Illum previous editions

illum 1 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/470917

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€1.00 Nr 437 • 01 ta' Marzu 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Il-flus mhux iddikjarati li Michael Falzon kellu fl-Iżvizzera... ARA PAĠNI 3031 WARA li ġimgħa ilu ħarġet l-aħbar li l-eks ministru Nazzjonalista Michael Falzon kellu €465,000 fis-snin passati miżmuma fil-bank HSBC tal-Iżvizzera, liema flus ma kinux iddikjarati u għalhekk ma tħallsux taxxi fuqhom, l-istess Falzon ħareġ stqarrija fejn talab maħfra pubblika lil dawk kollha li kienu fdawh u vvutawlu biex jeleġġuh fil-Parlament. Michael Falzon qal li dawn il-flus kienu ħlas għal xi konsulenzi li għamel bħala perit f 'negozju fl-Iżvizzera meta ma kienx Ministru. Qal ukoll li ħa vantaġġ fl-iskema li għamel il-gvern u ġab flusu Malta u rranġa s-sitwazzjoni fiskali. Ħafna stennew li wara li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħareġ żewġ stqarrijiet fejn issospenda lil Michael Falzon u Ninu Zammit, li wkoll ammetta li kellu flus fl-istess bank, kien se joħroġ bit-tielet stqarrija tiegħu u jissospendi wkoll lil Austin Gatt. Gatt kien ammetta qabel l-aħħar elezzjoni li kellu flus li wiret mingħand il-familja tiegħu li kienu fl-Iżvizzera u li kien nesihom tant li anke nesa jniżżilhom bħala introjtu fid-dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu. Is-sospensjoni ta' Austin Gatt però, għal xi raġuni jew oħra, ma waslet qatt. Apoloġija li niżlet tajjeb mal-opinjonisti politiċi Aqra l-intervista sħiħa f 'paġni 14-15 "Neħħu l-maskra u affaċċjaw id- dibattitu" – SHout SLIEMA 64, Tower Road. Tel: 2132 3307 VALLETTA 25, Treasury Street. Tel: 2124 7770 www.facebook.com/7camiciemalta Ikompli f 'paġna 2 Ma rridx naf aktar bil-Partit Nazzjonalista - Liliana Risiott Għandna mmexxu medjazzjoni bejn Tobruk u Tripoli "HEMM ħafna raġunijiet għala wasalt ngħid li ma rridx naf aktar bil- Partit Nazzjonalista. U dan qed ngħidu bil-qalb għaliex in-nies li hemm fil-Partit Nazzjonalista llum, la tista' tmerihom, la tista' tgħidilhom li ma taqbilx magħhom, la tista' tikkummenta kontra dak li jridu huma. Xejn!" Dan qalitu Liliana Risiott li fuq il- mezzi soċjali fejn bagħtet lill- Partit Nazzjonalista jixxejjer. Liliana Risiott kienet ġurnalista mal-mezzi tax- xandir fi żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jiġġieled favur id- demokrazija. Wara kienet saret bħala l-customer care person tal-PN fejn ippreżentat programmi fuq Radio 101 bit- telefonati bħala customer care għall-Partit Nazzjonalista fil-gvern fejn il-programm tagħha kienu speċi ta' tweġiba għal dak ta' Manwel Cuschieri fuq Radju Super One. "Dan hu l-istess partit li fis-snin 70 u 80 meta kont għadni żgħira u impressjonabbli għallimni t-tifsira tal-kelma demokrazija, u tal-kliem: libertà tal-espressjoni. Illum m'għadhomx fil-vokabolarju tiegħu." Risiott qalet li llum jekk imqar tagħmel like fuq xi ħaġa ta' partit oppost jew tqum u tgħid le ma naqbilx jgħajruk, jittimbrawk, jimmalafamawk iqisuk ta' traditur. "Jien li ħierġa mid-dinja, dan kollu xi rridu? Jien irrid ngħix fil-paċi, ngħid li nħoss u naqbel jew ma naqbilx ma' dak li rrid. Addio Partit Nazzjonalista. Għamiltu żmienek għalija." IXSHADOW Minister tal-Affarijiet Barranin tal- Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola qalet li Malta għandha tkun 'leader' segwita mill-oħrajn fil-każ tal-Libja, "Hemm bżonn li nieħdu rwol aktar attiv fejn nistgħu nkunu aħna li mmexxu medjazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet Libjani, dak ta' Tobruk u dak ta' Tripoli." Il-Parlamentari Ewropea saħqet li ħadd daqs il-Maltin ma jistgħu jifhmu lil-Libjani, "Anke ġeografikament aħna għandna vantaġġ fuq kull pajjiż ieħor Ewropew u li jgħinha nifhmu ħafna iżjed lil Libjani u l-bżonnijiet tagħhom vis-à-vis pajjiżna. Aħna nistgħu nkunu leaders politiċi li niġu segwiti mill-oħrajn." "Malta dejjem ingħaqdet f 'patti kontra t-terroriżmu. Dejjem konna kontra l-estremisti u dawk li jaħkmu bit-terrur. Għalhekk Malta trid tkun parti mill-koalizzjoni ta' 62 pajjiż kontra t-terroriżmu. Iżda mhux militarment. Aħna nistgħu nagħtu għajnuna loġistika u umanitarja. Għaliex aħna għandna nibqgħu barra? PAĠNA 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 March 2015