Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 13 dawn imorru l-ġenna. Nemmnu li wara ċertu żmien ta' riformazzjoni kulħadd jitla' l-ġenna. Nemmnu li iva, il-ġenna hija dejjiema, imma l-infern mhuwiex. L-attakki li kien hemm fi Franza dan l-aħħar tefgħu dawl ikrah fuq ir- reliġjon Musulmana... xi tgħid dwar dan? Aħna diġà kkundannajna dawn l-atti. Kienu atti barbari u atroċi u qatt ma nistgħu nappoġġjawhom. L-Iżlam ma jagħti l-ebda dritt li persuna joqtol lil ħaddieħor. Allah ma jħobbx lil dawk li jeqirdu l-paċi, b'hekk aħna nikkundannaw kull tip ta' terroriżmu. Dan ma kienx bażi ta' din il-vjolenza. L-Iżlam ma jagħtix dritt għall-ebda vjolenza. L-Iżlam huwa kompletament kontra l-vjolenza. Wara kollox, sitwazzjoni bħal din għandha tiftħilna għajnejna u naraw dan kollu minn fejn hu ġej. Għandna nfittxu u naraw fejn jiġi promoss dan l-estremiżmu. Għandna nsibu l-għeruq u noħonquhom għax dawn l-affarijiet m'għandhomx jibqgħu jsiru. Hemm ħtieġa biex nirrevedu l-politiki kontra l-estremiżmu u t-terroriżmu. Huwa dmir tal-mexxejja reliġjużi u politiċi li għandhom ibiddlu n-narattiva tal- poplu tagħhom. Jekk jien bħala mexxej nara l-ħażen u ma nagħmel xejn biex nirranġah, jien ukoll responsabbli u kompliċi f 'dak il-ħażen. U xi tgħid ir-reliġjon tal-Iżlam dwar dawk li jisplodu lilhom infushom f 'isem Alla? Dan huwa wkoll dnub kbir. Fil-Koran hemm miktub "La toqtlux lilkom infuskom, Allah tabilħaqq huwa ħanin magħkom u min jagħmel hekk b'aggressjoni u inġustizzja se naħarqu fin-nar." Jgħid ukoll "La toqtlux ir-ruħ li Allah qaddes, Allah jagħti l-ħajja u l-mewt u lejh tridu treġġgħuha lura." Ħadd m'għandu dritt li jneħħi ħajtu. Jiġifieri mhux vera li jekk wieħed joqtol lilu nnifsu jsib il-verġni jistennewh fil-ġenna? Le. Dawn huma ideat żbaljati. Dan huma tgħawwiġ tal-fatti u interpretazzjonijiet ħżiena. Dawn huma punti li joħorġu minn estremisti. Meta l-mexxejja jagħtu tagħlim żbaljat, se jħallsu quddiem Allah għal dak li qed jagħmlu. Dawn huma nies li qed jiġu immanipulati u qed ikomplu jrawmu lil ħaddieħor bħalhom. U l-opinjoni tiegħek f 'isem l-Iżlam dwar l-ISIS... Dawn qed ipenġu lilhom infushom li huma s-suċċessjoni tal-Iżlam. Iżda dan mhux minnu. Jien stess ktibt dwar l-ISIS. Il-punti huma kollha żbaljati. Huwa joqtlu, l-Iżlam iħabbar il-paċi. Kulma jagħmlu huma, jikkuntradixxi t-tagħlim Iżlamiku b'mod speċjali fejn tidħol l-ubbidjenza lejn l-awtoritajiet, ir- rovina tal-paċi fost l-oħrajn. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-ISIS ilhom jiffurmaw. Illum il-ġurnata jingħad li l-ISIS hija l-iktar organizzazzjoni terroristika sinjura fid-dinja, iżda minn fejn qed jiġu dawn il-flus? Kultant nattakkaw il-messaġġier, imma ma nsibux l-għeruq u dik hija l-problema. Billi qtilna lil Osama bin Laden ma fissirx li ħlisna mit- terroriżmu, ma nistgħux nibqgħu nħarsu biss lejn il-prodott t'issa, imma naraw kemm ilu u fejn dan qiegħed jinħema. Laiq Ahmed Atif Miżżewweġ Għandu żewġt itfal Mill-Pakistan Ilu 7 snin u nofs Malta Tgħallem il-Malti u jaf jitkellmu sew Ritratt: Ray Attard noqtlu lilna nfusna u lil ħaddieħor"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015