Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 19 Suppliment tagħhom. Għalkemm din hija ħaġa naturali, madankollu tista' twassal għall-problemi fl-imġieba tal-qtates nisa u anki, f 'xi każi, għall-bżonnijiet mediċi. It-tiswija ma tħalliex dan kollu jseħħ. "Donnu qattus f 'Jannar" Mhux l-ewwel darba li smajna din il-frażi tingħad dwar xi ħadd li ma jistax jara mara, jew raġel. L-għeruq ta' din, il-frażi ġej mill-fatt li huwa proprju f 'dan ix-xahar, fix-xahar ta' Jannar, li l-qtates jibdew ifittxu li jitgħammru. Id-deċiżjoni jekk tagħżilx li ssewwi l-pet tiegħek jew le taffetwa mhux biss lill-pet innifsu jew innifisha. U jekk qed ittella' u tniżżel jekk jaqbillekx issewwi l-pet, ikun aħjar li tikkonsidra dan li ġej. • Is-sid ta' qattusa li mhiex msewwija huwa dejjem b'seba' għajnejn sabiex ma jħalliex il-pet tiegħu jew tagħha toħroġ tqila. Jekk dan iseħħ, tiżdied aktar ir-responsabbiltà tas-sid li issa jrid jieħu ħsieb il-pet fix-xhur tat-tqala, twelid u trobbija tal-frieħ. Imbagħad wara għandek l-intrigu biex issib post tajjeb għall-ġriewi u frieħ tal-qtates. Tinsiex li qattusa jista' jkollha sa sitt ifrieħ tliet darbiet fis-sena, jew li xi razez ta' klieb jista' jkollhom sa tnax-il ġeru fis-sena. • Il-klieb meta jkunu sħan, iħallu warajhom traċċi ta' demm għal tliet ġimgħat jew aktar; u dan iwassal sabiex jiġbed l-attenzjoni ta' ħafna klieb irġiel fuq l-għatba tad-dar. • Il-qtates nisa jekk ma jkunux imsewwija jew mgħammra, ikunu ħafna drabi sħan għal żmien twil. Dan jgħejja kemm il-qtates kif ukoll lil sidhom, u barra minhekk ikompli jattira aktar qtates irġiel lejn id- dar. • Bosta qtates irġiel sikwit jimmarkaw it-territorju tagħhom b'awrina xejn pjaċevoli li normalment qatt ma tiġri fi qtates irġiel li jkunu msewwija. Żomm f 'moħħok li qtates irġiel bħal dawn ikunu jikkonsidraw darek bħala t-territorju tagħhom! Mhux l-ewwel darba li smajna li klieb irġiel fetħu xi bieb jew xatba sabiex jaħarbu wara xi klieb sħan. Iżda meta klieb irġiel ikunu msewwija dawn l-affarijiet ma jseħħux; barra minn hekk lanqas ikunu aggressivi lejn klieb oħra kemm meta jkunu marbuta jew le. Sabiex nevitaw ġriewi u frieħ tal-qtates bla bżonn Sfortunatament, kull sena ħafna klieb u qtates titneħħilhom il-ħajja għaliex hemm aktar annimali żejda milli djar fejn joqogħdu u sidien li jieħdu ħsiebhom. Din is-sitwazzjoni tista' titjieb jekk is-sidien tal-pets ikunu responsabbli biżżejjed li jsewwu l-annimali tagħhom. L-aħjar żmien li ssewwi l-annimali tiegħek Kemm il-klieb kif ukoll il-qtates tista' ssirilhom it- tiswija minn meta jagħlqu għaxar ġimgħat, iżda fir- Renju Unit bosta veterinarji jagħmlulhom it-tiswija minn meta jkunu ftit ikbar. • Għall-qtates irġiel u nisa, ħamsa sa sitt xhur huwa ż-żmien l-aktar komuni biex issir it-tiswija; dan għaliex wara din l-età jimmaturaw sesswalment u b'hekk ikunu kapaċi wkoll jirriproduċu. Madankollu, il-qtates irġiel u nisa xorta waħda tista' ssirilhom it- tiswija meta jikbru aktar bla ebda periklu ta' xejn. • Il-klieb jistgħu jingħataw it-tiswija qabel l-ewwel staġun tagħhom, minn madwar l-età ta' sitt xhur, għalkemm għal xi wħud mir-razez il-kbar huwa rrakkomandat li jitħallew mhux imsewwija qabel l-ewwel staġun. Il-klieb għandhom jiġu msewwija bejn l-istaġuni meta l-ġibda riproduttiva mhiex qawwija. Ngħidu wkoll li jkun aħjar li l-klieb issirilhom it-tiswija qabel it-tielet staġun, għax wara dan l-effetti pożittivi ta' saħħa jonqsu. Għall-klieb irġiel, l-età eżatta ta' meta għandha ssirilhom it-tiswija tvarja ftit minn razza għal oħra. Iżda ħafna razez ta' klieb jistgħu jiġu msewwija meta jkollhom bejn sitta u seba' xhur. Razez ta' klieb akbar ġeneralment issirilhom it-tiswija f 'età ftit akbar minn razez iżgħar. Il-veterinarju tiegħek żgur li jkun jista' jagħtik l-aħjar parir dwar meta għandek tagħmel it-tiswija lill-pet tiegħek. Imma tħallix għal meta jkun tard wisq! Għandi nħalli l-pet tiegħi twelled darba qabel ma ssirilha t-tiswija? Mistoqsija komuni ħafna. Ħafna jgħidu li wieħed għandu jħalli l-pet tiegħu jkollu wild wieħed. Iżda dan hu żball. M'hemm l-ebda raġuni valida għaliex għandek tħalli l-pet tiegħek twelled qabel tissewwa. Għall-kuntrarju tagħna l-bnedmin, il-klieb u qtates ma jifformawx rabtiet familjari fit-tul u b'hekk ma jbatux minn din l-esperjenza. Veru li wara t-tiswija l-annimali jeħxienu? Idea żbaljata oħra, il-pets ma jeħxinux. Annimali li ssewwew jista' jkun li jieklu ftit inqas minn dawk bla tiswija; u għalhekk għandhom jingħataw ftit inqas ikel. tal-Annimali Il-veterinarju tiegħek żgur li jkun jista' jagħtik l-aħjar parir dwar meta għandek tagħmel it-tiswija lill-pet tiegħek