Illum previous editions

illum 28 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/439088

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 28 ta' Diċembru 2014 | illum 25 SPORTSillum LATTAKKANT internazzjonali Ingliż ta' Liverpool Daniel Sturridge qatta' l-Milied f 'Boston fl- Istati Uniti fejn hemmhekk qed ifittex li jirkupra minn injury wara li weġġa' fit-taħriġ f 'Novembru li għadda u rritorna għat- taħriġ komplut mal- kumplament ta' sħabu fil-jiem li għaddew. Il-plejer ta' 25 sena diġà qatta' xi żmien f 'Los Angeles jaħdem fuq l-injury tiegħu iżda issa jinsab jiltaqa' ma' speċjalisti mediċi tat-tim tal-baseball Boston Red Sox. Ma' Liverpool huwa lagħab biss tliet logħbiet matul dan l-istaġun u mhux mistenni jirritorna fl-azzjoni sa diversi ġimgħat oħra. Il-ftehim bejn Daniel Sturridge u Boston Red Sox ġie ffaċilitat minħabba l-fatt li s-sid ta' Liverpool John W. Henry huwa wkoll is-sid ta' Boston Red Sox. Sturridge li skorja xejn inqas minn 25 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun li għadda, li kuntrarju għal dan l-istaġun, kien wieħed brillanti għal Liverpool qed ikun akkumpanjat mill-kap tal-fiżika ta' Liverpool Glen Driscoll għat-tieni fażi tal- proċess ta' rkuprar tiegħu mill-injury li qed isofri. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-maniġer ta' Liverpool Brendan Rodgers ikkritika l-mod li bih it-tim nazzjonali Ingliż tratta l-injury ta' Sturridge hekk kif kien propju magħhom li huwa kien sofra l-ewwel injury meta kien impenjat magħhom lura f 'Settembru li għadda. Rodgers afferma wkoll li Liverpool riedu jivvintaw affarijiet biex jagħmlu żgur li Sturridge jirkupra kemm jista' jkun malajr. U din l-idea li jmur f 'Boston l-Istati Uniti kienet waħda minnhom. Liverpool xejn mhu qed ikollhom staġun tajjeb, fejn ftit tal-ġimgħat ilu sofrew telfa ta' 3-0 kontra r-rivali eterni Manchester United biex ftit wara ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Arsenal ġewwa darhom f 'Anfield. F'dan l-istaġun skorjaw biss 21 gowl fi 17-il logħba validi mill-Kampjonat Barclays Premier. Għall-fini ta' statistika rigward Daniel Sturridge huwa ffirma ma' Liverpool f 'Jannar tal-2013. Qabel ingħaqad mar-Reds huwa lagħab mal-youths ta' Coventry City u mal-ewwel team ta' Manchester City u Chelsea qabel ingħaqad ma' Bolton b'self. Iddebutta mat- tim nazzjonali Ingliż f 'Novembru tal-2011 kontra l-Iżvezja. Ma' Liverpool skorja 21 goal fil-Kampjonat Barclays Premier fl-istaġun 2013/14 u jekk wieħed jikkunsidra l-logħbiet kollha li kien involut fihom, huwa skorja 25 gowl. "Inwiegħed li nagħmel ħilti biex inrodd lura l-duċja lil Valletta" Dean Camilleri NHAR it-Tlieta tħabbar b'mod uffiċjali li l-goalkeeper Dean Camilleri ngħaqad ma' Valletta wara bosta snin jilgħab ma' San Ġiljan fil- waterpolo. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Camilleri fejn intalab jagħti l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida ma' Valletta. "Bla dubju kienet deċiżjoni li ma kontx qed nistenna minħabba li sa qabel ma ntemm l-istaġun li għadda kont ġejt mistoqsi jekk kontx interessat li nġedded il-kuntratt ma' San Ġiljan minn xi uffiċjali tal- klabb u li jien kont kuntent li nagħmel dan. Però, wara li spiċċa s-sajf il-President tani l-aħbar li San Ġiljan ma kinux lesti li joffruli kuntratt ieħor," sostna Camilleri Camilleri kompla, "Wara li ħarġet din l-aħbar kien hemm bosta klabbs li wrew interess fija b'mod speċjali Valletta li minn hawn nixtieq nirringrazzjahom minn qalbi b'mod specjali lill-coach Anthony Farrugia, iktar magħruf bħala l-'Panelli', Stephen Rizzo u l-kumitat kollu. Jien qed inħares ħafna 'l quddiem għal din l-esperjenza ma' Valletta iktar u iktar meta qed nara lill-kumitat jistinka u jaħdem bla waqfien biex jibnu tim kompetittiv. Ta' dan inwegħedhom li se nagħmel ħilti kollha biex inrodd lura l-fiduċja li wrew fija," temm jgħid Dean Camilleri. Il-goalkeeper ġdid ta' Valletta Dean Camilleri, fl-azzjoni Il-Milied ta' Daniel Sturridge fl-Istati Uniti Daniel Sturridge f'Boston biex jirkupra mill-injury tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 December 2014