra titlef ħajjitha fl-irdum ta' Ħad-Dingli filwaqt li Erin Tanti, li allegatament kien magħha fil-ħin tal-inċident, spiċċa salvat minn ħelikopter tal- Forzi Armati ta' Malta. Il-każ jinsab quddiem il-Qrati Maltin. • Il-Papa Franġisku jikkanonizza lill-papiet ta' qablu Gwanni Pawlu II u Ġwanni XXIII u b'hekk it- tnejn li huma jsiru qaddisin waqt konċelebrazzjoni fil-pjazza tal- Vatikan li għaliha attendew eluf kbar ta' nies minn madwar id-dinja. • Il-Membru Parlamentari Ewropew Joseph Cuschieri jitfa' n-nomina għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew wara li kien iddikjara pubblikament li ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni minħabba li ma kienx qed isib sostenn mill-Partit Laburista għall-kandidatura tiegħu. Mejju • Ippubblikat studju tal-Knisja li jgħid li 62% tal-Maltin għadhom jitolbu flimkien bħala familja. • L-awtorità tax-xandir twaqqaf messaġġ xenofobiku tal-Partit Imperium Ewropa, liema messaġġ kien parti mill-kampanja elettorali tal-Imperium Ewropa. • Cyrus Engerer jirtira l-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew wara li nstab ħati li xerred u ċċirkola ritratti pornografiċi tal-eks sieħeb tiegħu. Ikun deskritt mill-Prim Ministru bħala suldat tal-azzar. • Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew b'maġġoranza ta' aktar minn 33,600 vot. L-ewwel kandidat elett ikun l-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant. • Conchita tirbaħ il-Eurovision Song Contest bid-diska Rise Like a Phoenix. Il-grupp Malti Firelight jispiċċa fit-23 post. Ġunju • Il-gazzetta ILLUM tiżvela storja dwar skuntentizza fost il-membri tal-kleru fil-knisja Maltija. Storja li wasslet għal dibattitu sħih fil- pajjiż dwar it-tmexxija tal-knisja u l-ħtieġa ta' bidla. • Investigat l-għoti ta' kuntratt mill-amministrazzjoni Nazzjonalista fil-gvern lill- kumpanija Alberta għall- installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi b'valur ta' €35 miljun. • Raġel ta' 35 sena jeħel 14 il-sena ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment minn bintu ta' 8 snin. Il-każ instema' fil-magħluq. • Jibda l-logħob tat-Tazza tad- Dinja fil-Brażil Lulju • Il-Ġermanja tirbaħ kontra l-Arġentina fil-logħba finali u tirbaħ it-Tazza tad-Dinja. • Jeskala l-ġlied fil-Libja fost fazzjonijiet differenti u l-ajruport ta' Tripli jispiċċa fil- mira ta' attakki li qerdu l-bini kif ukoll numru ta' ajruplani li spiċċaw imfarrkin jew maħruqin. • Il-Prim Ministru Joseph Muscat jesprimi l-ħsieb tiegħu li jipposponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sabiex ikunu ffrankati maż-żewġ miljun ewro, liema espressjoni wasslet għal kritika qawwija mill-Partit Nazzjonalista u minn diversi għaqdiet u opinjonisti. Ritratti: Ray Attard u Chris Mangion Ċelebrazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ wara l-approvazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ċivili Engerer jirtira l-kandidatura u jkun deskritt bhala suldat tal-azzar It-tim tal-Ġermanja jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil Jixirfu stejjer dwar it-tmexxija tal-Knisja f'Malta Ikompli fuq paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014