Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
€0.90 Nr 432 • 25 ta' Jannar 2015 www.illum.com.mt Titjib sostanzjali f 'sena u nofs fl-Isptar t'Għawdex PAĠNI 1213 "Jekk bħala mexxej nara l-ħażen u ma nagħmel xejn, jien ukoll kompliċi " NEWSPAPER POST Republic Street, Valletta next to the Courts WARA li l-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta tkellmet dwar il-fatt li l-proġett ta' Bieb il-Belt beda fuq sieq ħażina, illum tiżvela kif l-uffiċċju tal-Perit Taljan Renzo Piano se jkun tħallas €1 miljun aktar milli stmat oriġinarjament. Sorsi li tkellmu magħna qalu li l-ispiża oriġinali miftehma qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali minn gvern Nazzjonalista mal-uffiċċju ta' Renzo Piano kienet ta' €6.6 miljun. Jidher iżda li sa mill-bidu nett il-proġett kien mifni minn reviżjonijiet kontinwi fejn hu stmat li fl-aħħar mill-aħħar din l-ispiża se titla' għal €7.7 miljuni. B'hekk Renzo Piano, waħdu, se jkun ħa mat-8% tal-ispiża aħħarija tal-proġett kollu ta' Bieb il-Belt. Kif żvelat il-ġimgħa li għaddiet minn din il-gazzetta, l-ispiża aħħarija fuq il-bini tal-Parlament il-ġdid mistennija tkun 50% ogħla mill-istima oriġinali tal-2008. Qed ikun ikkalkulat li l-Parlament il-ġdid jiġi jiswa qrib il-€45 miljun. Ikompli f 'paġna 2 PAĠNI 17-20 "Sibt sptar mimli ġrieden u wirdien" JOHN BUSUTTIL F'MALTA hawn diversi sptarijiet għal kull qasam jew mard partikolari, bħal dak ta' San Vinċenz de Paule għall- anzjani, dak ta' Monte Carmeli għall- mard mentali u Mater Dei għall-mard akut iżda f 'Għawdex dawn it-tliet sptarijiet qegħdin taħt saqaf wieħed, fl-Isptar Ġenerali. Sa ftit ilu dan l-isptar xejn ma kien ta' xempju sabiħ għall-Għawdxin li riedu s-servizzi minnu. Kien kritikat minħabba nuqqas ta' iġene, nuqqas ta' servizzi u anke ħmieġ ma' kullimkien. Tant hu hekk li l-Kap Eżekuttiv Dr Nadine Delicata qaltilna li sa sena u nofs ilu meta daħlet tmexxi l-isptar sabet infestazzjoni ta' ġrieden u wirdien, apparat antik ta' 40 sena ilu u sterilizzazzjoni tal-istrumenti fqira ħafna. Delicata spjegat li s-sitwazzjoni llum hi differenti ħafna fejn barra li qed jingħataw żewġ tipi ta' kimoterapija, fi Frar se tibda anke tingħata t-tielet tip ta' kimoterapija għal fejqan tal-kanċer tas-sider u tal-prostata. Qed isiru wkoll operazzjonijiet tat-tibdil tal-irkoppa u tal-ġenbejn mhux biss għall-Għawdxin iżda qed isiru anke għall-Maltin biex dan l-isptar jgħin lill-Isptar Mater Dei. It-Tabiba Delicata spjegat kif meta daħlet taħdem hemm, jekk xi ħadd jagħtih uġigħ f 'sidru wara s-2pm ma kien hemm ħadd imħarreġ biżżejjed li seta' jagħmillu ECG iżda issa hemm nies imħarrġa apposta li jistgħu jagħmlulek dan it-test 24 siegħa kuljum. Żiedet tgħid li s-sodod li hemm fis-swali tal- isptar, madwar 160, inbidlu kollha għal sodod moderni fil-ġimgħat li għaddew. Ara paġni 10-11 SUPPLIMENT ILLUM Il-Kura tal-Annimali Domestiċi - Tagħrif u punti li kull sid ta' annimal għandu jkun jaf PAĠNI PAĠNI P 17-20 annimal għandu jkun jaf "Għadna wisq marbutin mat-tempju u mas- sagristija" – Mario Grech PAĠNA 3 Renzo Piano se jaqla' €7.7 miljuni Aktar dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt...