Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 Suppliment X'inhi t-tiswija? Għalkemm iktar ma jgħaddi ż-żmien l-annimali mid-djar tan-nies dejjem qed jonqsu, dawk li għandhom xi kelb jew qattus, jara kif jagħmlu biex ftit wara li jġibuhom isewwuhom biex ma jkunx hemm riskju ta' tkattir! Hemm żewġ tipi ta' tiswija tal-annimali, fl-irġiel hemm il-kastrazzjoni u fin-nisa dak magħruf bħala 'spaying'. F'dan is-suppliment iddedikat lill-annimali domestiċi l-ILLUM xtaqet tgħaddi informazzjoni dwar it-tiswija tal-annimali. Fil-kastrazzjoni tal- annimali rġiel, li ssir bil- loppju fuq il-ġisem kollu, jitneħħew iż-żewġ testikoli u b'hekk tkun tneħħiet il- parti ewlenija li tipproduċi l-ormoni tat-testosteron maskili. Minħabba f 'hekk, la darba l-livelli tat- testoteron jinżlu għal-livell minimu, l-effetti tal-ormoni jonqsu wkoll. Meta annimal mara tkun imsewwija, jitneħħew l-ovarji u anke l-utru, magħrufa bħala – ovariohysterectomy. Dan ifisser li l-annimal femminili ma tkunx tista' tinqabad u b'hekk ma jkollhiex frieħ. Raġunijiet ta' saħħa Meta jissewwew l-annimali hemm numru ta' raġunijiet validi ħafna għalfejn dan jista' jservi ta' ġid. Annimali domestiċi msewwija jgħixu ħajja itwal u ħafna aħjar minn oħrajn li ma jkunux. Dawn huma xi wħud mir- raġunijiet għal dan. • Meta t-tiswija ssir fuq klieb u qtates nisa meta dawn ikunu għadhom żgħar, jitnaqqas b'mod konsiderevoli r-riskju tal-kanċer fis-sider u l-infezzjoni tal-ġuf (pyometra) – dawn iż-żewġ mardiet huma komuni u li jwasslu għall-kundizzjonijiet fatali fuq klieb u qtates nisa li ma ssirilhomx it-tiswija. • Fil-klieb irġiel, it-tiswija tnaqqas ħafna ċ-ċans ta' mard fil-glandoli tar- riproduzzjoni (prostate disease) kif ukoll jonqos ir- riskju ta' kanċer oħrajn. • It-tiswija tgħin wkoll sabiex il-klieb u l-qtates tonqsilhom l-ħeġġa biex joħorġu jitlajjaw u jiġġieldu fit-toroq – b'riżultat t'hekk jonqsu l-annimali jiġġerrew fit-toroq u forsi bis- saħħa t'hekk ukoll jonqos l-ammont ta' annimali milquta mill-karozzi. • Fil-qtates irġiel, it- tiswija tnaqqas iċ-ċans li dawn jaqbdu l-virus magħruf bħala Feline Immunodeficiency (FIV). Dan il-virus li hu simili ħafna għall-HIV fil- bnedmin, m'hemmx fejqan għalih u jixtered l-aktar permezz tal-bżieq – l-aktar komuni minn ġrieħi ta' gdim waqt ġlied bejn qtates irġiel. • Pets li ma jkunux msewwija u maqfula ġewwa jgħixu ħajja mdejqa u mhux naturali. Riżultat ta' dan ikun li dawn il-pets jipprovaw jaħarbu u mhux darba jew tnejn li jaqbżu mit-twieqi, ikunu mitlufa jew involuti f 'xi inċidenti tat-traffiku. Ħafna qtates nisa jkollhom tqala mhux kompluta (false pregnancy) wara l-istaġun It-Tiswija tal-Annimali Qattusa jista' jkollha sa sitt ifrieħ tliet darbiet fis-sena Fil-klieb irġiel, it-tiswija tnaqqas ħafna ċ-ċans ta' mard fil-glandoli tar-riproduzzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015