Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 33 SPORTSillum "M'aħniex preparati biex nilagħbu tliet logħbiet f 'erbat ijiem" – Mark Marlow FTIT tal-jiem ilu t-tim nazzjonali tal-futsal kien involut fi Grupp E ta' kwalifikazjoni għall-Euro 2016 fejn kellu logħbiet kontra l-Ingilterra, Andorra u l-Latvja. F'dan it-turnament Malta ddiżappuntat bil-kbir hekk kif sofriet tliet telfiet konsekuttivi u sofriet 15-il gowl mingħajr risposta. Biex ikollna stampa aħjar ta' dak li għadda minnu t-tim nazzjonali f 'dan it- turnament ma stajniex ma nagħmlux kuntatt mal- kowċ tat-tim nazzjonali Mark Marlow fejn bħas- soltu kien mill-iktar disponibbli magħna. Għall- mistoqsija diretta tagħna dwar x'jaħseb li mar ħażin f 'dan it-turnament għal Malta, huwa kien pront u wieġeb hekk: "Naħseb aħjar issaqsi lill- plejers din il-mistoqsija! Plejers li suppost għamlu l-almu tagħhom f 'ċerti logħbiet kienu deludenti fil-wirjiet tagħhom. Ninsab diżappuntat jien iktar minn kull bniedem Malti ieħor għax wara logħba tajba u aċċettabbli kontra l-Ingliżi, iddiżappuntajna kontra Andorra u l-Latvja. Li mar ħażin f 'dan it-turnament kien li fl-aħħar logħba t-tim ma għamilx l-isforz meħtieġ u ħallejna lill- avversarji tagħna jagħmlu li jridu. Jien kont kuntent għal dak li taw il-plejers fl- ewwel żewġ logħbiet imma fl-aħħar logħba kontra l-Latvja ħafna mill-plejers stabbiliti naqsu milli jistinkaw u jikkumbattu. Nemmen li m'aħniex ippreparati biex nilagħbu tliet logħbiet f 'erbat ijiem," temm jgħid Mark Marlow. Intant, hawn taħt qed ninkludu rapport dettaljat ta' x'seħħ f 'kull logħba valida minn dan it-turnament ta' kwalifikazjoni għall-Euro 2016. Latvja vs Andorra 3-2 Fil-logħba inawgurali ta' Grupp E mir-Rawnd Preliminari tal-Euro Futsal 2016, il-Latvja ħadu l-ewwel rebħa kontra l-Andorra bl-iskor ta' 3-2. Fl-ewwel taqsima l-Latvja kienu ferm offensivi, filwaqt li l-Andorra ddefendew tajjeb għal ħin twil mhux ħażin. Fis-17-il minuta, indeċiżjoni f 'nofs il-grawnd tal-goalkeeper Altor Rubio li ħalla l-lasta vojta, biex il-plejer tal-Latvja Oskars Ikstens dendel il-ballun li spiċċa fix-xibka. Sitt sekondi mit-tmiem tal-istess l-ewwel taqsima Igor Avanesov irdoppja l-iskor. Fil-bidu tat-tieni taqsima, l-Latvja komplew fejn ħallew aktar qabel u Maksims Sens għamilhom 3-0. Fl-aħħar żewġ minuti, waslet ir-reazzjoni tal- Andorra li tefgħu kollox fuq l-attakk billi tefgħu lil Jonathan Perez bħala flying keeper. Fl-aħħar nett l-Andorra naqqsu d-distakk permezz ta' Diogenes Lino u Ignacio Llamas li għamlu l-iskor finali ta' 3-2 favur il-Latvja. Malta vs Ingilterra 0-3 Fit-tieni logħba, quddiem attendenza sabiħa bis- sehem qawwi tas-South End Core, Malta ddebuttaw f 'dan l-istess grupp ta' kwalifikazzjoni kontra l-Ingilterra. L-Ingliżi fetħu l-iskor wara biss tliet minuti permezz ta' Ian Parkes li għeleb għal kollox lill- goalkeeper Malti Matthew Mifsud. Għaldaqstant dan il- gowl serva ta' injezzjoni għall-Maltin li kienu ferm perikolużi permezz ta' Matteo Desira Buttigieg, Nicola Del Re u Mark Zammit, li ġew diversi drabi wiċċ imb wiċċ mal- goalkeeper Ingliż James Dalton. