Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 27 MSV Life, il-kumpanija tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja ewlenija f 'Malta, iċċelebrat 20 sena ta' suċċess permezz ta' kunċert straordinarju mill-kitarrist klassiku Simon Schembri u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Zahia Ziouani fit-Teatru Manoel. Fil-kunċert indaqq il- 'Concierto de Aranjuez' ta' Joaquín Rodrigo u xogħlijiet oħra ta' Rodrigo u Manuel de Falla. L-attività, li rat teatru mimli mistiedna distinti li permezz ta' modi differenti kkontribuxxew għas-suċċess tal-MSV Life tul l-istorja tagħha, saret taħt il-patronaġġ tal-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca. "Ninsabu kburin li ċċelebrajna l-20 anniversarju tal-MSV Life billi rrikonoxxejna l-kontribut ta' dawk kollha li emmnu fil-kumpanija minn mindu twaqqfet u dawk li taw sehemhom għas-suċċess tagħha f 'dawn l-aħħar 20 sena. Nirringrazzjaw ukoll lill-ħbieb u l-imsieħba kummerċjali tagħna li ġew Malta speċifikament biex jattendu din l-attività," qal il-Kap Eżekuttiv tal-MSV Life David G. Curmi. Wara l-kunċert, il-mistednin imxew fuq tapit aħmar lejn il- Każin Malti fejn sar riċeviment lussuż. - Provision of Hardware Maintenance and Support for HP Servers and Related Equipment – T001/15 Data ta' ħruġ: 13 ta' Jannar 2015 / Data ta' għeluq: 23 ta' Frar 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: OPEN DAY l-MITA Data Centre Illum - Il-Ħadd 25ta' Jannar mid-9:00am sal-5:00pm Skopri l-infrastruttura tal-ICT tal-Gvern u żur l-unika Tier III Data Centre r-reġjun. Attivitajiet jinkludu żjarat bil-gwida, wirjiet u sezzjonijiet ta' coding għal kull età. Indirizz: MITA, Triq il-Ferrovija, Santa Venera Parking b'xejn -Isptar St. Philip's mita.gov.mt/openday Il-President ta' Hyundai Motor Europe iżur lil Hyundai Malta DIN il-ġimgħa, Hyundai Malta kellha żjara mingħand Byung Kwon Rhim, il- President u CEO ta' Hyundai Motor Europe. Rhim kien qed iżur lil Malta sabiex jara l-ħidma ta' Hyundai u biex jiltaqa' mal-management u l-impjegati ġewwa x-showroom ta' Hyundai f 'B'Kara. Waqt iż-żjara tiegħu, Rhim tenna l-impenn ta' Hyundai li ssir waħda mill-iżjed ditti ta' fiduċja fl-Ewropa. "Iċ-ċifri matul dawn l-aħħar snin komplew jikkonfermaw li mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Fil-fatt, fl-2014 irnexxielna nirreġistraw iżjed bejgħ mill-2013. L-Ewropa hija parti importanti ħafna fl-istrateġija ta' Hyundai. Il- ħtiġijiet partikolari ta' dan is- suq wasslu għall-produzzjoni ta' wħud mill-isbaħ mudelli Hyundai fosthom l-ix35, l-i30 u issa, il-ġenerazzjoni ġdida i20 li ċert li se jkollha impatt tajjeb fis-suq lokali f 'Malta wkoll," qal Rhim. Rhim żied jgħid li f 'ambjent fejn l-ekonomija dinjija għadha qed tirpilja, u għad hemm inċertezza politika f 'swieq relattivament ġodda u kompetizzjoni iżjed ħarxa, Hyundai għandha tibqa' tiffoka sabiex issaħħaħ il- kompetittività tal-prodotti tagħha u tegħleb dawn l-isfidi. "Irridu nkunu proattivi meta nwieġbu għall-ħtiġijiet tal-klijenti u s-swieq tagħna, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-valuri tagħna permezz ta' mudelli ġodda li jkunu favur l-ambjent u b'mudelli maħsuba apposta għas- swieq differenti sabiex niksbu iżjed kompetittività. B'mod speċjali fil-ġejjieni, din il-kompetittività se tkun tiddependi ħafna fuq il-kapaċità tagħna li niżviluppaw teknoloġiji u prodotti ġodda u fuq kemm ir-riżorsi umani tagħna jirnexxielhom ikunu iżjed kreattivi. Huwa għalhekk li Hyundai se tkun qed tinvesti ħafna fir-riċerka u l-iżvilupp u żżid il-faċilitajiet f 'dan il-qasam u timpjega iżjed riċerkaturi," qal Rhim. Byung Kwon Rhim inħatar President u CEO ta' Hyundai Motor Europe f 'Jannar tal- 2013 u matul dawn l-aħħar sentejn, il-prijoritajiet ewlenin tiegħu kienu t-tisħiħ tal-kwalità u tas-sodisfazzjon tal-klijenti f 'kull livell. Qabel din il-ħatra, hu kien President ta' Hyundai Motor Russia u qabel, kellu diversi rwoli ta' marketing fl-Ewropa u serva wkoll bħala Kap tal-Europe Division fil-kwartieri ġenerali ta' Hyundai fil-Korea. Francesca Mamo, Direttur Maniġerjali ta' Meridein Enterprises, importaturi lokali ta' Hyundai, irringrazzjat lil Rhim għaż- żjara tiegħu f 'Malta u saħqet l-impenn tal-kumpanija li tkompli żżid il-preżenza lokali ta' Hyundai. "Din iż- żjara kienet ta' unur għalina u kuntenti li kellna din l-opportunità li nitkellmu ma' Rhim dwar il-ħidma tagħna u l-isfidi li għandna fuq livell lokali. Aħna konxji li s-sitwazzjoni ekonomika toffrilna diversi sfidi iżda pożittivi li d-dehra u r-reputazzjoni ta' Hyundai se jkomplu jikkonfermaw il-kwalità tal-mudelli kollha Hyundai," qalet Francesca Mamo. Byung Kwon Rhim flimkien ma' Francesca Mamo u ħaddiema oħra ta' Hyundai MSV Life - 20 sena ta' suċċess Waqt il-kunċert bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika fit-Teatru Manoel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015