Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt K aż li qajjem għagħa sħiħa u kontroversja nhar il-Ġimgħa kien meta żagħżugħ Daniż sar tabib mil-lejl għan-nhar. Libes ġagaga u tikketta ta' tabib ma' sidru, talab uffiċċju battal li ngħatalu bla tlaqliq minn membru tas-sigurtà u dan laqa' għandu pazjenti tfajliet u qagħad ibagħbashom. Forsi ħafna ħadu dan il-fatt biċ- ċajt iżda wieħed għandu jaħseb ftit qabel jidħak u jaħseb dwar kemm hu serju dan il-każ. Dan jista' jfisser li kulmin jilbes ġagaga jista' jidħol l-isptar u jieħu l-mediċini li jrid. Kulmin jilbes ġagaga jista' jidħol l-isptar u jsib xi anzjan jew xi ħadd b'diżabilità u joħorġu miegħu mill-isptar. Kulmin jilbes ġagaga jista' jmur ibagħabas lil min irid. Kulmin jilbes ġagaga jista' jmur u jivvelena lil min irid li jkun qiegħed b'xi drip u jrid jeħles minnu. Bħalma żagħżugħ barrani tħalla jidħol ibagħbas lil min ried bil-kumdità kollha, jista' jidħol kulmin irid għal xiex irid. Dan juri biċ-ċar li s-sigurtà fl-isptar Mater Dei qiegħda hemm għal imsejkna pazjenti jew il-qraba tagħhom li jinżammu (kultant anke b'mod arroganti) milli joqogħdu ħdejn il-pazjent jagħmlulu kuraġġ. Żgur li dawk kollha li xi darba jew oħra akkumpanjaw lil xi ħadd tal- familja fl-emerġenza jew fl-out patients department ġew mitluba jibqgħu barra sa ma l-pazjent jissejjaħ mit-tabib li jinviżtah sigħat wara. U b'hekk min qed jakkumpanja jrid joqgħod bilqiegħda fil-kuritur. Però jekk tkun titkellem bl-Ingliż, tilbes ġagaga u tpoġġi tikketta ma' sidrek allura mhux biss jiftħulek il-bieb, iżda jagħtuk anke kamra. Xi ħadd żbalja u żbalja bil-kbir. Xi ħadd irid jerfa' r-responsabilità ta' dan l-każ. Diġà bdiet tinstema' l-għajta tar-riżenji ta' ministri li ma nemmnux li hu l-każ. Jekk id-deċiżjoni ħadha l-membru tas-sigurtà meta suppost iċċekkja l-fatti aħjar, allura jrid ibati l-konsegwenzi ta' dan l-att serju hu. Iżda jekk il-membru tas-sigurtà qed jimxi skont proċeduri minn ta' fuqu, allura min hu responsabbli mis-sigurtà jrid iġorr ir-responsabilità, iva anke ta' riżenja. Għax min hu responsabbli mis-sigurtà tal- isptar ma jistax jieħu dan ix- xogħol b'mod ħafif. Min jidħol l-isptar, fis-swali u aktar u aktar f 'uffiċini ta' fejn tobba jaraw lil pazjenti m'għandhomx ikunu daqshekk faċli. Il-konsegwenzi huma kbar u għalhekk anke r-responsabilitajiet tas-sigurtà huma kbar. Dawk li ġew imbagħbsa għaddew minn trawma mhux żgħira. Anke l-familji tagħhom iridu risposta għal min ħalla dawn l-abbużi jsiru. Il-poplu jħallas bit-taxxi tiegħu anke biex ikollu sigurtà fl-isptar u mhux min jilbes ġagaga jsir tabib u jagħmel li jrid. Anke s-sentenza tal-qorti ma tantx hi waħda li tagħti impressjoni ta' ġustizzja. Meta molestur sesswali frodista u li rridikola l-professjoni tant fdata f 'Malta, jingħata biss sentenza sospiża. Mhux se nidħlu dwar il-liġi nnifisha iżda li s-sigurtà ta' sptar sħiħ tiġi kalpestata b'dan il-mod minn persuna li skont siti soċjali hu riċediv, ma tantx isserraħ ras il-poplu. Hu min hu responsabbli. Saret kemm saret ġustizzja jibqa' fatt li hemm tfajliet li ġew abbużati minn persuna li normalment kulħadd jafda b'għajnejh magħluqa, tabib ġo sptar. U għal dan il-poplu Malti jrid ikollu l-kelma ta' serħan il-moħħ. Mhux il-ġagaga tagħmlek tabib

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015