Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 ISSERVIZZ tal-kura tas-saħħa f 'Malta ġie kklassifikat bħala t-tieni l-aqwa fl-Ewropa. Dan skont l-aħħar stħarriġ minn Numbeo li huwa ċentru independenti ta' riċerka li perjodikament janalizza oqsma varji. Fost il-fatturi li jsir stħarriġ fuqhom minn Numbeo hemm il-kompetenza u l-ħila tal-impjegati fis-settur tas-saħħa; l-effiċjenza fis- servizz; l-ispejjeż u t-tagħmir involut. Dan l-istħarriġ kien ippubblikat fuq is-sit internazzjonali Business Insider. "Konferma bħal din tkompli tqawwilna qalbna u timliena b'ottimiżmu li t-triq ta' ħidma li qbadna fis-settur tas-saħħa hija tassew tajba," stqarr is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne. Tenna jgħid li suċċessi simili ma jistgħux ikunu possibbli mingħajr id-dedikazzjoni kontinwa tal-professjonisti kollha involuti f 'dan is-settur li jaħdmu bla heda biex jagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi servizz tas-saħħa mill-aqwa. L-aħħar figuri ppubblikati jaraw lis-servizz ta' kura tas- saħħa f 'Malta fit-tieni post wara Franza. Fost il-bqija tal- pajjiżi Ewropej il-Maċedonja kklassifikat fl-aħħar tal- klassifika. Mill-banda l-oħra l-Ġappun rriżulta bħala l-pajjiż bl-aħjar servizz tas-saħħa fuq bażi globali. Malta, globalment, marret tajjeb ukoll u klassifikat fis-sitt post fid- dinja. SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 33 89 28 88 90 52 46 82 VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana CHEMIMART International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun ANICI Pharmacy, Triq Anici, Qormi MACKIE'S Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara REGIONAL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida SPIŻERIJA Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu HOMPESCH Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba BROWN'S Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab bil-ħalbiet tax-xita possibilment bis-silġ u lokalment bir-ragħad kultant. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Majjistral forza 6 lokalment forza 7 għall-ewwel, li jdur mill- Punent u jonqos bilmod għal forza 3 għal 4. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. L-OGĦLA: 13˚Ċ L-INQAS: 9˚ Ċ TEMP: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad kultanT. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Punent għal-Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jdur mill-Majjistral it-Tramuntana u jsir forza 3 għal 4 L-ispiża fuq Bieb il-Belt... Is-servizz tal-kura tas-saħħa... Se jkun sewa kważi 100% iktar milli kien stmat IKOMPLI minn paġna 1 LISPIŻA fuq Bieb il-Belt biss, splodiet minn €8.7 miljun għal €17.2 miljun. Il-problemi fuq l-ispiża ta' Bieb il-Belt tfaċċat f 'Mejju 2011 u minn hemm 'il quddiem ma kienet qatt ikkontrollata. Minn analiżi infurmata li saret jirriżulta li r-raġuni ewlenija għal din l-isplużjoni fl-ispiża fuq Bieb il-Belt hija li d-disinn tiegħu tfassal mill-uffiċċju ta' Renzo Piano mingħajr ma kien hemm attenzjoni għall-baġit allokat għalih. Sa mill-bidu nett kien maħsub li l-uffiċċju ta' Renzo Piano kellu jkun involut mill-qrib ħafna fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-proġett billi kellu jiżgura, xahar wara ieħor, li l-ispiża tibqa' tkun ikkontrollata. Fil-verità iżda quddiem iż-żidiet daqshekk qawwija fl-ispejjeż, jeżistu dubji serji ħafna dwar kemm l-uffiċċju ta' Piano żamm ma' dan l-impenn. Jirriżulta wkoll li l-laqgħat meqjusa kruċjali għall- proġett kienu jsiru f 'Pariġi fi Franza u mhux f 'Malta. Dan wassal biex ftit li xejn kien hemm sehem minn naħa tal-gvern Malti. Hu stmat li b'kollox saru 1,830 bidla fl-ispeċifikazzjonijiet u fid-disinji fuq il-partijiet differenti tal-proġett u mal-1,100 varjazzjoni fix- xogħlijiet. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li l-esebizzjoni li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-gvern Nazzjonalista kienu ppreżentaw lill-pubbliku fuq il-proġett f 'Ġunju tal-2009, ma kinitx ibbażata fuq dak li fattwalment kien se jinbena iżda kienet ibbażata biss fuq il-viżjoni li kellu l-uffiċċju ta' Renzo Piano. Malta tiġi t-tieni l-aqwa fl-Ewropa Malta ġiet fis-sitt post fid-dinja, fl-ewwel post globalment hemm il-Ġappun Kien hemm mal-1,000 varjazzjoni fix-xogħlijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015