Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 JOSEPH Formosa, Slimiż li iżda kien qed joqgħod il-Qawra, kellu 52 sena meta nqatel brutalment fl-appartament fejn kien qed jgħix waħdu. Il-katavru tiegħu nstab bejn tlieta u erbat ijiem wara li l-Pulizija jaħsbu li nqatel meta l-ġirien ilmentaw minn riħa tinten ġejja mill-appartament tiegħu. L-investigaturi, kif ukoll l-esperti forensiċi, huma konvinti li l-qtil seħħ qabel nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru 1999, iżda kien it-Tnejn, 6 ta' Diċembru meta l-Pulizija ssejħu fuq il-post tad-delitt fejn sabu l-katavru ta' Formosa mimli dmija mgeżwer taħt kutra u liżar. Il-Pulizija ma teskludix li l-qattiel kien ħarab minn Malta ftit sigħat wara li nstab il-katavru u bl-għaġġla biex jitlaq minn pajjiżna ħalla kważi l-ħwejjeġ kollha warajh fil- lukanda fejn kien alloġġjat. Il-vittma stieden lill-qattiel fl-appartament Formosa kien missier ta' żewġ subien u tlett ibniet. Wara problemi matrimonjali, Formosa kien issepara minn ma' martu u mar jgħix għal rasu fejn kera appartament numru 7 fi Triq it-Tamar, il-Qawra li jinsab fi blokk bl-isem ta' Salina Park. Il-ġirien qatt ma kellhom problemi minn Formosa, anzi kien hemm min qalli li Joseph ftit li xejn kien innutat forsi wkoll minħabba l-fatt li l-inħawi huwa aktar frekwentati minn barranin milli Maltin. Li kieku ma kinitx għar-riħa tinten li kienet ħierġa mill-appartament fejn kien joqgħod il-vittma, kieku ħadd ma kien jissuspetta xejn, qalli wieħed li kien joqgħod qrib Formosa. L-investigaturi kienu stabbilixxew li l-qattiel iddaħħal fl-appartament minn Formosa stess u għalkemm kien hemm min kellu l-impressjoni li Formosa u l-qattiel kienu jafu lil xulxin, il-Pulizija aktar ibbażaw it-teoriji tagħhom li l-vittma u l-aggressur iltaqgħu għall- ewwel darba dakinhar stess tal-omiċidju u għaldaqstant ma kienx eskluż ukoll li Formosa stieden lill-qattiel fl- appartament tiegħu. Riħa li qajmet suspett Kienet ir-riħa insapportibbli li kienet ħierġa mill-appartament ta' Joseph Formosa li wasslet biex xi ġirien jagħmlu rapport mal-Pulizija. Minkejja dawn l-irwejjaħ kbar, li saħansitra bdew anke jinxtammu minn barra l-blokka tal-appartamenti, kien it-Tnejn, 6 ta' Diċembru 1999 għall-ħabta tat-8.30pm li l-Pulizija ġew informati li mill- appartament numru 7 kienet ħierġa riħa qawwija u kien hemm xi ħadd li qal li kien ilu ma jara lil Formosa għal xi jiem. B'dawn is-suspetti l-Pulizija tad-Distrett, kemm dawk mill- Għassa tal-Qawra stess kif ukoll mill-Għassa tal-Mosta marru fuq il-post biex jinvestigaw l-ilmenti tal-ġirien. Kif waslu mill-ewwel indunaw li fl-appartament kien hemm riħa li tindika li kien hemm xi ħadd li kien ilu xi jiem mejjet. Mal-bieb il-Pulizija sabu nota li kienet ilha hemm mill-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru. Dan kien sinjal ċar li Formosa kien diġà mejjet qabel dik id-data għax kieku ma kienx iħalli n-nota mwaħħla mal-bieb. Xena xejn sabiħa Peress li l-bieb tal-appartament ta' Formosa kien imsakkar, il-Pulizija talbu sid il-post biex. Għaldaqstant is-sid mar ġab iċ-ċavetta li kien iżomm bħala "spare" u fetħilhom. Kif infetaħ il-bieb tal- appartament ir-riħa kienet ferm agħar. Hekk kif il-Pulizija daħlu fil-kamra tas-sodda sabu xena makabra quddiemhom. Fuq is-sodda kien hemm il-katavru ta' Formosa fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni mgħotti b'kutra. Is-sodda, il- kutra, il-liżar u l-imħadda kienu mimlija dmija. Meta l-Pulizija kixfu l-katavru kien evidenti li dan kien qtil brutali li kien ilu ftit ma jkollna bħalu f 'pajjiżna. B'din ix-xena quddiemhom, il-Pulizija li marru fuq il-post informaw lis-superjuri tagħhom u ma tħalla ħadd iżjed jidħol mhux biss fl-appartament fejn seħħ il-qtil, iżda lanqas fil- blokka tal-appartamenti. Fi ftit ħin bdew jaslu diversi uffiċjali fosthom l-eks- Supretendent Bertu Mula, li rtira mill-Korp bħala Assistent Kummissarju, flimkien mal- Ispetturi Martin Bayliss u Paul Vassallo, illum it-tnejn Supretendenti kif ukoll l-eks Spetturi David Galea u John Sacco. Aktar tard kien mar fuq il-post l-eks Kummissarju John Rizzo, li dakinhar kien Assistent Kummissarju u llum Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Formosa