Illum previous editions

illum 25 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 Il-Punt IRRID nagħmilha ċara sa mill-ewwel sentenza f 'dan l-artiklu, li ma nemminx li hemm wisq affarijiet fil-ħajja li huma jew kollha bojod jew kollha suwed. Anzi naħseb li l-ħajja hija mżewqa u sabiħa għax hemm ħafna lwien bejn dawn it-tnejn li semmejt. Naturalment qed nagħmel din l-analoġija b'referenza għall-ideat jew proposti li jintefgħu fuq l-aġenda nazzjonali hekk kif inkunu għaddejjin mill-kors tal- ħajja tagħna. Jien naħseb li bil-mod il-mod din is-soċjetà li qed ngħixu fiha qed tinfetaħ u tasal biex tibda tistaqsi ċerta mistoqsijiet fuq kwistjonijiet li għal ħafna snin konna qed nagħmlu bħal dak ir-ritratt ta' tliet xadini fejn nagħlqu għajnejna, ħalqna u widnejna biex lanqas biss nitkellmu fuq kwistjoni taħraq bħal din. U dan ħażin. Mhux għax bilfors kull ma writna minn ta' qabilna għandna nbiddluh, hekk għal kapriċċ jew nagħmlu verżjoni ġdida tiegħu, imma għax fis-soċjetà l-agħar ħaġa li wieħed jista' jagħmel huwa li jħalli xi forza moħbija, speċjalment jekk tkun il- biża', jiddettawlu fuq xiex jitkellem, fuq xiex jistaqsi u fuq xiex jiddiskuti. Huwa l-poplu bil- mekkaniżmi kollha tiegħu, bl-għodod kollha li għandu li jinħtieġ ipoġġu fuq il-mejda l-argumenti għad-diskussjoni. U din tar-relazzjonijiet sesswali li jkun hemm kunsens li tinżel għal 16-il sena huwa wieħed minnhom. Issa li jkun żbaljat fil-fehma tiegħi huwa li argument bħal dan irridu nittrivjalizzawh billi ngħid jew 'iva' jew 'le' u daqshekk. M'għandux ikun hekk. Ir-raġuni hija sempliċi, illi deċiżjoni bħal din għandha implikazzjonijiet kbar fuq l-individwi, fuq il-komunità u anke f 'termini ta' riżorsi. U filwaqt li jidher li kull ma hi din il-kwistjonijiet sempliċiment ta' konferma, ta' stil ta' ħajja li ġa teżisti u hija rampanti, madankollu hija ferm aktar kumplessa minn hekk. Fil-fatt din it-tema fiha ħafna faċċati. L-ewwel. Ħafna pajjiżi • Ewropej ħadu deċiżjoni li l-età tal-kunsens sesswali tinżel għax sabu li tagħmel aktar sens. It-tieni. Diversi stejjer • ġew rappurtati dwar każijiet li waslu quddiem il-Qrati fejn koppja, anke jekk kien hemm relazzjonijiet ġenwini u konsenswali kellhom jitressqu l-Qorti għax kien hemm maġġorenni involut ma' minorenni. Dan ma jagħmilx sens. It-tielet. Element ieħor • li ma naħsibx li hemm kunflitt fuqu huwa li aktar u aktar żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq qed ikollhom relazzjonijiet każwali ta' sess, li minħabba t-tabù soċjali mhumiex jersqu għand il-ġenituri, it-terapisti, l-edukaturi jew il-kliniċi mediċi jekk jindunaw li hemm xi problema. Naturalment hemm ħafna dilemmi f 'din l-aġenda. Fosthom; L-ewwel. Il- • cut off point ta' 16, 17, 18-il sena m'huma xejn ħlief linja fir-ramel, għax il- maturità hija suġġettiva li tiddependi minn ħafna aktar elementi milli sempliċiment l-età. It-tieni. Hemm • indikazzjonijiet li juru li f 'ċerta pajjiżi fejn hemm l-età aktar baxxa ta' kunsens, iż-żgħażagħ jiddeċiedu jissieħbu f 'relazzjonijiet aktar tard u apparti hekk hemm anqas tqala fost l-adolexxenti. Dan probabbli huwa r-riżultat ta' preparamenti aktar intensivi f 'età aktar baxxa, rieda li nitkellmu b'aktar ftuħ maż-żgħażagħ u dan naħseb huwa marbut ukoll mal-fatt li mhux vera li ż-żgħażagħ huma impulsivi u ma jisimgħux imma jridu jagħmlu għażliet huma stess wara li jisimgħu x'għandhom x'jgħidu l-oħrajn. It-tielet. Naturalment • ma nistgħux min- naħa l-oħra naljenaw ruħna mill-kuntest aktar wiesa' t'aċċess ta' pornografija li huwa qawwi u sinifikanti u anke l-fantasiji ġġenerati mill-mezzi soċjali li jafu qed jiddistortu r-realtà sesswali fiż-żgħażagħ. Jekk qatt nagħmlu deċiżjoni li tinżel l-età ta' kunsens irridu nkunu ċerti li għandna diversi strutturi f 'posthom; it- taħriġ adegwat tal-edukaturi formali u informali, aktar youth workers f 'postijiet kritiċi, tobba mħarrġa f 'dan il-qasam, magni u postijiet fejn faċli jinxtraw il-kontraċettivi, kliniċi għall- informazzjoni u trattament tal-mard infettiv sesswali, informazzjoni morali u dik prattika mingħajr ma nuru s-sess qisu xi katakliżma, protezzjoni ta' żgħażagħ minn adulti li jkunu ta' ċertu età qed iħufu b'intenzjonijiet ħżiena, taħriġ u informazzjoni għall-ġenituri u li naqbdu l-pass ta' din l-esperjenza b'mod gradwali imma li ma tiħux eternità. Fil-fehma tiegħi jekk hemm suġġett li l-politiċi għandhom jibqgħu barra minnu huwa dan. Irridu nħallu f 'idejn l-esperti taż-żgħażagħ, l-edukaturi, l-avukati, it- terapisti, il-filosofi, it-tobba u s-soċjologi biex ifasslu u jippjanaw x'inhu meħtieġ, possibbli u adegwat imma dan b'kuntatt kontinwu maż-żgħażagħ stess. Ir-rwol tal-politiku huwa li jiġġenera leġislazzjoni biex jirrispondi għal dawn l-opinjonijet. F'dan il- punt l-aktar pożizzjoni għaqlija tal-Gvern tkun li jaħtar kumitat ta' xogħol li jippreżenta opinjoni b'bażi empirika u suġġerimenti strutturati. Jekk il-politiċi jikkakmaw dan l-argument ħa jkollna balbuljata, mhux għax huma inkompetenti imma għax il-politiku ħa jinterpreta din is-sitwazzjoni b'mod partikolari fuq is-sentiment tan-nies u mhux fuq raġunamenti razzjonali u fattwali u fejn jidħlu ż-żgħażagħ nafu li s-soċjetà ma tarahomx f 'xi dawl inkandexxenti ħafna drabi. Mela nitkellmu u niddiskutu, imma ma ngħaġġlux bla bżonn. Però lanqas nibqgħu gallarija - il-poplu ċar fuq ħaġa żgur - irid pożizzjoni fuq din il-kwistjoni. Dr Andrew Azzopardi jippreżenta Għandi xi Ngħid u huwa lecturer fl-Università ta' Malta. ANDREW AZZOPARDI Sess minn 16 "Jekk qatt nagħmlu deċiżjoni li tinżel l-età ta' kunsens irridu nkunu ċerti li għandna diversi strutturi f 'posthom" "Konna qed nagħlqu għajnejna, ħalqna u widnejna biex lanqas biss nitkellmu fuq kwistjoni taħraq bħal din"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 January 2015