Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
22 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 W ieħed mill- kotba li l-aktar influwenzali ħajti huwa r-rumanz ta' Victor Hugo, Les Miserables. Il-karattru ta' Jean Valjean jibqa' wieħed mill- personaġġi fantastiċi f 'ħajti. Jean Valjean kien weħel ħames snin ħabs għaliex kien seraq xi ħobż għal oħtu marida. Kien bniedem ta' saħħa tremenda u nqabad mill-ġdid f 'att ta' altruwiżmu meta prova jaqla' wieħed minn taħt rota ta' karettun. Les Miserables jibqa' kapulavur tal- letteratura dinjija mhux biss għall- istil li bih inkiteb, iżda għaliex fih ċertu veritajiet u valuri li mhux biss huma universali iżda li jibqgħu għal kull żmien. Li bniedem jisraq għaliex ma jistax jagħmel mod ieħor biex jgħajjex lill-familja tiegħu jew biex jegħleb is-saram huwa stint li jibqa' dejjem fil-bniedem. Dawn ix-xorta ta' reati, biex insejħilhom hekk ekonomiċi, jibqa' jseħħu dejjem fejn hemm l-inġustizzji. Fil-Brażil pereżempju huwa inevitabbli li jisirqu biex jgħixu iżda mhux daqstant inevitabbli biex joqtluhom bħal ġrieden f 'miżbla. Fil-Brażil hemm skwadri apposta biex joqtlu li dawn it-tfal daqslikieku kienu xi pesta! Fortunatament f 'pajjiżna dawn ir- reati mhumiex daqstant komuni, iżda nemmen li qegħdin jiżdiedu b'mod partikolari minn meta x-xogħol prekarju sar kważi prattika. M'ilux kont qiegħed il-Qorti u tellgħu waħda b'shoplifting. Meta l-Maġistrat staqsiha għaliex għamlet hekk, it- tweġiba kienet li kellha żewġt itfal u b'xi ħaġa riedet titmagħhom. Tista' jew ma tistax temminha. Bħal każ ta' dak it-tifel, li xi sentejn ilu tressaq il-Qorti għaliex seraq ċikkulata! Din il-ġimgħa kien hemm każ ieħor. Ta' wieħed li ħa xi seba' t'elef ewro li suppost kienu biljetti ta' entratura ta' mużew. Spjega li dawk il-flus ħadhom għaliex ried jiffinanzja l-problema li għandha bintu. Mhux qiegħed ngħid li għamel sewwa, iżda ma nistax neskludi li dik hija l-verità. Ma nistax neskludi li bil-paga li għandu mhux qiegħed f 'pożizzjoni ekonomika li jlaħħaq mar-realtà li jinsab fiha. L-isfortuni fil-ħajja jiġu fuq kulħadd u meta lanqas inkunu qed nistennewhom. Ġieli naslu nagħmlu affarijiet li qatt ma konna ħlomna bihom minħabba ċ-ċirkostanzi li nsibu rwieħna fihom. Fir-rumanz ta' Victor Hugo hemm passaġġ ieħor li dejjem baqa' f 'moħħi. Jean Valjean jiltaqa' ma' kjeriku li tiġih ħniena minnu. Jiddeċiedi li jagħti kenn lil Jean Valjean bit-tama li dan tal-aħħar jirriabilita ruħu. Il-vizzju mhux lakemm toqtlu. Flok juri gratitudni Jean jisraq il-fidda ta' min tah kenn. Jinqabad mill-Pulizja u min tah kenn flok kompla sallbu għamel ta' bir- ruħu li dik il-fidda kien tahielu, anzi quddiem il-Pulizija qallu: "Insejt tieħu ż-żewġ gandlieri tal-fidda l-oħra!" Bil-pulit, Victor Hugo kien qiegħed jappella għall-ħniena. Ħafna drabi ma jkunx biżżejjed li naqbdu lil min ikun kiser il-liġi minħabba raġunijiet soċjali, iżda nibqgħu nibqgħu sakemm inkissruhom. Ħafna drabi s-serq ta' din ix-xorta, li għalkemm ma tantx għandna minnu qiegħed jiżdied, huwa biss l-effett ta' kawża akbar. Fil-fehma tiegħi l-kawża hija mnissla mill-fatt li hawn wisq nies li qed ikunu sfruttati speċjalment dawk li jaħdmu fil-qasam tat-tindif u tas-sigurtà ma' xi kumpaniji li jitħallsu bil-liri mingħand il-Gvern iżda jħallsu bil-ftitijiet lill-ħaddiema tagħhom. Għalhekk irridu nindirizzaw din il-problema mill-aktar fis possibbli. Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex jikkumbatti l-flaġell tal- prekarjat. Beda bil-lista ta' "black listing" ta' dawk il-kumpaniji li jinqabdu jisfruttaw lill-ħaddiema. Ħareġ ordni, li ebda impjegat ma jista' jkollu anqas minn l-inqas paga li titħallas persuna li hi impjegata mal-Gvern. Irridu nammettu li mhux faċli teqred prattika li kienet ingħatat ir-riħ minn ħaddieħor jew meta kien hemm żmien li Gvern stess kien ta eżempju ħażin. L-element ta' ħniena mhux biżżejjed. Irid ikun hemm azzjoni diretta u effikaċi, ħafna drabi mingħajr ma nistennew li jkun il-ħaddiem stess li jaġixxi. Kien għalhekk, li jiena ssuġġerejt li dawn huma kwistjonijiet li għandu jkun il-Gvern stess, taħt l-obbligu tal-anonimità ta' min jagħmel ir- rapport,li jinizzja proċeduri quddiem it-Tribunal Industrijali. Min iħaddem għandu dritt sagrosant li jagħmel profitt u li ħadd ma jista' jeħodulu. Iżda min jaħdem għandu wkoll id-dritt, daqstant ieħor sagrosant, li jaqla' l-ħobża ta' kuljum kollha, biex ma jkollux għalfejn jagħmel bhal Jean Valjean... jiġifieri jisraqha! Il-miżerabbli "Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex jikkumbatti l-f laġell tal-prekarjat" Jean Valjean kien weħel ħames snin ħabs għaliex kien seraq xi ħobż għal oħtu marida… dik hi l-verità… TONI ABELA