Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 5 Il-MaltaToday tiffriska moħħ Gonzi JOHN BUSUTTIL EMAILS li ġew prodotti fuq il-MaltaToday tal-Ħadd 18 ta' Jannar jidhru li ffriskaw moħħ l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li sa ħmistax ilu fuq il-Kumitat Parlamentari tal-kontijiet Pubbliċi dwar l-iskandlu taż- żejt ma kienx ftakar li kemm dam Prim Ministru kellu xi kuntatt ma' Cathy Farrugia. Il-MaltaToday ippubblikat emails fejn f 'Lulju tal- 2008 kienet talbet laqgħa ta' żewġha 'George' ma' 'Lawrence'. Laqgħa li skont l-eks prim ministru qatt ma saret. Fejn anzi qal li jinsab ferm irrabjat miegħu nnifsu għax nesa dawn l-emails li lilu jagħmlulu ġieħ li ma jiltaqax ma' nies li jkunu tefgħu xi tender. Il-Ġimgħa 9 ta' Jannar Lawrence Gonzi qal li l-kumpanija ta' Mizzi tħaddem 1,200 ruħ u Cathy Farrugia kienet waħda minnhom, waħda mill- impjegati. Kien jafha bħala impjegata u ma kienx jaf ma' min hi miżżewġa. Safejn jiftakar hu qatt ma kkomunikat miegħu kemm dam Prim Ministru. Il-Ġimgħa 23 ta' Jannar Wara li ħarġu emails bejnu u bejn Cathy Farrugia fuq il-MaltaToday, Gonzi ftakar fihom fejn anke sabhom fuq il-hard disc tiegħu u anke stampahom. Dawn l-emails kif preżentati mill-istess Gonzi juru lil Cathy Farrugia kitbet fit-2 ta' Lulju 2008 fejn kitbet hekk: "it's been a while since we met and we hope that you and your family are doing fine. We are all ok and starting to enjoy the summer now that the kids are off school [sic]. "George would like to have a private word with you at your convenience. I know you are busy but it won't take long. He can meet you when and wherever most convenient. Can you please?" iffirmata "Cathy." Ir-risposta ta' Gonzi l-għada fl-9.58am kienet din: "Dear Cathy, Thanks for your email. I can try to set up a meeting but will prove to be complicated during July. Is there any particular subject which he would like to bring to my attention via email?" iffirmata "Lawrence". Skont l-istess Gonzi dan ma jfissirx li kien hemm familjarità ma' Cathy Farrugia iżda li kien jafha. Anzi ftakar ukoll li din kienet segretarja ta' wieħed mid-diretturi ta' Mizzi li hu għamel anke żmien segretarju tal-Bord tagħhom qabel sar Prim Ministru. Il-Ġimgħa 9 ta' Jannar Lawrence Gonzi baqa' jsostni li l-fatti juru li dak li kien qed iseħħ waqaf lejn tmiem l-2004 u l-bidu tal-2005 meta hu ma kienx prim ministru. Kien għalhekk li hu qatt ma ra l-ħtieġa li jinvestiga jew jissuspetta. Qal li waqfu għax ittieħdu passi ta' serjetà. Il-Ġimgħa 23 ta' Jannar Ippreżentati email minn George Farrugia fin-12.36pm fl-istess ġurnata fejn Farrugia spjega kif il-kumpanija PowerPlan Ltd kienet waħda mill-bidders tal-Enemalta Petroleum Division u li kien sema' għajdut minn sorsi infurmati li l-affarijiet ma kinux dritti kif suppost u reġa' talab laqgħa miegħu. Tnax-il minuta wara Gonzi wieġeb (u din id-darba bagħat kopja lil Edgar Galea Curmi) li bħala prinċipju ma jiltaqax ma min ikun tefa' xi tender. Fis- 7.15pm Farrugia reġa' wieġeb lil Gonzi hekk: I did not ask for the meeting to request