Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Illum ikomplu l-Kampjonati tal- Autocross u l-Motocross Sue Abela tibda l-2015 fuq nota pożittiva ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tagħha mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2014/2015. Dan se jsir fil-kumpless tal- Motorsport f 'Ta' Qali. Illum l-ASMK se torgranizza s-seba' programm mis- sezzjoni Autocross u t-tielet programm għall- Motocross. Il-programm jibda fil-11am. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifika ġenerali tal- Motocross fejn wara żewġt attivitajiet fi Klassi A nsibu lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM 250cc li jinsab fil-quċċata tal-klassifika b'102 punti. Fit-tieni post b'sitt punti inqas hemm Paul Muscat fuq KTM b'96 punt waqt li fit-tielet post bħalissa jinsab Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki b'79 punt. B'erba' punti inqas b'75 punt u fir-raba' post jinsab Trevor Muscat fuq mutur KTM ukoll. Fi Klassi B naraw lil Ludvick Muscat fuq mutur KTM li jinsab fil-quċċata tal- klassifika b'105 punti. Dan huwa segwit mis-sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq mutur Kawasaki bi 83 punt waqt li fit-tielet post jinsab Elvin Debono fuq mutur Kawasaki b'69 punt. Ir-raba' post huwa mirbuħ minn Julian Abela fuq mutur Honda b'59 punt. Fis-Sezzjoni Autocross wara li għadda nofs il- kampjonat, fil-quċċata tal-Kampjonat Nazzjonali nsibu lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b'133 punt. Vella li jidher beda jiżviluppa vantaġġ fuq is-segwaċi tiegħu jinsab segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'111-il punt. It-tielet pożizzjoni tinsab okkupata minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo b'99 punt segwit fir-raba' post minn Jason Martin fuq Volkswagen Polo oħra bi 83 punt. Intant, nhar il-Ħadd li għadda kompla l-kampjonat Trials fejn għall-ħabta tad-9am ingħata bidu għall-ewwel sezzjoni. Sfortunatament l-attività kellha tieqaf għal ċertu ħin minħabba inċident żgħir fejn wieħed mir-riders kompetituri kellu injury u ttieħed ħin biex dan ittella' mill-post fejn kienet qed issir l-attività u minħabba l-prekawzjoni li l-ambulanza titlaq minn fuq il-post ġie deċiż li l-attività tat-Trials tiġi posposta għall-ġurnata oħra. Dan huwa wieħed mill-miżuri li l-ASMK tieħu li mingħajr l-ambulanza l-attivitajiet ma jitkomplewx. Minkejja dan is-sewwieq involut f 'dan l-inċident ittieħed l-isptar u ntbagħat lura d-dar aktar tard. L-Assoċjazzjoni ddeċidiet li din l-attività se tkompli nhar il-Ħadd 15 ta' Frar u iktar dettalji jingħataw fil-ġranet li ġejjin. M'HEMMX dubju li l-bowler Sue Abela m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fl-isport lokali speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ten-pin bowling. Dan hekk kif hija rebħet it-turnaments kollha li ħadet sehem fihom fosthom il-European Singles fl-1999, il-Kampjonat Singles tal-Mediterran fejn hija ċ-champion renjanti u 20 darba l-Kampjonat Nazzjonali tas-Singles. Is- sena 2014 kienet sena oħra memorabbli għal Sue Abela. Hija bdiet is-sena billi rebħet id-deheb fil-Kampjonati tal- Mediterran fil-kompetizzjoni tas-singles. Hija saret l-iktar bowler li rebħet medaji tad-deheb fil- Kampjonati tal-Mediterran li wassluha biex tirbaħ unur speċjali