Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 MINKEJJA li d-dibattitu dwar x'għandha tkun il-konnettività bl-ajru bejn Malta u Għawdex ilu għaddej is-snin iżda sa issa baqa' qatt ma kien hemm deċiżjoni, fil-parlament din il-ġimgħa deputat tal-PN spiċċa jistaqsi dwar il-linji tal-ajru low cost li fi kliemu joperaw lejn Għawdex. Fis-seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa, id-deputat Nazzjonalista Antoine Borg, kelliem ġdid tal-PN dwar it- turiżmu, staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis biex jelenka l-kumpaniji, waħda waħda, li joperaw linji tal-ajru low cost lejn pajjiżna u l-ammont ta' sussidju mogħti lilhom bejn l-2008 u s-sena l-oħra. L-interessanti huwa li Antoine Borg talab lill- Ministru Zammit Lewis biex jaqsam din l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru tat-Turiżmu rrimarka li l-linji tal-ajru low cost ma jagħmlu l-ebda nżul fil-gżira ta' Għawdex għal raġunijiet evidenti u żied li b'konsegwenza l-ammont ta' sussidju ma jistax jinqasam bejn Malta u Għawdex. Il-kelliem ġdid Nazzjonalista kien mgħarraf ukoll li ma jeżisti l-ebda sussidju kif indika huwa iżda jeżisti route development jew strategic marketing support. Antoine Borg kien imfakkar ukoll li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali sensittiva għal pajjiżna u li anki l-gvern Nazzjonalista kien jikkunsidra din l-informazzjoni bħala sensittiva. Il-Ministru tat-Turiżmu serraħ moħħ id-deputat Nazzjonalista li l-Gvern qed jaħdem biex iġib linji tal- ajru ġodda u kif ukoll biex il-linji tal-ajru diġà stabbiliti jżidu t-titjiriet minn u lejn Malta. ,QQHU+DUERXU$UHDRI0DUVD[ORNN (QYLURQPHQWDQG'HYHORSPHQW%ULHI 7KH 0DOWD (QYLURQPHQW DQG 3ODQQLQJ $XWKRULW\ 0(3$ KDV SXEOLVKHG IRU SXEOLF FRQVXOWDWLRQ DQ (QYLURQPHQW DQG 'HYHORSPHQW %ULHI IRU WKH 0DUVD[ORNN ,QQHU +DUERXU $UHD SULPDULO\SHUWDLQLQJWRWKH]RQHDURXQG7ULTWDO:LOJD;DWWLV 6DMMLHGDDQGSDUWVRID6SHFLDO$UHDRI&RQVHUYDWLRQ6$& LQFOXGLQJWKHDUHDDURXQGWKH+XQWHUV7RZHU5HVWDXUDQW :LWKDQHPSKDVLVRQLPSURYLQJWKHWRXULVPSURGXFWWKHSURSRVHG %ULHI VHWV RXW GHYHORSPHQW SDUDPHWHUV IRU WKH DUHD V UHJHQHUDWLRQ 7KHVH GHYHORSPHQW SDUDPHWHUV VHHN WR FRPSOLPHQWDQGHQKDQFHWKHHQYLURQPHQWDOYDOXHRIWKHDUHD LQFOXGLQJVDIHJXDUGLQJFHUWDLQDUHDVRIHFRORJLFDODQGVFLHQWLILF LQWHUHVW 7KH0DUVD[ORNN,QQHU+DERXU(QYLURQPHQWDQG'HYHORSPHQW%ULHI FDQEHYLHZHGRQWKH0(3$ VZHEVLWHZZZPHSDRUJPWSXEOLF FRQVXOWDWLRQ 0(3$ LQYLWHV LQGLYLGXDOV DQG RUJDQL]DWLRQV WR VHQG LQ WKHLU VXEPLVVLRQVUHODWHGWRWKLV(QYLURQPHQWDQG'HYHORSPHQW%ULHI 5HSUHVHQWDWLRQVDUHWREHPDGHLQZULWLQJDQGVHQWWRHPDLO DGGUHVVLQQHUKDUERXU#PHSDRUJPW 6XEPLVVLRQVZLOOEHUHFHLYHGE\WKH$XWKRULW\E\QRWODWHUWKDQ WK)HEUXDU\ L-applikazzonijiet interni fil-Korp tal-Pulizija "Mhux għal nies speċjalizzati, imma għat-Taqsimiet Speċjalizzati" JOHN PISANI FILJIEM li għaddew il-Korp tal-Pulizija ħareġ sejħa interna għal dawk il-membri tal-Korp li huma interessati biex jiċċaqalqu minn post għal ieħor. Iżda għal kuntrarju kif ingħatat l-impressjoni li l-Korp għandu bżonn "Pulizija speċjalizzati," is-sejħa hija għat-Taqsimiet Speċjalizzati." Uffiċjal għoli tal-Korp tal-Pulizija qal lil ILLUM li dawk li