any favours or privileges or to embarrass you in any way. […] Having got to know of some disquieting rumours, I thought it would interest you to know. I do not have any proof of the alleged events and neither am I trying to create any rumours. […] Should I come across tangible evidence I will of course refer the matter to the authorities to protect the interests of my company." Gonzi kien mistoqsi wkoll jekk għorkitux għajnejh meta George Farrugia qallu li ma kienx hemm affarijiet nodfa wisq fl-Enemalta. Gonzi qal li kellem lil ministru konċernat u l-allegazzjonijiet ma ssarrfu f 'xejn. Allura ma ħassx il-ħtieġa li jkompli jaħseb fuqha. Il-Ġimgħa 9 ta' Jannar Gonzi wieġeb li kien il- kummissarju li mar għandu u talab il-proklama. "U John Rizzo kompla jtenni li l-proklama kienet strumentali biex il-persuna beda joħroġ il-provi biex iressqu n-nies għall-qorti. Gonzi qal li stqarrija bħal dik minn kummissarju tal-pulizija tiġġustifika l-proklama. Gonzi qal li hu mexa fuq il-parir ta' John Rizzo u l-Avukat Ġenerali li taw pariri quddiem il- kabinett kollu. Il-Ministru baqa' jsostni li skont Rizzo hu qatt ma mar hu għand il-Prim Ministru dwar il- proklama. Hu xehed li hu ma kienx involut fil-ħruġ tal- proklama u kien ikkuntattjat mill-prim ministru ta' dak iż- żmien u staqsieni x'kien ġara. L-eks Prim Ministru baqa' jsostni li John Rizzo kien li qallu dwar il-proklama Il-Ġimgħa 23 ta' Jannar Gonzi qal li kien Michael Cassar li ssuġġerixxa lil Farrugia biex jikkunsidra l-proklama. Il-Ġimgħa 9 ta' Jannar Mix-xhieda tiegħu George Farrugia ġieli ta lill-PN xi arloġġi għal-lotterija u ġieli anke tahom xi karozza. Gonzi qal li ma kienx jaf min kien jagħti xi rigali lil partit. Li jaf li ġieli saru dawn l-affarijiet li kienu jitħallsu b'reklamar fuq il-mezzi tax-xandir Nazzjonalista Il-Ġimgħa 23 ta' Jannar Il-Ministru Bonnici semma' li Farrugia qal li kien jagħti għajnuna finanzjarja lil Austin Gatt f 'elezzjoni u kien jagħti arloġġ għal-lotterija għall-PN. Mitlub jekk kienx jaf lil Farrugia li kien wieħed li jgħin lil partit Nazzjonalista. Gonzi wieġeb li din diġà weġibha qabel. Sarkastikament Owen Bonnici qallu li billi kien anke nesa l-emails mid-darba l-oħra 'l hawn forsi nesa din ukoll. Iżda Gonzi qal li se jwieġeb l-istess li ma kienx jaf u safejn il-memorja tagħtih u dak li seta' jivverifika m'għandu mkien irreġistrat li hu kellu laqgħa ma' Farrugia. Qal li d-djarju tiegħu kien jinkludi kollox. Enemalta plc tistieden lil dawk interessati biex jagħtu proposti għall-użu kummerċjali tal-fibre optic cable ġdid li jagħmel parti mill-Malta-Sicily Interconnector. Il-proposti għandhom jingħataw fl-indirizz ta' hawn taħt sa nhar il-Ġimgħa 27 ta' Frar 2015, f'nofsinhar. Aktar tagħrif jinsab fil-paġna www.enemalta.com.mt/powerfibrelink Enemalta plc Bini Amministrattiv, Moll il-Knisja, Il-Marsa, MRS 1000 www.enemalta.com.mt. ESPRESSJONI TA' INTERESS L-operat kummerċjali tal-fibre optic cable bejn Malta u Sqallija Ritratt: Ray Attard Gonzi qal li kellem lil ministru konċernat u l-allegazzjonijiet ma ssarrfu f'xejn