jew kien jaf sew lill-qattiel jew sar jafu dakinhar stess u stiednu biex imur miegħu fl-appartament. Dan jirriżulta mill-fatt li l-investigaturi ma sabu ebda sgass u lanqas taqlib li seta' jindika li l-qattiel seta' ħasad lill- vittma u daħal fuqu biex iwettaq serqa. Minkejja dan il-qattiel xorta waħda seraq il-kartiera mill-but tal-qalziet tal-vittma. Mill-Qorti Ippoża ta' tabib biex jinviżta t-tfajliet fl-isptar Maniġer iżomm €7,000 għalih ŻAGĦŻUGĦ Daniż ta' 25 sena ngħata sentenza ta' ħabs sospiża wara li ammetta li ppoża ta' tabib fl-Isptar ta' Mater Dei biex jinvista tliet mudelli, wara li waħda mill-mudelli xammet xi ħaġa tinten meta l-parir tiegħu kien li għandha bżonn għarus li jagħmilha l-massaġġi. Michael Camilo Precht, ammetta li eżamina t-tfajliet biex imisshom, li kkommetta attenat vjolenti fuq il-pudur ta' tliet nisa, li ppoża ta' tabib mingħajr ma kellu l-kwalifiċi neċessarji, li għamel dikjarazzjonijiet foloz u li uża dokumenti foloz. Il-Qorti semgħet kif iż- żagħżugħ irnexxielu jidħak bi tliet mudelli Maltin meta għamlilhom eżami mediku. Mill-investigazzjonijiet jidher li xi ġimgħat ilu l-akkużat mar l-Isptar u infermier qallu li minkejja li kien tabib fid-Danimarka, xorta waħda kellu jgħaddi minn proċeduri qabel ma jkun jista' jinvista lin-nies f 'Malta. Minkejja dan, iż-żagħżugħ kien qed jikteb fuq Facebook jappella li jrid tfajliet għal film ġdid li kien qed jidderieġi u li qabel ma jiġu aċċettati kellhom imorru Mater Dei għal viżta medika. Fil-ġurnata li għamel l-appuntamenti, dan id-Daniż talab lil uffiċjal tas-sigurtà biex jiftaħlu, semmielu b'isimhom il-lista ta' persuni li kien indikalu l-infermier qabel, urih karta t'identifikazzjoni Daniża u daħħlu f 'kamra li f 'dan il-ħin ma kinitx qed tintuża. Waqt waħda minn dawn it- tliet viżti, li kienu jikkonsistu fl-akkużat imiss diversi partijiet ta' ġisem it-tfajliet, waħda mill-mudelli daħlilha suspett minħabba l-mod li kien qed imissha, u iktar minn hekk, fuq karta roża bil-logo tal-Isptar Mater Dei fuqha, hu kiteb messaġġ: "Għandek bżonn għarus li jagħmillek ftit massaġġi kuljum." Il-Maġistrat Demicoli għalhekk ordnat sentenza ta' erba' snin ħabs sospiżi għal tnejn u multa ta' €2,329. Intant, investigazzjonijiet minn dan il-ġurnal jidhru li l-każ ta' Precht f 'Malta ma kienx wieħed iżolat tant hu hekk li fi Frar li għadda nfetħet paġna fuq Facebook, biex tħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni kontra l-imputat. Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne ordna wkoll li ssir investigazzjoni interna f 'Mater Dei biex ikun stabbilit kif Precht għadha mis- sigurezza tal-isptar. MANIĠER ta' mużew fil-Birgu li ammetta li żamm għalih €7,000 għax ma setax jgħaddi bil-paga tiegħu ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin wara li ammetta li dawwar għalih bi profitt u li seraq il-flus għad- dannu ta' Fondazzjoni Wirt Artna. Stephen Anthony Camilleri, ta' 32 sena minn Ħ'Attard, li jaħdem bħala maniġer fil-mużew Malta at War fil-Birgu ammetta l-akkużi quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien jiddikjara li żaru l-mużew inqas nies milli fil-fatt kienu żaruh biex iżomm il-flus għalih u jkun jista' jmantni lil bintu ta' sitt snin. L-akkużat qal ukoll li għamel dan għax ma setax jgħaddi bl-€1,000 paga fix-xahar u ma kellux alternattiva oħra. Fondazzjoni Wirt Artna għamlet ir-rapport lill- Pulizija "kontra qalbha" għax kienet tikkunsidrah bħala wieħed mill-ahjar maniġers tagħha. Hi ndunat x'kien qed jiġri minn fuq is-CCTV camera tal-mużew. Fis-sentenza tagħha, l-Qorti, ppreseduta mill- Magistrat Audrey Demicoli sabet lil Camilleri ħati tal- akkużi miġjuba kontrieh. Hija kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin kif ukoll tatu sitt xhur ċans biex jirrifondi l-imsemmija somma lil Fondazzjoni Wirt Artna. Il-każ tmexxa mill-Ispetturi Anna Marie Xuereb u Saviour Baldacchino filwaqt li l-Avukat Vince Micallef deher għal Camilleri. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Il-blokka ta' appartamenti fil-Qawra fejn inqatel Formosa Qtil brutali fil-Qawra fl-1999 Mill-inqas il-vittma John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015