mhumiex midħla tal-kliem li jintuża fi ħdan il-Korp, huwa faċli li jiżbalja u jħawwad "Pulizija speċjalizzati" ma' Taqsimiet Speċjalizzati. Huwa spjega li t-taqsimiet kollha fil- Korp, minbarra d-Distretti, jew aħjar dawk fl-Għases tal-Pulizija, jissejħu "Speċjalizzati." "Fil-Korp huma magħrufin bħala Special Branches. Fost dawn hemm id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali li fiha hemm diversi taqsimiet fosthom id-Drug Squad, Money Laundering, Economic Crime, Forensics, Interpol, Europol, MIA Port Control, Office, is-SIRENE u l-Counter Terrorism Unit u oħrajn. Hemm taqsimiet oħrajn li jaqgħu taħt l-Ispecial Branch fosthom it-Taqsima tat-Traffiku u r-Rapid Intervention Unit," qalilna s-sors. Huwa kompla jispjegalna li s-sejħa saret għal dawn it-taqsimiet u mhu veru xejn li l-Korp għandu bżonn Pulizija speċjalizzata fl-RIU biex jimlew xi postijiet wara li żżarmat l-SAG. Dawk interessati li jixtiequ jagħmlu parti minn xi taqsima jew oħra, jistgħu japplikaw u dawk li diġà kellhom xi esperjenza se tgħinhom imma mhux obbligatorja. "Dan huwa mod kif il-membri tal-Korp tingħatalhom l-opportunità biex jiksbu esperjenza f 'diversi taqsimiet u mhux jistaġnaw f 'post wieħed," temm jgħidilna s-sors. Il-low cost u Għawdex "Il-fond strateġiku ftit wisq, tard wisq" - Sant ALFRED Sant qal lill- Parlament Ewropew li huwa ċar li l-fond strateġiku għall- 2015 propost fil-programm tal-Kummissjoni Ewropea hu ftit wisq u wasal tard wisq. "Nittama li għad insibu kif dawk minna li jemmnu hekk għandhom żball." L-MEP Malti għamel spjega tal-vot tiegħu wara li mexa mal-linja tal-grupp politiku tiegħu tas-SoċjoDemokratiċi (S&D) fuq il-mozzjonijiet differenti għal riżoluzzjoni tal-programm ta' ħidma tal- Kummissjoni Ewropea għall- 2015, maħruġin mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew. Kien hemm sebgħa minn dawn il-mozzjonijiet. Il-vot sar fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Sant qal li l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015 huwa mimli u jmur dritt għall-punt. "Minn dan il-lat, nistgħu biss nagħtuh merħba. Ġustament, il-programm jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal azzjoni urġenti biex jiġi stimulat investiment ġdid." Il-mistoqsija tibqa' jekk il- proposta biex jitwaqqaf fond Ewropew ġdid għal investimenti strateġiċi tistax tagħmel differenza. Il-fond qed jinbena minn flejjes li diġà ġew allokati. Huma se jkunu mwieżna b'impenji privati, li għad irridu jimmaterjalizzaw għall-pakkett totali ta' €315 biljun. Fil-verità m'hemm l-ebda flejjes ġodda involuti. Madankollu l-ħtieġa li jiġu misjuba u mħaddma fondi sostanzjali ta' investiment hija mill-aktar urġenti. Dan għandu jitqabbel mal-fond ta' $788 biljun ivvotat mill- amministrazzjoni Obama fl- Istati Uniti għas-snin 2009-2011 taħt l-Att Amerikan tal-2009 għall-Irkupru u r-Rinvestiment. Minn dan l-ammont, $224 biljun ġew mgħoddija lill-istati" qal Sant. Alfred Sant Antoine Borg "Mhu veru xejn li l-Korp għandu bżonn pulizija speċjalizzata fl-RIU biex jimlew xi postijiet wara li żżarmat l-SAG"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015