mill-Kumitat Organizattiv tal-istess kampjonati. Erbat ijiem wara li rebħet dan l-unur importanti, hija rebħat medalja tad- deheb meta waslet sal-finali tal-avveniment tal-Masters fl-MCC. Dawn il-medalji tad- deheb u fidda malajr ingħaqdu mal-unur platinum meta hija rebħet l-MOC Platinum Award għal dak li kisbet fl-2013. Iktar tard, Sue Abela kisbet ukoll ir- rikonoxximent dovut lilha billi ġiet ivvutata bħala l-Isportiva tas-Sena fil-KMS Malta Sports Awarads – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-sena 2014 kellha sfida oħra x'toffri għal Abela. Dan hekk kif hija rebħet l-20 titlu tagħha ta' Champion Nazzjonali. Din hija xi ħaġa li possibilment tista' qatt ma tkun milħuqa. Fil-ħarifa tal- istess sena hija rrapreżentat lil Malta fil-Kampjonati Ewropej tal-Bowling, liema avveniment hija kienet rebħet qabel, fejn tilfet il-finali bi ftit. Madankollu, Sue kellha tmiem is-sena mill-aqwa meta rebħet il-kompetizzjoni prestiġjuża BOV Platinum Cup u sussegwentament iddefendiet it-titlu li kienet rebħet fl-2013. Din is-sena li għadha kif bdiet ukoll bdiet fuq nota pożittiva għal Sue Abela. Dan hekk kif hija għenet lit-tim tagħha jwaqqaf rekord nazzjonali ftit tal-jiem ilu. Dan huwa sinjal ta' x'jista' jkun hemm qed jistenna lil Sue f 'dak li għandu x'jaqsam ma' suċċessi għal din is-sena. Ċertament li Sue qed taħdem bis-sħiħ għal dan u għandha l-appoġġ totali tal-MTBA, tal-kowċ tagħha kif ukoll tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) li qed jappoġġjaw lil Sue Abela permezz tal-iskema Flexi-Training. Il-bowler ta' suċċess enormi -iskala tal-bowling lokali u internazzjonali, Sue Abela Edward Ciantar fuq Kawasaki Paltemio Barbetti bil-okk ta' Żebbuġ Rangers -azzjoni kontra Valletta Ritratt: Tony Azzopardi "Żebbuġ ma jistħoqqilhomx ikunu fl-aħħar post" – Paltemio Barbetti ILMIDFIELDER Taljan ta' 25 sena Paltemio Barbetti ftit tal-jiem ilu ngħaqad ma' Żebbuġ Rangers wara li kien ilu għall-aħħar ġimgħat jitħarreġ mal-istess klabb. Barbetti, li kien ingħata r-rilaxx minn Sliema Wanderers xi ġimgħat ilu, għandu 25 sena u nġieb f 'pajjiżna fl-2012 minn Sliema. Fit-2 ta' Lulju tal-2013 hu ddebutta fl-Ewropa, fil-logħba tal-Europa League bejn Sliema Wanderers u Khazar Lankaran li spiċċat 1-1. Ma' Sliema din kienet l-ewwel esperjenza ta' Barbetti barra mill-Italja. Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu fl-età ta' 18-il sena ma' Cisco Roma. Lagħab ukoll għal Monterotondo u Celano. F'kummenti li Paltemio Barbetti nnifsu għadda lil dan il-ġurnal huwa afferma li: "Ma' Żebbuġ Rangers ninsab tajjeb ħafna. Kemm il-klabb kif ukoll il-ħaddiema fi ħdanu huma attivi ħafna, serji u professjonali. Ma jimmeritahomx il-pożizzjoni li fiha jinsabu bħalissa jiġifieri qiegħ il-klassifika. Malli ġejt ma' Żebbuġ Rangers ġejt milqugħ tajjeb ħafna mill- partitarji tar-Rangers li hija xi ħaġa mill-isbaħ għal min jilgħab il-futbol. L-iskwadra hija magħquda ħafna u naħseb li bil-wasla tal-kowċ Alfonso Greco u permezz tal-akkwisti li għamilna matul dan ix-xahar u li forsi għad nagħmlu, nistgħu tabilħaqq niksbu sodisfazzjonijiet sbieħ waqt li jirnexxielna nilħqu t-tragwardi li kollha rridu nilħqu – jiġifieri li jirnexxielna nsalvaw fil-Kampjonat BOV Premier."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015