Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 DR Nadine Delicata hi l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal dawn l-aħħar sena u nofs. Dr Nadine hi Għawdxija u ħadmet ta' tabiba tal-familja għal 5 snin. Bdiet taħdem bħala Principal Medical Officer u hemm ġiet esposta għas- servizzi kollha li toffri s-saħħa f 'Malta u b'hekk saret taf lin-nies u l-'politika' kollha tas-saħħa. Bejn l-2007 u l-2013 ħolqot l-proġett tal-iscreening tal-kanċer tas-sider u l-kanċer tal- musrana prinċipali u mexxiet dan id-dipartiment għal sitt snin sħaħ. F'Marzu tal-2013 inħatret bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar ta' Għawdex. Il-fatt li messet kull dipartiment tas-saħħa għenitha biex tifhem id- diffikultajiet kollha li jista' jkun hemm fi sptar fejn l-interess prinċipali tagħha hi l-pazjent. "Jien niffoka fuq il-pazjent u nġib lili nnifsi bħala l-pazjent u jekk inkunx kuntent u moqdi mis-servizz li ningħata." U dan għen mhux ftit biex Nadine tat ħajja u anke ruħ lill-isptar Għawdxi f 'kull dipartiment, sew min-naħa amministrattiva, ġenerali u medikali. Wieħed irid jifhem li l-isptar ta' Għawdex hu ferm differenti minn dak ta' Malta, għax l-isptar ta' Għawdex, barra li hu sptar akut, jilqa' fih l-pazjenti mentali u anke l-anzjani. "Hu Mater Dei, l-Isptar San Vinċenz de Paule u l-Isptar Monte Carmeli f 'daqqa" qalet Delicata. Taħt ir-responsabilità tagħha jaqgħu 750 impjegat, fejn qaltli li kif daħlet tmexxi dan l-isptar sabet li kien hemm iżjed impjiegi ġenerali milli impjiegi professjonisti u mediċi. Tant li qiegħda tagħmel minn kollox biex iżżid ħaddiema mediċi u fl-aħħar sena u nofs daħlu jaħdmu fl-isptar ta' Għawdex 50 infermiera ġodda, "żidna wkoll tobba, 2 kirurgi, wieħed ġenerali u l-ieħor tal-ortopedija, persuna li jagħti l-anestisija, Flobotomist (tad-demm) u anke ECG Technicians. "Qabel min ikollu xi wġiegħ f 'sidru ried jagħtih sas-2pm biex jagħmlulu ECG, issa hemm technician 24 siegħa kuljum. Qed intejbu ħafna s-servizzi tal-kardjoloġija u anke oftalmiċi (tal-għajnejn) fejn qed ikun hawn Dr Franco Mercieca li jagħmel operazzjonijiet Ħadd iva u Ħadd le." Infetaħ ukoll Day Care Unit fejn wieħed jinqeda u jmur id-dar mingħajr ma juża s-swali tal-isptar akut. Dan sar billi s-sala tat-tfal saret parti mis-sala tal-maternità u l-antika ġiet konvertita bħala Day Care Unit u Chemotherapy Lounge. Staqsejtha dwar il-każ li l-MUMN dan l-aħħar oġġezzjonat għax hemm xi kirurgi li bagħtu pazjenti Għawdxin jagħmlu l-kimoterapija f 'Malta. "Dan kien każ ta' waħda u ma sarx b'kapriċċ" qaltli Dr Delicata, "Aħna hawn nagħtu żewġ tipi ta' kimoterapija fejn qed nagħtu taħriġ tobba u infermiera u se nkomplu nespandu dan il-qasam. Hemm tip ieħor ta' kimoterapija li tissejjaħ Taxoterre li tingħata f 'ċertu każi ta' kanċer tas-sider u prostata. Kif id-dipartiment tal-onkoloġija ta' Malta jibda jaħdem kollu minn Mater Dei jibdew jitħalltu l-mediċina tal-kimoterapija li nkunu rridu nużaw Għawdex." Ix-xogħol kbir li sar f 'dawn l-aħħar sena u nofs fl-isptar Għawdxi hu wieħed kbir, fejn Nadine bdiet tgħid kif għadhom kif ħadu għajnuna finanzjarja ta' €5 miljun Wiċċ u ruħ ġdida għall-isptar "Il-ġimgħa d-dieħla se jiġi ffirmat il-ftehim biex tinbena l-iskola medika ta' Londra li se tilqa' fiha 300 student" illum@mediatoday.com.mt John Busuttil "Dan l-isptar hu Mater Dei, l-Isptar San Vinċenz de Paule u l-Isptar Monte Carmeli f'daqqa" Inġieb apparat u tagħmir ġdid biex jinbidel ma' dak li kien ilu hemm minn meta nbena l-isptar, jiġifieri erbgħin sena ilu Dr Nadine Delicata flimkien ma' Chris Fearne wara t-tibdil sostanzjali fl-isptar Ġenerali t'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015