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 1-0, fit-tieni taqsima l-Maltin komplew juru logħob sabiħ u tjiebu ħafna fid-difiża u komplew joperaw bil-kontrattakki. Madankollu l-Ingliżi rnexxielhom ikomplu jkabbru darbtejn il-vantaġġ tagħhom permezz ta' Luke Ballinger fid-29 minuta u Agon Nexha fl-aħħar minuta. Malta vs Andorra 0-4 It-tim nazzjonali Malti reġa' kien fl-azzjoni u kellu jsofri telfa qawwija ta' 4-0 kontra l-Andorra. It-tim tal-Andorra kellu l-pussess tal-ballun għal ħinijiet twal u sab ix-xibka permezz ta' doppjetti għal Carlos Manuel Barbosa u Ignacio Llamas. Il-Maltin kellhom diversi azzjonijiet perikolużi, fosthom lil Nicola Del Re li laqat darbtejn il- lasta u Jovica Milijic li minn freekick fuq il-linja tal-penalty area laqat il- mimduda. Latvja vs Ingilterra 2-2 Aktar kmieni waranofsinhar l-Ingilterra u l-Latvja ħadu punt kull wieħed f 'parità ta' 2-2. Il-Latvja fetħu l-iskor u mbagħad kellhom vantaġġ doppju permezz ta' Arturs Sustrovs u Maksims Sens. L-Ingilterra ġabu l-parità permezz ta' doppjetta personali ta' Stewart Cook. B'hekk iż-żewġ timijiet iridu jibqgħu jissieltu sal-aħħar, biex xi ħadd minnhom jakkwista l-kwalifikazzjoni. Ingilterra vs Andorra 3-2 Partita mill-aktar eċitanti kienet dik bejn l-Andorra u l-Ingilterra, fejn rat lit-tim nazzjonali Ingliż joħroġ rebbieħ bl-iskor ta' 3-2. Kienu l-Ingliżi li fetħu l-iskor wara disa' minuti logħob permezz ta' George Nash u tliet minuti wara kien Ian Parkes li rdoppja l-iskor. Minn hawn it-tim nazzjonali tal-Andorra tefgħu kollox fuq l-attakk u bdew jilagħbu għal diversi ħinijiet sal-aħħar tal- logħba, b'Jonathan Perez bħala flying keeper. Kien permezz t'hekk li l-Andorra naqsu l-iskor u fil-15-il minuta l-istess Jonathan Perez għamilhom 2-1. L-aħħar kelma fl-ewwel taqsima kienet tal-Ingliżi li għamluhom 3-1 permezz ta' Luke Ballinger meta kien fadal biss 23 sekonda għat- tmiem. Fit-tieni taqsima l-Andorra kontinwament bdew jattakkaw u rnexxielhom ikomplu jnaqqsu d-distakk permezz ta' Marcal Raventos fl- għaxar minuta tat-tieni taqsima. Il-bqija tal-logħba żammet lil kull min preżenti fil- Padiljun Sportiv ta' Kordin fuq ix-xwiek, bl-Andorra jattakkaw u l-Ingliżi ferm attenti jiddefendu. Wara tmiem il-logħba l-Ingilterra spiċċaw fil- quċċata tal-grupp, waqt li kellhom jistennew l-eżitu bejn il-Latvja u Malta, sabiex ikunu jafu jekk għaddewx mill-grupp. Latvja vs Malta 8-0 Fl-aħħar logħba t-tim nazzjonali Malti kien fl- azzjoni kontra l-Latvja, fejn tal-aħħar riedu rebħa tajba biex ikunu huma li jgħaddu mill-grupp. U hekk ġara għax f 'ħin ta' żewġ minuti l-Latvja ħadu dak li riedu. L-ewwel gowl wasal kmieni wara biss 28 sekonda permezz ta' Maksims Sens. Wara biss 10 sekondi Andrejs Aleksejevs wettaq doppjetta immedjata u minuta wara kien Maksims Sens li kellu wkoll doppjetta personali sa dak il-ħin. Fl-għaxar minuta Arturs Jerofejevs għamilhom 5-0 u ħames minuti wara, l-istess plejer għamilhom 6-0. Meta kien fadal 46 sekonda Maksims Sens minn freeshot ra l-ballun milqugħ mill-gowlkiper Malti Nicholas Farrugia. Ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Andrejs Sustrovs b'xutt qawwi għeleb għal kollox lil Farrugia u għamilhom 7-0. Fit-28 minuta reġa' kien Andrejs Aleksejevs li skurja t-tmien gowl għal-Latvja. Fit-32 minuta Dale Camilleri kellu ċans li jiskurja l-ewwel gowl Malti, iżda ġie mċaħħad minn salvataġġ mill-isbaħ tal- goalkeeper sostitut Antons Astrahancevs. Finalment il-Latvja kkwalifikaw għar-rawnd li jmiss b'7 punti, 13-il gowl favur u 4 kontra. L-Ingilterra ġew it-tieni b'7 punti, iżda kellhom 8 gowls favur u 4 kontra. L-Andorra ġew fit-tielet post bi 3 punti u Malta spiċċaw fl-aħħar post bla punti. Mark Marlow waqt l-innu nazzjoanli qabel waħda mil-logħbiet li t-tim nazzjonali Malti tal-futsal kien involut hom ftit tal-jiem ilu Ritratt: Tonio Magro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015