Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 Aktar tnaqqis fil-qgħad f 'Malta LAĦĦAR figuri li ġew ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali (NSO) għax-xahar ta' Diċembru li għadda jikkonfermaw l-andament b'saħħtu tal-ekonomija Maltija fil-ħolqien tal- impjiegi u t-tnaqqis tal- qgħad. Il-figuri juru kif l-ammont ta' persuni li jirreġistraw naqas b'1,114 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan huwa l-ikbar tnaqqis li ġie reġistrat fix-xahar ta' Diċembru għal dawn l-aħħar seba' snin. "Fost l-indikaturi l-iktar li jagħtuna sodisfazzjon huma ċ-ċifri li jindikaw tnaqqis sostanzjali fin- numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, kif ukoll fin-numru ta' nisa qiegħda," iddikjara l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Dan it-tnaqqis huwa l-frott tal-miżuri mnedija minn dan il-Gvern li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol billi jeliminaw kemm jista' jkun l-ostakli li jiskoraġġixxu bniedem milli jaħdem. Dawn il-figuri jikkonfermaw ukoll figuri riċenti maħruġa mill- Eurostat fejn juru li Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta' qgħad meta mqabbel mat- 28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Din l-istess Aġenzija tistqarr ukoll li Malta rnexxielha tirreġistra l-anqas rata ta' qgħad minn mindu bdiet tiġi mkejla r-rata ta' qgħad f 'Malta. L-ammont ta' persuni li jirreġistraw naqas b'1,114 – Edward Scicluna Mas-seba' entitajiet miftuħa għall-pubbliku b'xejn Nikkumbattu l-qasma diġitali fost l-anzjani – Justyne Caruana ĠIET imnedija l-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2015 bit-tema 'Servizz ta' Kwalità.' Fost il-ġranet ewlenin għall-pubbliku hemm seba' entitajiet differenti li jinkludu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il- MITA, id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta' Malta u Heritage Malta. Dawn l-entitajiet se jkunu miftuħa għall-pubbliku, ilkoll bla ħlas, u se jservu ta' opportunità biex il-pubbliku jiltaqa' u jara kif jiġu offruti servizzi varji. Matul il-ġimgħa se jsiru wkoll numru ta' konferenzi u laqgħat ta' diskussjoni fosthom dwar l-informatika u kif din se tkun qed tgħin fit-twaqqif tal-one-stop shops aktar tard din is-sena, in-negozji żgħar u medji u anke dwar ir-riżorsi umani fis-servizz pubbliku. Se tittella' wkoll attività ta' rikonoxximent li fiha numru ta' uffiċjali pubbliċi se jiġu rikonoxxuti ta' xogħolhom. Dawn l-uffiċjali se jingħataw rikonoxximent ta' kwalunkwe idea mogħtija dwar kif jista' jitjieb is-servizz pubbliku. Matul din il-ġimgħa se jiġu organizzati wkoll attivitajiet ta' volontarjat minn uffiċjali pubbliċi f 'organizzazzjonijiet mhux governattivi u djar tat-tfal, filwaqt li l-pensjonanti se jingħataw iċ-ċans li jaraw il-proċess tal-istampar taċ-ċekkijiet tal- pensjoni permezz ta' attività organizzata mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Il-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2015 tilħaq il- qofol tagħha bil-konferenza annwali għall-Kapijiet tad- Dipartimenti nhar il-Ġimgħa 30 ta' Jannar, b'mistiedna barranin fil-qasam tal- Amministrazzjoni Pubblika. "FIŻŻMIEN li ġej il- Gvern se jkun qiegħed jieħu iżjed inizjattivi sabiex ikompli jħarreġ l-anzjani fil-qasam tal-informazzjoni teknoloġika biex filwaqt li nkunu qed nikkumbattu l-qasma diġitali fost l-anzjani tagħna, inkunu wkoll qed nagħtuhom opportunità li jitgħallmu f 'San Vinċenz stess. Dan huwa proġett li jifforma parti wkoll mill-process ta' re-branding tal-istess residenza." Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana meta ħabbret proġett ieħor li huwa ħolqa oħra f 'sensiela ta' proġetti relatati mal-IT. Il-proġett ġie imsemmi 'e-anzjan' u qed isir fir-residenza San Vinċenz b'kollaborazzjoni mat-TCTC. Dan il-proġett ġie varat fi swali 3 u 4 tal-blokka Papa Ġwanni Pawlu II u t-tliet swali fil-blokka Padre Pio. Numru ta' impjegati f 'dawn is-swali ġew mistiedna biex ikunu E-Buddys u b'kollox se jkun hemm 20 E-Buddy li huma impjegati tar-Residenza u li ġew imħarrġa apposta biex iwettqu dan l-irwol. Dan il- proġett se jsir bl-użu ta' tablets li se jitqassmu lir-residenti fl-istess swali. L-E-Buddy se jgħin lir- resident juża t-tablet biex ikun jista' jikkomunika mal-qraba tiegħu. Dan jinkludi social media u Skype. Wara t-taħriġ, l-E-Buddys se jingħataw ukoll ċertifikat u tablet ta' 7 pulzieri kull wieħed. Kull sala se tingħata wkoll 4 tablets ta' 9 pulzieri, għall-użu tas-sala.