Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 11 mill-Fondi Ewropej (ERDF) fejn bihom bidlu s-sodod tal-isptar tas-swali tal- mediċina u kirurġija eċċ. Li jgħoddu għal madwar 160 sodda. Inbidlu l-imwejjed tal-operazzjonijiet, apparat mediku ġdid fosthom magni tas-CCU u tal-ITU. "L-apparat li kien hawn kien ta' 40 sena ilu minn meta nbena l-isptar. Irranġajna l-kamra mortwarja, żewġ kapelel u l-uffiċini." Saret ukoll sala ġdida fejn isiru l-operazzjonijiet tat-tibdil tal-irkoppa u l-ġenbejn u b'hekk dan l-isptar jkun jista' anke jgħin lil Mater Dei f 'dawn l-operazzjonijiet li anke jsiru għal Maltin. Sar proġett maġġur fis-CSSD fejn sar refurbishment total tal-isterilizzazzjoni tal-istrumenti, "li kien fl- aħħar grad" u sal-aħħar ta' Frar f 'dan il-qasam l-isptar ta' Għawdex se jkun ISO standard. Il-kap tal-isptar Għawdxi qaltli, "li kieku taf x'sibt kif dħalt, tal-waħx, il- ħajt fejn kienu jinżammu d-dokumenti tal-impjegati kien aħdar, ġrieden u wirdien kullimkien. U bdejna ħidma sħiħa biex nibdlu dan kollu, mhux waħdi iżda bħala tim. Bdejna nibagħtu impjegati għal taħriġ u korsijiet fil- middle management. L-istaff t'Għawdex qed nibagħtuh Malta bħala shadow staff biex jiġu aġġornati mal-prattiċi kliniċi u llum permezz tal- fondi Ewropej ħloqna sistema ta' conference link Mater Dei u ma' universitajiet barra minn Malta u b'hekk it-tobba u l-infermiera jkunu jistgħu jsegwu lectures tal-cardio u pedoloġija (tat-tfal)." L-Isptar Ġenerali t'Għawdex kien wieħed imsemmi għan-nuqqas ta' ndafa, iżda anke hawn beda xogħol siewi fejn impjegati li ma kinux kuntenti jnaddfu ġew rilokati f 'postijiet aktar għal qalbhom, bħala porters u fl-istess waqt ġew ingaġġati kuntratturi tat-tindif. "Qed tingħata attenzjoni partikolari fis-swali tal-irġiel u nisa, tat-teatru operatorju u tal-emerġenza." Nadine kompliet tgħidli li dak li sar ma jfissirx li issa kollox miexi fuq ir- rubini u hemm proġetti u ħsibijiet oħra biex il-pazjenti Għawdxin jkomplu jsibu sptar aħjar, aktar nadif u attrezzat b'kollox li joffrilhom il-kumdità meħtieġa għal meta jiġu bżonn is-servizzi tiegħu. "Qed naħdmu biex ikollna sala ġdida tal-ortopedija u rridu 'primary care hub' ġdid. F'kelma waħda poliklinika li tkun mibnija f 'dawn l-inħawi ħalli nkunu nistgħu nagħtu servizz barra l-isptar għax s'issa m'hawnx polikliniċi iżda berġi hawn f 'Għawdex." Dr Delicata qaltli li l-ġimgħa d-dieħla se jiġi ffirmat kuntratt mal-iskola medika ta' Londra, Queen Mary University fejn se tinbena skola li tilqa' fiha 300 student barrani. U din trid tkun lesta u tilqa' l-ewwel studenti sa Ottubru 2016. "Dan il-proġett kbir se jkun jiswa bi kbir għall-isptar għax b'hekk ikun aktar sostenibbli. U anke għal Għawdex għax dawn l-istudenti barra li jkunu jridu fejn joqogħdu huma, jiġu hawn familji tagħhom li jużaw akkomodazzjoni Għawdxija, jieklu u jiddevertu f 'Għawdex. Jiġġenera ħafna negozju għal Għawdex." Dr Nadine Delicata qalet ukoll li hemm problema kbira tal-anzjanità f 'Għawdex fejn il-popolazzjoni hi ixjeħ minn Malta u l-anzjani l-inqas li hemm sodod għalihom. Qalet li qabel il-familjari kienu jieħdu ħsieb l-anzjani iżda issa dawn qed jaħdmu u l-problema qed tikber ħafna. "Hawn 121 sodda għall- anzjani biex joqogħdu fit-tul li huma mimlija kollha u l-ftit oħra li hemm tal-Knisja huma meħuda wkoll. Ħadna ftit tan-nifs meta l-Ministeru ta' Justyne Caruana l-MFSS xtraw 10 sodod mill-privat u naqqsulna piż żgħira iżda dan mhux biżżejjed." Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar f 'Għawdex temmet billi qalet li hi taħdem tajjeb ħafna anke mal-unjins għax temmen li wieħed għandu jisma' u quddiem għajnejh iġib biss il-ġid tal-pazjent. għall-isptar Għawdxi "Il-Kap Eżekuttiv Nadine Delicata rnexxielha tagħti ħajja ġdida lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'sena u nofs"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015