Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Birkirkara ................. 1 Hibernians ................ 1 META kollox kien qed jindika li Birkirkara kienu se jagħtu l-ewwel telfa lil Hibernians wara xejn inqas minn 19-il logħba Andrei Agius salva lit-tim tiegħu permezz ta' gowl minn daqqa ta' ras wara li rċieva minn freekick tal- captain Andrew Cohen. B'hekk Hibernians żammew id-distakk ta' 15-il punt fuq Birkirkara u fetħu vantaġġ ta' 16-il punt fuq Valletta li madankollu jkunu mpenjati llum fil- konfront kontra Naxxar Lions. B'hekk kollox qed jindika li Hibernians se jkunu l-favoriti assoluti li jirbħu l-Kampjonat BOV Premier fi tmiem l-istaġun. Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor permezz ta' Nikola Vukanac li ġie wkoll ivvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti meta wara taħwida fil-kaxxa tefa' wara Henry Bonello permezz ta' xutt angulat minn mal-art. Lejn it-tmiem tal-logħba Hibernians resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta tentattiv minn freekick tal-captain Andrew Cohen stampa mal-mimduda wara li ġie mxellef mill- goalkeeper tal-iStripes Justin Haber. Fil-ħin miżjud Birkirkara spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba wara li tkeċċa għalihom il-plejer Alejandro Corujo Mendoza wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp qasir, bit-tieni karta safra jirċeviha wara li miss il-ballun b'idu biex jimpedixxi lil Tarabai milli jkompli javvanza fil-kaxxa ta' Birkirkara. Iżda kellha tkun propju din l-azzjoni li tikkastiga lil Birkirkara hekk kif mill-freekick li rriżulta mogħti minn Andrew Cohen, Andrei Agius, spiċċa biex kien is-salvatur ta' Hibernians meta tefa' fix-xibka biex għamel l-iskor finali 1-1 u ta punt meritat lill-Pawlisti. Birkirkara - Haber, Herrera (Dos Santos Gonzaga 74'), Vukanac, Shola Shodiya Haruna (Agius 80'), Ledesma (Bissi da Silva 83'), Sciberras, Muscat, Fenech, Camenzuli, Scicluna, Mendoza Corujo Hibernians - Bonello, Pearson, Soares, Cohen, Kristensen, Failla, Bezzina (Lima 80'), Agius, Dos Santos, Mbong (Degabriele 80'), Da Silva Pereira Referi - Trustin Farrugia Cann ANDREI AGIUS Twieled fit-12 ta' Awwissu 1986 f'Malta Salva punt meritat lil Hibernians fil-ħin miżjud Qabel ingħaqad ma' Hibernians, qatta' xejn inqas minn 11-il sena jilgħab fl-Italja fejn lagħab ma' US Latina u Aprilia fost oħrajn Fil-passat riċenti kellu esperjenza qasira ta' sitt xhur jilgħab ma' Birkirkara Iddebutta ma' Hibernians matul dan l-istaġun nhar l-14 ta' Settembru 2014 kontra r-rivali Valletta Andrei Agius isalva punt meritat lil Hibernians l-ħin miżjud Is-salvatur ta' Hibernians Andrei Agius jaqbeż lil Rafael Ledesma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015